Jista' jiżdied il-vultaġġ tad-dawl fi triq Vilhena Floriana fejn binja Filippo Sciberras?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet riferia lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jistgħu jitwaħħlu pelican lights fil-by pass ta' Birkirkara fejn tintemm Triq Għargħur, San Ġwann, billi r-residenti ta' din it-triq isibu diffikulta' biex jaqsmu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qiegħda fil-proċess li tara xinhu l-aħjar li jsir dwar il-każ imqajjem mill-Onor. Interpellant.
Dipartiment tat-Taxxi Nterni — Comprehensive and Assurance Manager
Question
Riferibbilment għall-post of Comprehensive and Assurance Manager fid-dipartiment tat-taxxi nterni, skond applikazzjonijiet tas-27 ta' Mejju 2002 (MPO circular no. 56/2002), jista' il-Ministru jgħid min kienu l-persuni li għamlu l-aġġudikazzjoni ta' l-applikanti? A bażi ta' liema kriterji ngħataw il-marki lill-applikanti? Jista' il-Ministru jagħti dettalji tal-marki li ngħataw l-applikanti għal kull kriterju? Għaliex fuq ir-result sheet li ġiet imwaħħla fuq in-notice board fi Blokk 2 (Administration Block) tad-dipartiment m'hemmx data? Għaliex ir-riżultat ma ġiex komunikat direttament lill-applikanti kif inhi l-prassi?
Response (DALLI, JOHN)
Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għal l-applikazzjonijiet għal post ta' Compliance and Assurance Manager fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Il-Bord li aggudika l-applikanti kien kompost mill-Kummissarju tat-taxxi Nterni bhala chairman, kif ukoll mid-Direttur ta' L-Awditjar Intern u ta' l-Investigazjoniet u mid-Direttur ta' l-Office of Review fil-Ministeru tal-Finanzi bhala membri. Kien hemm ukoll panel member iehor innominat mill-Management and Personnel Office fl-Ufficju tal- Prim Ministru. Qieghed inpoggi lista tal-Kriterji li gew stabbiliti biex jigu aggudikati l-applikanti. Ma' nhosx li huwa prudenti li nippublika d-detalji tal-marki li nghataw l- applikanti ghall kull kriterju. Ir-result sheet li giet mwahhla fuq in-notice board fi Blokk 2 hija estratt min rapport dettaljat li ghamel il-board. Il Board ma' kkomunikax direttament lill-applikanti ghax skond il-prattika adottata mill-Kummissjoni ghas-Servizz Pubbliku fejn jidhlu hatriet taht skala 5.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għadha ma ġietx milqugħa t-talba ta' uffiċjal għoli ta' l-Air Malta li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament sabiex isir it-trasferiment ta' l-impjegat li d-dettalji tiegħu wkoll qegħdin jintbagħtu separatament minħabba mġieba ta' subordinazzjoni u intimidazzjoni fil-konfront ta' l-ewwel? Jista' l-Ministru jikkonferma li board imwaqqf ad hoc f'Settembru 2000 miċ-Chairman ta' l-Air Malta biex jisma' l-każ irrakkomanda li jittieħdu miżuri korrettivi fil-konfront ta' dan l-impjegat iżda minkejja dan għadha ma ttieħdet ebda azzjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi Seduta oħra.
Ma jaħsibx il-Ministru li, filwaqt li għandu jiġi rringrazzjat ta' l-eluċidazzjoni legali li iżda l-elettorat ftit jew xejn seta' japprezza, in-nuqqas ta' impożizzjoni skond l-artiklu 239 tal-Kodiċi għall-Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għall-insinwazzjoni li hija mħollija fl-għażla ta' min ikun, hija ta' dannu għas-soċjeta'? Ma jaħsibx ukoll il-Ministru li għandu jara kif jemenda l-liġi biex anki trasferimenti ta' propjeta' immobbiljari wara deċiżjoni tal-qrati jibdew jiġu insinwati b'obbligu u mhux b'għażla?
