Jista' il-Ministru jara li l-bozoz fi triq l-Għarar Ħaż Żabbar jinbidlu għax ilhom maqtugħin u minkejja li għalihom saru rapporti fit-8 u fl-14 ta' Ottubru mill-Kunsill baqgħu ma sarux allavolja dan in-nuqqas qed jikkawża ħafna periklu lir-residenti għax din hija area maqtugħa mill-kumplament ta' l-abitat?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw proprjetajiet bħala first home fl-1996 sal-lum u kemm minnhom kienu Għawdex u Malta? Kemm minnhom kienu non-residents?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant illi ma kinitx tinzamm statistika ta' kemm inxtraw proprjeta' immobbli li kellha tintuza bhala residenza unika u ordinarja minhabba li s-sistemi kollha kienu operati manwalment.
Imma minn mindu s-sistema kienet kompjuterizzata n-numru ta' kuntratti f'dan ir-rigward qed tidher fl-annessa tabella markata Dok "A".
Billi r-rata koncessjonarja ma' tapplikax ghan-non-residents, ma tinzammx din l-istatistika.
Eżamijiet tal-Matsec — Riżultati ta' l-eżamijiet tal-Malti
Question
Għaliex l-istudenti li għamlu l-eżami tal-Matsec fil-malti ġabu riżultati daqstant foqra kemm fis-sessjoni ta' Ġunju kif ukoll f'dik ta' Settembru 2002? Għaliex kien hemm daqstant dewmien sabiex dawk li talbu r-revision of paper jingħataw risposta' u għaliex dawn ma jitħallewx jaraw il-karti tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-eżamijiet tas-SEC tal-Malti ta' Mejju u Settembru 2002 flimkien, iktar minn 63% tal-kandidati ġabu Gradi 1 sa 5 li jikkwalifikawhom biex jidħlu fis-Sixth Form. Dan ir-riżultat huwa komparabbli ma' ta' snin oħrajn meta bejn 63% u 65% tal-kandidati ġabu dawk il-Gradi. Ir-riżultati tar-revision of paper fil-Malti ntbagħtu fl-24 ta' Ottubru hekk kif waslu fl-Uffiċċju tal-MATSEC minn għand l-eżaminaturi. Mhix proċedura li l-kandidati jaraw il-karta tagħhom waqt ir-revision of paper.
X'inhi r-raġuni li l-pulizija m'hijiex tagħti lid-direttur (product planning and development) fil-Malta Tourisim Authority aċċess għall file (Ref 2/2/M12/98) sabiex b'hekk l-applikazzjoni ta' individwu biex jopera Snack bar fix-Xlendi, Għawdex tkun tista' tiġi pproċessata?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kopja tal-applikazzjoni li rrefera ghaliha l-Onor. Interpellant inghatat lill-Awtorita` tat-Turizmu fis-7 ta' Novembru, 2002.
In vista ta' dak li ġie rrapportat fil-gazzetta lokali li l-HSBC sejjer jislef għal żmien determinat l-akwarell ta' J.M.W. Turner dwar il-port il-kbir lill-museum of fine arts u peress li sottoskritt jemmen bis-sħiħ li fit-trasferiment tax-shares tal-Mid Med Bank lill-HSBC, il-poplu Malti u Għawdxi ġie litteralment misruq minn wirt patrimonjali kbir peress li l-Mid Med Bank kellu f'idejh kollezzjoni vasta u mportanti ta' wieħed mill-aħjar pitturi Maltin (bħal Envin Cremona u Nicola Camilleri), jidhirlux il-Ministru li minnufih u bla aktar dewmien tinħatar kummisjoni adhoc miż-żewġ naħat tal-Kamra biex tagħmel inventarju ta' dan il-wirt patrimonjali kbir malti li qiegħed f'idejn l-HSBC?
