Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35944 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Puluzija — Tfal taħt l-eta'

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabbdu tfal ġo postijiet ta' divertiment fejn ma jistgħux jidħlu, din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru 2002, kien hemm 61 persuna taħt is-sittax-il sena li nqabdu f`postijiet ta` divertiment.
Leg 9 PQ #35945 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu allowances din is-sena lill-personnel ta' l-armata u kemm għandhom pendenti.

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bejn l-1 ta’ Jannar u t-3 ta’ Settembru ta’ din is-sena thallsu b’kollox Lm790,137 f’“allowances” lill-membri tal-Forzi Armati. Uhud mill-“allowances” jithallsu mal-paga fl-ahhar tax-xahar, filwaqt li ohrajn jithallsu kull tliet xhur. Jien infurmat li ma hemm l-ebda hlas ta’ “allowances” pendenti.
Leg 9 PQ #36375 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kindergarten Assistants — Kors universitarju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm se jkun twil (ta' semester wieħed jew ta' sena akkademika sħiħa) il-kors universitarju li se jkollhom jagħmlu l-kindergarten assistants - special needs - li kienu diġa` għamlu kors faculty of education certificate course in education (learning support facilitators) biex jikkwalifikaw f'livell ta' Diploma? Min se jkun intitolat jagħmel dan il-kors il-ġdid?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fakolta` għadha fi stadju li qed tħejji l-kors li ser iwassal għal Diploma ta' l-Universita` f'dan il-qasam u inbagħad titlob l-approvazzjoni tas-Senat. Il-kors qed jiġi mfassal għal dawk li diġa` għandhom il-Faculty of Education Certificate in Education Learning Support Facilitators u għandhom esperjenza f'dan il-qasam.
Leg 9 PQ #36376 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

KORSIJIET TAL-MEDIĊINA U KIRURĠIJA

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 35852 u t-tweġiba għaliha, x'kienu r-raġunijiet li għalihom ġie deċiż li jidħlu studenti bi prova (probationary) għall-kors tal-mediċina u kirurġija f'din is-sena akkademika ġdida? F'liema korsijiet oħra universitarji daħlu studenti bi prova din is-sena akkademika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena ġie fis-seħħ regolament ġdid avżat aktar minn sentejn ilu kif titlob il-Liġi, għar-rigward tad-dħul fil-kors tal-Mediċina - ir-regolament li jgħid li l-kwalifiki jridu jkunu minn Bordijiet ta' l-Eżamijiet mill-istess pajjiż. Għaldaqstant il-Fakulta` ħadet prekawzjoni biex jekk fil-każ in-numru ta' studenti li jkollhom kwalifiki sħaħ ikun anqas minn dak mistenni, ikunu jistgħu jiddaħħlu studenti bi prova b'tali mod li n-numru totali jkun il-massimu li l-Fakulta` tista' taċċetta. Daħlu studenti bi prova f'dawn il-korsijiet: Bachelor of Commerce Bachelor of Engineering Bachelor of Science Bachelor of Science in Information Technology Bachelor of Science in Communication Therapy Bachelor of Arts Bachelor of Arts in European Studies Bachelor of Arts in Legal and Humanistic Studies Doctor of Medicine & Surgery.
Leg 9 PQ #36377 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Sir Temi Zammit — Studenti bi Bżonnijiet Speċjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti bi bżonnijiet speċjali li suppost jattendu l-iskola sekondarja Sir Temi Zammit ta' l-Imtarfa? Kemm minnhom qed jattendu regolarment? Kemm minnhom mhumiex jattendu regolarment minħabba li ma ngħatawx l-għajnuna li għandhom bżonn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Sekondarja Sir Temi Żammit hemm ħames studenti bi bżonnijiet speċjali. Dawn kollha jattendu regolarment. Matul ix-xahar ta' Ottubru kien hemm żewġ studenti li għal xi żmien ma attendewx l-iskola sekemm inħatru Supply Kindergarten Assistants (Special Education) ġodda. Dawn bdew jattendu regolari mit-23 ta' Ottubru u mit-28 ta' Ottubru, 2002 rispettivament.
Leg 9 PQ #36378 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Facilitator/Kindergarten Assistant — Tfal bi Bżonnijiet Speċjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk facilitator jew kindergarten assistant tistax tirrifjuta li tieħu ħsieb tifel/tifla bi bżonnijiet speċjali fi skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Bħala regola ġenerali facilitator jew kindergarten assistant ma tistax tirrifjuta tieħu ħsieb tifel/tifla bi bżonnijiet speċjali fi skola. Iżda jista' jkun hemm ċirkostanzi partikolari meta dan jista' jiġri. Jekk l-Onor. Membru jispeċifika ċ-ċirkostanzi inkun nista' niggwidah aħjar.
Leg 9 PQ #36379 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior College — Nuqqas ta' Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema suġġetti hemm għalliema nieqsa fil-junior college? X'qed isir biex jinstabu l-persuni meħtieġa peress li l-istudenti qed jitħallew bla lectures?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-Junior College kien hemm numru ta' siegħat li mhux qegħdin jingħataw fl-Ingliż u fl-I.T. Dan ġara minħabba ċaqlieq mhux mistenni ta' staff. Ħarġu sejħiet għall-applikazzjonijiet għal-lecturers fl-Ingliż u fl-I.T. Intant qed isiru sforzi biex jinstabu lecturers part-time biex ikopru dawn is-siegħat sakemm jiġu appuntati l-għalliema full-time. Dan diġa` sar fl-Ingliż, imma hu aktar diffiċli għall-I.T.
Leg 9 PQ #36380 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Reviżjoni ta' karti ta' l-eżamijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għad hemm persuni jistennew li ssirilhom reviżjoni tal-karta ta' l-eżami li jkunu għamlu fis-sessjoni ta' Settembru fil-livelli Sec, Intermediate u Advanced tal-Matsec? Meta se jintemmu r-reviżjonijiet mitluba peress li hemm studenti li għadhom qed jistennew ir-riżultati biex jaraw jekk jistgħux jibdew kors fl-Universita`