Response (BORG, TONIO)
Is-suġġeriment ta` l-Onorevoli Interpellant ser jiġi kunsidrat; jekk jirriżulta li hemm bżonn ta` xi emendi, dawn isiru wara li ssir konsultazzjoni meħtieġa mal-Uffiċċju ta` l-Avukat Ġenerali.
Maltapost — Tqassim ta' materjal tal-Partit Nazzjonalista
Question
Jista' il-Minstru jgħid jekk ħarġitx xi direttiva sabiex impjegati tal-posta jqassmu waqt il-qadi normali tad-dmirijiet tagħhom materjal propagandistiku tal-Partit Nazzjonalista mingħajr bolla?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għal fatt illi f'Pembroke l-Awtorita' tad-Djar qiegħda tippjana li tinstalla solar heating panels, solar water panels kif ukoll photostatics, jista' il-Minstru jgħid kemm hu stmat li dawn ser jiswew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tkun tista tingħata biss wara li l-Awtorita' tad-Djar tkun iffinaliżżat id-dokumenti ta' l-offerti.
Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali — Talbiet għal akkomodazzjoni
Question
Jista' il-Minstru jgħid sal-lum kemm hemm pendenti mad-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali talbiet għall- akkomodazzjoni alternattiva u talbiet għall akkomodazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36761 f'Seduta Numru 814.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-disco li sar nhar is-Sibt 9 ta' Novembru 2002 fil-limiti ta' Ħaż Żebbuġ ingħata l-permess biex idoqq b' tant ħsejjes li kien ta' inkonvenjent kbir għar-residenti fil-viċin? Għal darba oħra jistgħu l-pulizija jillimitaw id-decibels ta' dawn id-discos? X'risposta hemm mill-Kummissarju tal-Pulizija għar-rigward ta' l-ittra li qiegħda tintbagħat separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi għalkemm l-uniku stabbiliment li nstab li kien miftuħ fl-inħawi imsemmija mill-Onorevoli Interpellant huwa liċenzjat bħala diskoteka, il-Pulizija xorta waħda ħadet passi u ordnat li l-mużika kellha titbaxxa. Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, illum il-liċenzji ta` dawn l-istabbilimenti m`għadhomx jinħarġu mill-Pulizija,u għaldaqstant nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel is-suġġeriment tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi l-ittra imsemmija waslet għand il-Kummissarju nhar it-12 ta` Novembru 2002 u l-ilment hemm imsemmi qed ikun investigat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Tarznari ta' Malta ntalbux biex jibnu jew jitfgħu offerta għall-bini taċ-ċumnija ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq li ġiet tiswa Lm131,174 eskluż il-VAT?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-tarznari ġew mitluba biex jitfgħu offerta għall-bini taċ-ċumnija ta` l-isptar Mater Dei madanakollu minħabba problemi minn naħa tagħhom għażlu li ma jagħmlux dan.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ż-żewġ rapporti tal-konsulenti SECTAR imqabbda mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi biex jevalwaw l-offerti mitfugħa għas-sejħa għall-offerti ta' apparat mediku, għamara u affarijiet relatati magħhom għall-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?
Response (DALLI, JOHN)
Naħseb li l-Onor. Membru japprezza li mhux prudenti li waqt il-proċess ta’ aġġudikazzjoni, li għadu għaddej, jiġi ppublikat materjal bħal dak li qed isemmi fil-mistoqsija tiegħu għaliex mingħajr dubju jekk dan isir tiġi vizjata l-integrita’ tal-proċess.
B'referenza għar-risposta għall-msitoqsija parlamentari numru 36825, jista' l-Ministru jgħid apparti d-detail design, lil min ingħata x-xogħol tas-subcontracting kollu mill-konsorzju Skanska Malta J.V.?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Jista' l-Ministru jikkonferma li biex ittellgħet iċ-ċumnija ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq intnefqu aktar minn Lm9,000 biex inkera l-crane ħalli jsir ix-xogħol fuq iċ-ċumnija?