Jistgħu jittieħdu l-provvedimenti kollha opportuni sabiex dan il-wirt patrimonjali ma jitħallhix jitlaq minn dawn il-gżejjer? Jidhirlux li għandhom jibdew minnufih trattativi ma l-HSBC minn naħa tal-gvern għal akkwist ta' din il-kollezzjoni li qabel kienet tal-Mid Med Bank u f' każ ta' rrifjut ta' l-istess HSBC li tikkopera mal-gvern Malti, issir leġislazzjoni adhoc biex il-poplu Malti u Għawdxi jerġa jakkwista lura dan il-wirt patrimonjali tiegħu u dana fl-interess pubbliku u salv kull dritt ta' kumpens minn naħa tal-gvern lill-HSBC għal dan l-akkwist.
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Parlament għadu kif din is-sena addotta l-leġiżlazzjoni li tirregola l-ħarsien tal-patrimonju kulturali li jinsab Malta.
Possibli jiġu irtirati id-disembarkation cards li kopja minnhom qed nehmeż ma din l-mistoqsija parlamentari għax fihom żbalji ovvji ta' l-ortografija fit-twissija li hemm stampata bil-lingwa Maltija fuq din il-card?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ser tittiehed l-azzjoni mehtiega sabiex jekk hemm xi disembarkation cards simili jitnehhew.
Jista' il-Minsitru ġentilment jgħid kemm-il darba ssejjħu membri tal-protezzjoni ċivili mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sa l-1 ta' Novembru ta' din is-sena fuq każi ta' emerġenza? Possibli dawn il-każi jinqasmu f'kategoriji (skond in-natura tagħhom eg: każi ta' ħruq, inċidenti fuq il-baħar)? F'kemm minn dawn il-każi kien hemm vittimi li tilfu ħajjithom? Kien hemm każi fil-perjodu msemmi fejn membri tal-protezzjoni ċivili sfaw korruti waqt il-qadi ta' dmirijiethom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kellu 4,395 talba ghall-assistenza u l-kategorijie ta' dawn il-kazi huma kif jidhru fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmat ukoll li matul din is-sena kien hemm kaz wiehed li fih safa korrut membru tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili waqt li kien qieghed jinghata tahrig, filwaqt li membru iehor safa korrut wara li l-vettura li kien riekeb fiha kienet involuta f'incident.
Ghal dak li jirrigwardja id-Dipartiment tal-Pulizija, ninsab infurmat illi matul din is-sena, sal-31 t'Ottubru, 2002, il-Pulizija irceviet 22 rapporti ta incidenti fatali li fihom tilfu hajjithom 24 persuna u f'9 kazi kienet issejhet l-assistenza tal-Membri tal-Protezzjoni Civili.
Dawn kienu kif gej:-
Numru ta' incidenti
Numru ta' vittmi
Numru ta' kazi fejn issejhet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Civili
Incidenti fatali ta' traffiku
12
14
5
Incidenti fatali fuq il-post ta' xoghol
1
1
1
Incidenti ohra
9
9
3
22
24
9
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm il-darba tul is-sena l-oħra u din is-sena membri tat-tifi tan-nar issejħu fuq false alarm?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellu 266 false alarm, filwaqt li bejn Jannar u Ottubru 2002 kien hemm 215.
