Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38589 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura

Drenaġġ/sustanzi perikolużi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir biex titwettaq il-wegħda No. 71 tal-ktejjeb Unjoni Ewropea "Il-pakkett tas-Sħubija'' fejn ġie mwiegħed li sa Marzu, 2007 id-drenaġġ u s-sustanzi perikolużi ma jibqgħux jintremew fil-baħar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-pjan hu li jsiru tlett impjanti tat-trattament, wieħed f'Għawdex u tnejn f'Malta, kif ukoll titjib fl-infrastruttura fix-Xlokk ta' Malta kif ukoll f'Għawdex. Dan isir sabiex id-drenaġġ kollu ta' Malta u Għawdex jiġi msoffi qabel ma jintrema l-baħar u b'hekk il-gvern ikun qiegħed iwettaq il-wegħda tiegħu kif jgħid il-ktejjeb "Il-Pakkett tas-Sħubija". Iktar dettalji jinsabu fil-"justification document" għad-direttivi 76/464/EEC u 91/271/EEC li qegħdin fuq il-web-site tal-MIC.
Leg 9 PQ #38590 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura

Delimara — Power station

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir biex il-power station ta' Delimara tkun konformi ma' standards ta' l-UE sa l-aħħar ta' l-2005 u biex tnaqqas it-tniġġiż tat-trab fin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Enemalta qed tħares lejn diversi possibiltajiet biex tnaqqas it-tniġġiż tat-trab fin mill-Power Station ta' Delimara u tiġi konformi ma' l-emission limit values stipulati mill-Unjoni Ewropea dwar impjanti ġodda (new plants). Dawn jistgħu jiġu kkontrollati kemm at combustion level (bil-kwalita' ta' fuel (low ash content of fuel oil), additivi li jiżdiedu mal-fuel u l-burners li jintużaw), kif ukoll billi tikkontrolla fil-livell taċ-ċumnija billi wieħed jibni dust removal plant (Electrostatic precipitator) biex ineħħi t-trab fin li jkun se joħroġ miċ-ċumnija. Infurmat ukoll li diġa' qed isiru testijiet fil-livell ta' combustion.
Leg 9 PQ #38591 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura

Petrol — Dħaħen perikolużi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif se jkun qed jikkontrolla d-dħaħen perikolużi li joħorġu mill-petrol (VOC's) sa l-aħħar ta' l-2004?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-kontroll tad-dħaħen perikolużi (volatile organic compounds) li joħorġu mill-petrol jiġi effetwat billi s-sistema tal-ħażna, mili ta' bowsers, ġarr u 'filling' fil-petrol stations tkun waħda magħluqa u li tkun armata b'vapour recovery units.
Leg 9 PQ #38592 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura

Impjant tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jinformani fejn se jinbena impjant ġdid tal-gass bħalma ntqal fil-ktejjeb ta' l-informazzjoni mill-MIC ''il-Pakkett tas-Sħubija'', f'paġna 43, No. 82?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s-sit fejn l-Enemalta qed tippjana li tibni l-impjant il-ġdid tal-gass huwa f'Bengħajsa ħdejn l-Oil Tanking Depot.

Wied il-Għajn — Triq is-Sibbien

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx esproprjata xi art sabiex issir Triq is-Sibbien, f'Wied il-Għajn? Jekk fl-affermattiv, kemm tħallsu flus għal din l-espropriation? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plan li turi l-area esproprjata?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Imdina — Proġett ta' pavimentar

Question

Issa li tħabbar li se jinbeda l-proġett tal-pavimentar ta' l-Imdina jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jiġu eliminati l-bankini (fejn jeżistu) peress li din il-belt hi kollha pedestrianised?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-proġett imsemmi jipprevedi li kull fejn hemm bankina tinżamm.
Leg 9 PQ #38595 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Barranin — Permessi ta' xogħol

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin li għandhom permes, ta' residenza permanenti f'Malta u li jaħdmu f'Malta? Minn liema pajjiżi huma dawn il-barranin? X'inhu n-numru minn kull pajjiż differenti separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` persuni barranin li għandhom permess biex joqogħdu Malta u l-pajjiżi li minnhom oriġinaw hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninfurmah ukoll li residenti permanenti barranin ma jistgħux jaħdmu hawn Malta mingħajr permess skond l-Art. 11(1) tal-Kap. 217.
Leg 9 PQ #38596 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Paola — Qtugħ tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li titranġa s-sistema tad-dawl viċin ir-residenza ta' familja li l-partikularijiet tagħha jidhru separatament minn din il-mistoqsija u kważi ta' kuljum qiegħed jinqata' d-dawl bil-konsegwenza li f'dan iż-żmien tax-xitwa ma jistgħux jużaw appliances daqshekk bżonjużi għall dan iż-żmien tax-xitwa?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #38597 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Paola — Qtugħ fil-provvista tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni tad-dawl għar-residenza li l-partikularijiet tagħha jidrhu separatament minn din il-mistoqsija peress li d-dawl qed jinqata' spiss u ma jistgħux jinxtegħlu l-appliances?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.

M'Scala — Akkwist ta' propjeta'

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarx xi ftehim minn xi dipartiment jew aġenzija li taqa' fir-responsabilita' tiegħu sabiex tiġi akkwistata' jew tintuża propjeta f' Ta' Munita l/o M'Scala? Jekk fl-affermattiv għal-liema skop se tintuża din il-propjeta? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar mas-sidien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ma sar ebda ftehim minn xi Dipartiment jew Aġenzija li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi biex jakkwistaw jew jużaw propjeta' fil-post indikat mill-Onor. Interpellant.