Kummisjoni dwar is-sigurta' fl-ikel — Rakkomandazzjonijiet lill-Awtorita' dwar it-Turiżmu ta' Malta
Question
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-Food Saftey Commission qegħda tkaxkar saqajha biex tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar basic hygene standards lil Malta Tourism Authority?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li waqt laqgħa tal-Kummissjoni dwar is-Sigurta` fl-Ikel tal-15 t'Ottubru 2002, ġie deċiż li mhux aċċettabbli li l-iġjene ta` l-ikel għandha tkun parti mill-'grading' għall-istabillimenti ta` l-ikel. Il-Kummissjoni enfasizzat li waqt il-maniġġ ta` l-ikel, m'għandux ikun hemm ħlief l-ogħla 'standards' ta` iġene fi kwalunkwe` ħin u irrispettivament mill-ġeneru ta` negozju. Din id-deċiżjoni twasslet ukoll lill-Awtorita` dwar it-Turiżmu ta` Malta, fejn il-persuni responsabbli minn tali Awtorita` ġew imfakkra li l-Att dwar is-Sigurta` ta` l-Ikel tpoġġi r-responsabbilta` ta` regolamenti dwar Sigurta` l-ikel fuq il-Ministru responsabbli mis-Saħħa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm klandestini talbu l-istatus ta' refuġjat matul din is-sena, xahar b'xahar? Kemm minnhom qegħdin jiġu trattati bil-proċeduri normali u kemm minnhom qegħdin jiġu trattati bil-proċeduri aċċellerati taħt l-Att dwar ir-Refuġjati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi in-numru ta` applikazzjonijiet formali għal status ta` refuġjat li saru minn klandestini matul din is-sena, xahar b`xahar, kien kif ġej:-
Xahar
Każi
Persuni
Jannar
Nil
Nil
Frar
5
5
Marzu
27
28
April
59
70
Mejju
40
55
Ġunju
24
51
Lulju
4
4
Awissu
8
8
Settembru
Nil
Nil
Ottubru
62
68
Novembru (sal-15)
24
66
Il-każi ta` Ottubru u Novembru jinkludu rispettivament 10 u 6 applikazzjonijiet minn persuni minuri li dwarhom saret talba biex jinħatrilhom guardian skond il-liġi.
Il-każi msemmija ġew jew qed jiġu trattati kollha bil-proċedura normali.
Infurmat ukoll illi barra l-applikazzjoni riċevuti u trattati sal-15 ta` Novembru, hemm ukoll 341 każ fejn il-persuni konċernati imlew Kwestjonarju Preliminari li permezz tiegħu irreġistraw ix-xewqa tagħhom li japplikaw biex jiġu rikonoxxuti bħala refuġjati. Dawn it-341 każ jinvolvu 384 persuna. L-applikazzjoni formali ta` dawn il-persuni u l-intervisti sussegwenti, għad iridu jsiru. Dawn it-341 każ ġew reġistrati kollha għall-ewwel darba bejn il-bidu ta` Ottubru u nofs Novembru 2002.
Jista` l-Ministru jgħid kemm hawn mobile phones f'Malta u Għawdex illum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li skond statistika miżmuma mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika, in-numru ta' mobile phones subscribtions f'dawn il-ġżejjer f'Marzu ta' din is-sena kien ta' 252,670.
Jista` l-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldati li għandhom degree jew diploma universitarja? X'inhi u x'rank għandhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bhalissa hemm hmistax-il membru tal-Forzi Armati li ghandhom diploma jew “degree” Universitarja. Dawn ivarjaw bejn ufficjali u suldati kif muri fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru bomb hoaxes din is-sena u fejn jingħad li kienu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u d-29 ta’ Ottubru 2002, is-sezzjoni tal-“Explosives Ordinance Disposal” tal-Forzi Armati giet mghajta 57 darba fuq “bomb hoaxes”. Kien hemm kaz wiehed biss li nstab materjal li jixbah bomba, li fih ma kien hemm l-ebda splussiv.
Jidhirli l-informazzjoni fejn saru tfittxijiet ma ghandhiex tkun ippublikata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-Qorti talli pejpu f'postijiet fejn it-tipjiep mhux permess? Fejn allegatament pejpu dawn il-persuni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena kien hemm 5 persuni li nqabdu jpejpu f`post fejn it-tipjip huwa projbit. Dawn kienu fl-isptar San Luqa.