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kull student li talab reviżjoni tal-karta ta' l-eżami li kien għamel fis-sessjoni ta' Settembru 2002 fil-livelli tas-SEC, Intermediate u Advanced tal-Matsec kien mgħarraf bir-riżultat tar-reviżjoni sat-30 ta' Ottubru.

Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar

Question

Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-chairperson u l-membri tal-bord ta' l-appell dwar l-ippjanar minn meta ġie kostitwit għall-ewwel darba sal-lum, sena b'sena? Kemm tħallsu dawn il-membri xahar b'xahar sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Il-Bord ġie maħtur għall-ewwel darba fl-1993. Il-figuri xahar xahar għall-1993 jirrapreżentaw 1/12 tal-figura totali tas-sena. Il-pagamenti xahar xahar, il-Membri u c-Chairpersons huma elenkati fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Mill-1997 il-pagamenti bdew isiru direttament mill-Bord tal-Appell.

Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar — Onorarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet u hi l-onorarja taċ-chairman u l-membri tal-bord ta' l-appell dwar l-ippjanar minn meta kien ġie kostitwit għall-ewwel darba sal-lum, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36649 f`din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #36680 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Xogħlijiet fuq il-Korsa tal-Marsa

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 36137, jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet qed isiru, li huma ta' natura rikorrenti? Kemm ser jiswew dawn ix-xogħlijiet? Min qed jagħmel dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu ma wasallix u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36681 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Xogħlijiet fuq il-Korsa tal-Marsa

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 36137, jista' il-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar sentejn x'ħidma saret sabiex jiġi nkoraġġit l-iżvilupp tal-korsa, b'mod partikolari għad-dilettanti f'dan l-isport?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu ma wasallix u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36682 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Kontijiet Pendenti

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 36141, jista' il-Ministru jagħti lista' tad-debituri u l-kredituri u l-ammonti dovuti skond il-każ? Jista' il-Ministru jgħid ukoll min kienu l-kredituri li tħallsu u kemm ħadu skond il-każ?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu ma wasallix u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36683 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Klassi tat-tiġrija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tibdil kien hemm fil-Malta Racing Club f'dan l-aħħar żmien f'dak li għandu x'jaqsam ma' kif żwiemel jitilgħu minn klassi għal oħra? Jista' jgħid jekk dan it-tibdil imurx kontra l-istatut ta' l-istess club? X'benefiċċju hu mistenni li jġib dan it-tibdil?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu ma wasallix u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Servizzi Soċjali — Benefiċċju għad-disimpjieg