Paola — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jara li tissewwa toqba li hemm taħt cable tal-Maltacom li jinsab quddiem ir-residenza li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-misotqsija peress li qed jidħol ilma minn din it-toqba?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #38601 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Persuni barranin — Xogħol bla permess

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti akkużati li ħaddmu persuni barranin b'mod illegali matul dawn l-aħħar tnax-il xahar? F'liema data u fejn inqabdu jaħdmu dawn il-persuni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Frar 2002 u 31 ta` Jannar 2003, il-Pulizija resqet 15-il persuna quddiem il-Qorti fuq akkużi li ħaddmu persuni barranin illegalment. Dawn il-każi seħħew fid-dati u fil-lokalitajiet kif ġej: Qormi 07.02.02 Mellieħa 02.05.02 26.06.02 Sliema 10.05.02 Luqa 21.09.02 Ta` Xbiex 10.05.02 Valletta 21.03.02 27.09.02 23.01.03 Balzan 13.11.02 Kirkop 16.01.03

Ħaddiema barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu ħaddiema illegali barranin il-qorti wara li nstabu jaħdmu illegalment? F'liema data u f'liema post instabu dawn il-ħaddiema matul dawn l-aħħar tnax-il xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra.

Gudja — Ħmieġ f'area

Question

Jogħġbu l-Ministru jara li tiġi mnaddfa l-area ta' quddiem Triq Ħal Resqun fil-Gudja peress li issa ilha tiġi wżata bħala miżbla?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prioritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom. Billi mhux ċar għal liema area l-Onorevoli Membru qed jirreferi, nitolbu jkun aktar speċifiku sabiex tiġi stabbilita ta` min hi r-responsabbilita tad-tindif.
Leg 9 PQ #38605 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal ta' l-inġustizzji — Kumpens

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li naqtgħtilhom is-sentenza mit-tribunal ta' l-inġustizzji u għadhom ma ħadux il-kumpens?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat minn total ta’ 677 kazi decizi, bhalissa hemm 50 kaz li jinvolvu 56 persuna, li nqatghatilhom is-sentenza mit-Tribunal ghall-Investigazzjoni ta’ l-Ingustizzji u li ghadhom ma hadux il-kumpens. Minn dawn hemm 8 kazi li qeghdin jigu kkontestati mill-Awtoritajiet jew Dipartimenti koncernati, u 42 kaz li ghadhom qeghdin jigu pprocessati.
Leg 9 PQ #38606 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pakkett tas-Sħubija — Kwalita' ta' l-arja

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma dawk l-obbligi li ser jaddotta l-Gvern biex jiffranka Lm3 miljuni u Lm 16.6 miljuni fis-sena dwar il-kwalita' ta' l-arja kif hemm fil-ktejjeb tal-MIC msejjaħ 'Il-Pakkett tas-Sħubija' pg 37 no 68?

Response (BORG, TONIO)

F`paġna 37, nota 68 tal-publikazzjoni imsemmija hemm miktub li "Malta tista` tiffranka bejn Lm3 miljuni u Lm16.6 miljuni fis-sena jekk tapplika l-istandards ta` l-UE dwar il-kwalita` ta` l-arja". Dan joħroġ minn studju li għamlet il-Kummissjoni Ewropeja dwar il-benefiċċji finanzjarji li l-pajjiżi kandidati jkollhom jekk japplikaw l-istandards ta` l-UE. Dan l-istudju jinsab fil-website - http://europa.eu.int/com/environment/enlarg/benefit.htm.

Servizz tat-telecare

Question

Jista' il-Ministru jara li l-armla li tgħix weħidha u li l-partikularijiet jidhru separatament minn din il-mistoqsija tingħata s-servizz tat-telecare?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għas-servizz tat-Telecare mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant waslet fid-Dipartiment konċernat fis-16 ta' Jannar 2003 u fit-3 ta' Frar 2003, id-dokumenti meħtieġa ntbagħtu lil Maltacom.
Leg 9 PQ #38609 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Xiri ta' prodotti

Question

X'inhi r-raġuni li l-MEPA baqgħet ma ħallsitx żewġt kontijiet ta' prodotti li nxtraw xhur ilu, li d-dettalji dwarhom qed nehmeż under seperate cover? Possibli jittieħdu passi biex dawn il-kontijiet jitħallsu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li wara xi diffikulta` amministrattiva se jsir il-ħlas fuq dawn iż-żewġ kontijiet żgħar.

Żejtun — Pedestrian Crossing

Question

Possibli l-Ministru jintervjeni personalment biex issir il-pedestrian crossing li ilha tintalab xhur sħaħ fil-post li d-dettalji tiegħu qed nehmeż under separate cover? Billi fil-post imsemmi hemm periklu kbir għal dawk li jkunu jaqsmu, possibli ssir f'qasir żmien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku approva pedestrian crossing fil-post irreferut għalih mill-Onor. Interpellant fl-1 ta' Novembru 2002 skond il-pjanta maħruġa mid-Direttorat għat-Toroq hawn annessa. Għandu jiġi nnutat li l-bżonn ta' din il-pedestrian crossing huwa minħabba stabbiliment kummerċjali. Għalhekk huwa rakkomandat li, kif suppost irriżulta mit-Traffic Impact Assessment ta' dan l-iżvilupp, din il-pedestrian crossing għandha tiġi implimentata bħala parti mill-proġett ta' l-istabbiliment kummerċjali u mhux mill-Awtorita' Dwar it-Trasport.