Common Agricultural Policy — Tariffi fuq prodotti tal-laħam
Question
B'riferenza għall-common agricultural policy jiċħad jew jikkonferma l-Ministru li t-tariffa/levy fuq l-importazzjoni ta' bovine meat products barra mill-UE hija 88.9% u se tibqa' hekk anke wara s-sena 2010?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant għandu jikseb din l-informazzjoni direttament mill-Unjoni Ewropea.
Dwar jekk hux se tibqa' ċ-ċifra tal-levy kif imsemmija fil-mistoqsija, l-Onor. Interpellant jaf li dawn il-valuri jew mekkaniżmi ta' levies/tariffi jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien.
Każ klassiku kien l-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal li dwarhom l-istess Interpellant tant kien ibeżża' li dawn ma konniex se nkomplu nibbenefikaw minnhom bi sħubija fl-Unjoni Ewropea.
L-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal tneħħiet f'Lulju 2000 u għaldaqstant dan il-benefiċċju ntilef allavolja għadna ma sirnix membri. L-istess jista' jgħodd għal kull mekkaniżmu tas-suq preżentament applikabbli mill-EU fuq kull settur/prodott agrikolu.
Common Agricultural Policy — Tariffi fuq prodotti tal-laħam
Question
B'riferenza għall-common agricultural policy jiċħad jew jikkonferma l-Ministru li t-tariffa/levy fuq l-importazzjoni ta' other meat products barra mill-UE hija 30.9% u se tibqa' hekk anke wara s-sena 2010?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant għandu jikseb din l-informazzjoni direttament mill-Unjoni Ewropea.
Dwar jekk hux se tibqa' ċ-ċifra tal-levy kif imsemmija fil-mistoqsija, l-Onor. Interpellant jaf li dawn il-valuri jew mekkaniżmi ta' levies/tariffi jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien.
Każ klassiku kien l-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal li dwarhom l-istess Interpellant tant kien ibeżża' li dawn ma konniex se nkomplu nibbenefikaw minnhom bi sħubija fl-Unjoni Ewropea.
L-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal tneħħiet f'Lulju 2000 u għaldaqstant dan il-benefiċċju ntilef allavolja għadna ma sirnix membri. L-istess jista' jgħodd għal kull mekkaniżmu tas-suq preżentament applikabbli mill-EU fuq kull settur/prodott agrikolu.
Jista' il-Ministru jara li tissewwa bozza li hemm quddiem Blokk 6, Hubbard Flats, Bormla?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' il-Ministru jara li jissewwew tliet bozoz li ilhom maqtugħa fi Triq San Ġorġ, Bormla?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
B'riferenza għall-common agricultural policy jiċħad jew jikkonferma l-Ministru li t-tariffa/levy fuq l-importazzjoni ta' vegetable oils and fats barra mill-UE hija 11.4% u se tibqa' hekk anke wara s-sena 2010?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant għandu jikseb din l-informazzjoni direttament mill-Unjoni Ewropea.
Dwar jekk hux se tibqa' ċ-ċifra tal-levy kif imsemmija fil-mistoqsija, l-Onor. Interpellant jaf li dawn il-valuri jew mekkaniżmi ta' levies/tariffi jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien.
Każ klassiku kien l-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal li dwarhom l-istess Interpellant tant kien ibeżża' li dawn ma konniex se nkomplu nibbenefikaw minnhom bi sħubija fl-Unjoni Ewropea.
L-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal tneħħiet f'Lulju 2000 u għaldaqstant dan il-benefiċċju ntilef allavolja għadna ma sirnix membri. L-istess jista' jgħodd għal kull mekkaniżmu tas-suq preżentament applikabbli mill-EU fuq kull settur/prodott agrikolu.
Jista' il-Ministru jara li tissewwa bozza li hemm quddiem 66, Triq Santa Margherita, Bormla?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' il-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni neċessarja fuq il-fanal bi tliet globi li hemm fi Triq il-Pellegrinaġġ quddiem ir-Realto, Bormla?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni alternattiva? Jista' jaqsamhom skond il-lokalita'? Jista' jaqsamhom ukoll skond il-formazzjoni u d-daqs tal-familja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija. Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika ta' l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid x'meriti irid ikollok biex tilħaq assistent kummissarju b'direct order kontra r-rakkomandazzjoni tal-PSC?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jiena tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36836.
Id-domanda ta` l-Onor. Interpellant tiżvela nuqqas ta` tagħrif fuq x`tgħid l-ogħla liġi tal-pajjiż.
In-nomini ta` assistenti kummissarji taħt kull amministrazzjoni dejjem saru bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku kif titlob il-Kostituzzjoni. Anzi ma jistgħux isiru ħatriet jekk mhux bl-approvazzjoni tal-PSC għalhekk l-asserzjoni ta` l-Onor. Interpellant, ex-Ministru fil-Gvern preċedenti, li setgħu saru nomini kontra r-rieda tal-PSC, TIMMERAVILJANI.
Jista` l-Ministru jgħid jekk id-diskussjoni dwar il-kaċċa u nsib bejn Malta u l-UE ġewx finalizzati? Jekk iva, kif se jkunu?