Question

Jista' il-Viċi-Prim Ministru jgħid meta l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ser tieħu l-benefiċċji għan-nuqqas ta' impjieg?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata diġa ġiet infurmata bl-eżitu tal-każ tagħha.
Leg 9 PQ #36699 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Song — Membri tal-Kumitat

Question

B'riferenza għat-twaqqif ta' l-organizzazzjoni Malta Song, jista' il-Ministru jispjega fuq liema kriterji ġew magħżula l-membri tal-kumitat? B'liema mod u fuq liema kriterji ġie magħżul is-segretarju ta' din l-organizzazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Membri u s-Segretarji tal-Maltasong Board ġew magħzula fuq il-mertu personali tagħhom.
Leg 9 PQ #36743 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Common Agricultural Policy — Tariffi fuq Zokkor u Ċanga

Question

B'riferenza għall-common agricultural policy jiċħad jew jikkonferma l-Ministru li t-tariffa/levy fuq l-importazzjoni ta' sugar, cane and beef barra mill-UE hija 251.4% u se tibqa' hekk anke wara s-sena 2010?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant għandu jikseb din l-informazzjoni direttament mill-Unjoni Ewropea. Dwar jekk hux se tibqa' ċ-ċifra tal-levy kif imsemmija fil-mistoqsija, l-Onor. Interpellant jaf li dawn il-valuri jew mekkaniżmi ta' levies/tariffi jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien. Każ klassiku kien l-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal li dwarhom l-istess Interpellant tant kien ibeżża' li dawn ma konniex se nkomplu nibbenefikaw minnhom bi sħubija fl-Unjoni Ewropea. L-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal tneħħiet f'Lulju 2000 u għaldaqstant dan il-benefiċċju ntilef allavolja għadna ma sirnix membri. L-istess jista' jgħodd għal kull mekkaniżmu tas-suq preżentament applikabbli mill-EU fuq kull settur/prodott agrikolu.
Leg 9 PQ #36746 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Common Agricultural Policy — Tariffi fuq Ħxejjex oħra

Question

B'riferenza għall-common agricultural policy jiċħad jew jikkonferma l-Ministru li t-tariffa/levy fuq l-importazzjoni ta' other crops barra mill-UE hija 3.1% u se tibqa' hekk anke wara s-sena 2010?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant għandu jikseb din l-informazzjoni direttament mill-Unjoni Ewropea. Dwar jekk hux se tibqa' ċ-ċifra tal-levy kif imsemmija fil-mistoqsija, l-Onor. Interpellant jaf li dawn il-valuri jew mekkaniżmi ta' levies/tariffi jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien. Każ klassiku kien l-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal li dwarhom l-istess Interpellant tant kien ibeżża' li dawn ma konniex se nkomplu nibbenefikaw minnhom bi sħubija fl-Unjoni Ewropea. L-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal tneħħiet f'Lulju 2000 u għaldaqstant dan il-benefiċċju ntilef allavolja għadna ma sirnix membri. L-istess jista' jgħodd għal kull mekkaniżmu tas-suq preżentament applikabbli mill-EU fuq kull settur/prodott agrikolu.
Leg 9 PQ #36748 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Common Agricultural Policy — Tariffi fuq Annimali

Question

B'riferenza għall-common agricultural policy jiċħad jew jikkonferma l-Ministru li t-tariffa / levy fuq l-importazzjoni ta' bovine animals barra mill-UE hija 36.6% u se tibqa' hekk anke wara s-sena 2010?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant għandu jikseb din l-informazzjoni direttament mill-Unjoni Ewropea. Dwar jekk hux se tibqa' ċ-ċifra tal-levy kif imsemmija fil-mistoqsija, l-Onor. Interpellant jaf li dawn il-valuri jew mekkaniżmi ta' levies/tariffi jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien. Każ klassiku kien l-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal li dwarhom l-istess Interpellant tant kien ibeżża' li dawn ma konniex se nkomplu nibbenefikaw minnhom bi sħubija fl-Unjoni Ewropea. L-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal tneħħiet f'Lulju 2000 u għaldaqstant dan il-benefiċċju ntilef allavolja għadna ma sirnix membri. L-istess jista' jgħodd għal kull mekkaniżmu tas-suq preżentament applikabbli mill-EU fuq kull settur/prodott agrikolu.