Jista' il-Ministru jgħid kemm irġiel qed jieħdu pensjoni tal-mara, wara li din ġiet nieqsa (mejta), minn mindu daħlet fis-seħħ din il-liġi sal-lum sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li n-numru ta' rġiel li qed jieħdu pensjoni tar-romol bis-saħħa tal-kontribuzzjonijiet li kienu laħqu ħallsu n-nisa rispettivi tagħhom qabel ġew nieqsa huwa dan:
1997 10
1998 12
1999 14
2000 16
2001 16
2002 20
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 36839, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Għawdex, cioe' jista' il-Ministru jgħid jekk sarx profitt jew telf, sena b'sena fl-aħħar ħames snin, mis-serizz tal-catering provdut fil-cafeterias tal-vapuri tal-Gozo Chanel?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul dawn l-aħħar ħames snin, il-Kumpanija Gozo Channel dejjem għamlet profitt mis-servizz ta' catering provdut fil-cafeterias tal-vapuri tagħha kif jidher hawn taħt:
SENA FINANZJARJA AMMONT
1998 Lm35,916
1999 Lm38,555
2000 Lm49,848
2001 Lm63,330
2002 Lm80,000
Jista l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi jara li ssir bozza fi triq il-Gardjola kantuniera ma' triq Pawlu Micallef, Fgura peress li hemm nuqqas kbir ta' dawl?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-Talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi ikkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li ssir l-ewwel fażi ta' Triq il-Gardjola, Fgura?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li d-Direttorat tat-Toroq qed jimplimenta programm għal asfaltar ta' toroq ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokalita' isir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li triq il-Karmelitani Fgura il-parti ta' fuq ta' ħdejn il-knisja tingħata t-tarmac wara li dan l-aħħar saru xi xogħlijiet u tħaffir fiha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena infurmat illi x-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant huwa responsabbilta' tal-Kunsill Lokali, għalhekk għal aktar informazzjoni l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tal-MEPA li huma mpjegati b'kuntratt defenit jistgħux japplikaw għal sejħiet interni ta' postijiet vakanti? Jekk dawn jiġu magħżula jibqgħu b'kuntratt defenit? Jista' jgħid il-Ministru jekk hux skond ir-regolamenti li impjegat b'kuntratt defenit jista' jaqbeż lil impjegati tal-fiss?
Response (BORG, TONIO)
Skond il-provvedimenti tal-ftehim kollettiv, is-sejħiet interni huma miftuħa għall-ħaddiema kollha tal-MEPA. It-termini tal-kuntratt offrut ikunu jiddependu mill-postijiet vakanti kif ukoll mill-ħtiġijiet tal-Organizzazzjoni u jistgħu jinkludu ħatriet għall-perijodu definit. Ma hemmx regola li tipprekludi l-impjieg b`kuntratt b`kundizzjonijiet għola minn dawk ta` impjegat tal-fiss.
Hemm xi żviluppi dwar iż-zebra crossing u l-pelican lights fi triq l-Ifran il-Belt, biswit il-kunvent u l-knisja ta' Santu Wistin? Jistgħu dawn isiru aktar addattati għal persuni b'diżabilita'?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li diġa teżisti żebra crossing biswit il-knisja ta' Santu Wistin fi Triq l-Ifran il-Belt Valletta. L-Awtorita' dwar it-Trasport ser tinforma lill-Kunsill Lokali biex il-bankini taż-Zebra crossing ikunu adattati għal persuni b'diżabilita.
Xi żviluppi saru fil-ground San Ġużepp f' Santa Venera u kemm intefqu flus biex dan sar?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li x-xogħol ta' upgrading tal-ground ta' San Ġużepp huwa lest. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija infurmat li skond ftehim li kien sar bejn is-Segretarjat Parlamentari u l-Kunsill Lokali, id-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport se jħallas parti mill-ispejjeż involuti. Din l-ispiża mistennija tlaħħaq is-LM6,000. Il-kumplament ta' l-ispejjeż l-oħra se jitħallsu mill-Kunsill Lokali u minn St.Venera Lightnings F.C.
Valletta — Kunvent ta' l-Ursolini-Stallazzjoni ta' lift
Question
It-talba tal-kunvent ta' l-Ursolini fi triq Marsamxett il-Belt għall-istallazzjoni ta' lift tista' tiġi milqugħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-iskema V ta' l-Awtorita' tad-Djar dwar installazzjoni ta' lifts tapplika biss għall-blokki ta' appartamenti propjeta' tal-Gvern. Għalhekk, it-talba li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ma tistax tiġi kkunsidrata.