Response (BORG, JOE)
Nikkonferma li n-negozjati dwar l-ambjent, inkluż dawk dwar il-kaċċa u l-insib ġew magħluqa proviżorjament fil 1 ta' Ottubru 2002.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sinteżi tal-ftehim li sar bejn Malta u l-Unjoni Ewropea dwar il-Kaċċa u l-Insib.
Jekk il-Ministru jgħid kemm ġew importati armi tan-nar din is-sena sa issa u x'tip kienu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Skond statistika miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika, bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena, ġew impurtati dawn it-tipi ta' armi tan-nar:
TIP KWANTITA'
Muzzle - loading firearms 18
Sporting, hunting, target-shooting shotguns,
single-barelled, smooth bote 680
Sporting, hunting, target-shooting shotguns,
not single-barelled, smooth bore 328
Other sporting, hunting or target-shooting
rifles excluding shotguns 58
Other firearms and similar devises which
operate bgħ firing of an explosive charge 412
Other arms (air guns, spring guns etc). 394
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti barranin fl-universita' bħalissa? Minn liema pajjiż jiġu u x'tip ta' kors qed jattendu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa n-numru ta' studenti barranin li qegħdin jattendu korsijiet fl-Universita` ta' Malta fuq bażi 'full-time' huwa ta' 552. Dan in-numru jista' jiżdied peress illi xi studenti għadhom ġejjin u hemm oħrajn li għadhom ma rreġistrawx. Barra minn hekk, hawn ukoll fuq bażi ta' 'semester' jew tnejn, 33 student minn diversi universitajiet u 120 student ewropew li qegħdin fl-iskema tal-programm Erasmus. It-tagħrif mitlub fit-tieni parti tal-Mistoqsija ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi lill-persuni li jabbużaw mid-droga din is-sena u minn liema kliniċi tqassmu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta' siringi li tqassmu lill-persuni li jabbużaw mid-droga bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena huwa kif ġej:
Floriana
Qormi
Gżira
Paola
Cospicua
Mosta
Rabat
25122
10537
29265
43480
10900
15183
6489
Jista` l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija li għandhom degree jew diploma universitarju? X'rank għandhom u x'inhi d-degree
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar membri tal-Korp tal-Pulizija li għandhom degree universitarju hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu dejn il-Water Services Corporation illum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li skond il-kotba tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma jirriżulta li sal-31 ta' Awissu 2002 din għandha self mingħand il-banek li jammonta għal Lm32,691,549 u self ta' Lm4,000,000 mingħand il-Gvern.
Tajjeb jingħad li dan l-ammont huwa Lm1,323,996 anqas milli kien fil-31 ta' Diċembru 2001.
Jista' il-Ministru jgħid ta' liema lokalita' huma dawk l-iskejjel fejn il-ġenituri qed jiġu mitluba jħallsu għall-materjal (bħall-toilet paper, pitazzi, kotba) li jużaw uliedhom fl-iskola statali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li wara li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni talbet l-informazzjoni rikjesta mid-diversi skejjel, irriżulta li numru ta' skejjel jitolbu t-tfal jakkwistaw kotba supplimentari għal dawk stipulati mid-Dipartiment tal-Kurrikulu. Dan qed isir, għax l-iskejjel konċernati jħossu li t-tfal jiggwadanjaw fit-tagħlim bl-użu ta' dawn il-kotba. F'xi eċċezzjonijiet irriżulta li skejjel talbu ħlas għall-photocopies u fi tlett każi partikulari ntalab ħlas għal xi pitazzi. Ma kien hemm ebda skola li talbet ħlas għall-użu tat-toilet paper.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jistennew għajnuna miċ-ċentru SPLD tal-Furjana? Kemm hemm persuni f'dan iċ-ċentru biex ilaħħqu mat-talba li hemm għall-għajnuna bħal fil-każ tad-dyslexia?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm 325 student jistennew assessment dwar jekk għandhomx bżonn għajnuna minħabba dyslexia, filwaqt li hemm 300 student oħra li diġa` ġew assessed u qed jingħataw appoġġ permezz ta' l-għalliema tagħhom fl-iskejjel u l-għalliema mit-taqsima SpLD. Bħalissa hemm erba' edukaturi jaħdmu fit-taqsima.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm psikologi edukattivi biex jgħinu fid-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-istudenti fl-iskejjel statali? Kemm bdew korsijiet ġodda post-graduate fl-aħħar erba' snin fl-universita' ta' Malta biex jiġu fformati u jitħarrġu psikologi edukattivi ġodda?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa hemm 5 Educational Psychologists biex jgħinu fid-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-istudenti fl-iskejjel statali. Informat ukoll li beda u spiċċa kors wieħed biss mill-Universita`.
Jista' il-Ministru jgħid x'relazzjonijiet jeżistu bejn iċ-ċentru Malti tar-restawr u istituzzjonijiet statali Taljani fil-qasam tar-restawr? X'ġara mir-relazzjonijiet bejn iċ-ċentru Malti tar-restawr u l-istitut tar-restawr ta' Ruma?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għal Mistoqsija Parlamentari Numru 34731 fejn tajt risposta dwar ir-relazzjonijiet li jeżistu bejn iċ-Ċentru Malti tar-Restawr u istituzzjonijiet statali taljali fil-qasam tar-restawr.