Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju għall-Kompetizzjoni — ħidma

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet il-ħidma li saret mill-Uffiċċju għal-Kompetizzjoni fis-sena 2016 ?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li fis-sena 2016, fost il-ħidma tal-Uffiċju għall-Kompetizzjoni insibu: · Il-ħruġ ta’ żewġ deċiżjonijiet, waħda dwar ksur fis-settur tal-bejgħ tad-diesel lill-pompi tal- petrol , u oħra fir-rigward tat-tariffi tat-trasport tal-istudenti lejn l-iskejjel tal-Knisja; · Inħarġu tmien deċiżjonijiet rigward konċentrazzjonijiet fejn kumpaniji ingħaqdu jew fejn kumpanija xtrat kumpanija oħra; · Rapport fuq talba mill-Qorti skont l-artikolu 27 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni, dwar il-kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni mqajma quddiema; · L-organizzazzjoni ta’ konferenza hawn Malta bl-għajnuna tal-UNCTAD u l-Awtorita għall-Kompetizzjoni tal-Awstrija bit-titolu ‘Euro Mediterranean Competition Forum’; · Abbozzar ta’ regolamenti li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni li għandhom jiġu fis-seħħ aktar tard din is-sena; · Ħruġ ta’ komunikazzjoni rigward commitments offruti mill- intrapriżi investigati fis-settur tal-uniformijiet sabiex jindirizzaw it-tħassib identifikat mill- Uffiċċju rigward nuqqas ta’ kompetizzjoni; · Ħruġ ta’ statement of objections rigward possibbilta ta’ miżuri interim fis-settur tad-divertiment; · Laqgħat mal-banek u solveljar sabiex isir magħruf kif dawn jattwaw ir-rakkomandazzjonijiet proposti fir-rapport tal-inkjesta settorjali dwar ir-rati ta’ l-imgħax li joffru l-Banek fuq self għall-intrapriżi żgħar u medji; · Intervjena waqt is-sezzjoni li kienet qed tiddiskuti l-irwol tal-istudji tas-swieq bħala għodda biex tippromwovi l-kompetizzjoni fil-laqgħa annwali tal-OECD Global Forum on Competition fejn ġie ppreżentat ir-rapport tal-inkjesta settorjali. · Ippreżenta r-rapport annwali tal-Uffiċċju fl-OECD għat-tieni sena konsekuttiva minn meta twaqqfet l-Awtorita`. · Id-difiża ta’ każijiet quddiem it-Tribunal tal-Appell tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumatur u quddiem Qrati oħra.

Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur — ilmenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm irċieva ilmenti l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur matul is-sena 2016? Kemm minn dawn l-ilmenti ġew solvuti? X’kien l-ammont ta’ kumpens li ħadu l-konsumaturi wara l-intervent tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li matul is-sena 2016, l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur irreġistra 1205 ilment fejn f’612 minnhom intlaħaq ftehim amikevoli. 190 ġew irtirati minn naħa tal-konsumatur jew ma kinux ilmenti ġustifikati. Il-kumplament ġew mgħoddija lil entitajiet oħra filwaqt li kien hemm 354 każ li għaddew quddiem it-Tribunal. Il-kumplament kienu għadhom pendenti sal-aħħar tas-sena. L-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur, bħala l-NEB ( National Enforcement Body ) għar-Regolament (KE) nru 261/2004 fuq kanċellazzjoni jew dewmien ta’ titjiriet; laqa’ wkoll 154 ilment f’isem 280 konsumatur. Minn dawn l-ilmenti, ġew solvuti 88. L-ammont ta’ kumpens li ħadu l-228 konsumatur wara l-intervent ta’ dan l-Uffiċċju kien ta’ €75,913.10. Barra minn hekk, 9 ilmenti ġew riferuti liċ-Ċentru Ewropew għall-Konsumatur, 14 ġew trasferiti lill-NEBs barranin u 19 ġew irtirati mill-konsumaturi nfushom. It-talba ta’ 2 ilmenti minnhom ma ġietx milqugħa u ilment ieħor ma kellux bażi biex tkun tista’ titteħidlu azzjoni. Fl-aħħar tas-sena kien baqa’ 21 ilment pendenti.

Uffiċċju tal-Konsumatur – każ ta’ kumpanija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kien is-sehem tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur sabiex il-konsumaturi jiġu kkumpensati fil-każ tal-kumpanija li l-isem tagħha qed jingħata separatament?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur kien mill-bidu nett offra s-servizz tiegħu u għen lill-konsumaturi effetwati f’dan il-każ. Inizjalment, l-Uffiċċju kien ġabar l-ilmenti kollha u sar ukoll eżerċizzju fejn kull konsumatur kien avviċinat biex jiġu kkonfermati l-ammonti nvoluti u jekk kienx hemm każijiet fejn xi ammonti setgħu kienu ġew rifondati minn banek jew kumpaniji oħra. Kull irċevuta jew dokumenti oħra ġew miġbura f’database kreata għal dan il-każ.

MEUSAC – Informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fl-isfond tar-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit, xi pjanijiet għandu l-Gvern biex jissaħħaħ il-MEUSAC ħalli ċ-ċittadini Maltin ikunu iktar infurmati dwar l-Unjoni Ewropea u kif din taffettwa l-ħajja tagħhom ta’ kuljum?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lil Onor. Interpellant li kif ħabbarna fil-baġit għal din is-sena dan il-Ministeru ser ikun qed jimplimenta riforma wkoll fil-Meusac u li qed tissejjaħ “relaunch”. Għaddejjin id-diskussjonijiet interni fil-preżent u jitħabbar aktar ‘l quddiem id-dettalji ta’ din ir-riforma biex iċ-ċittadini ta’ pajjiżna jkollhom aktar viżjoni,informazzjoni u parteċipazzjoni f’dak li qed jiġri fl-Unjoni Ewropeja.”

Tradinig Licences

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu trading licences bejn is-sena 2014 u sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-licenzji tal-kummerċ maħruġa mis-sena 2014 sa llum huwa: 2014 - 1616 liċenża 2015 - 1616 liċenża 2016 - 1629 liċenża 2017-(sal-lum) - 17 liċenża

Life Science Park Malta – spazju meħud minn intrapriżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ittieħed spazju minn intrapriżi ġewwa l-Life Science Park Malta?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa l-aħħar ta' 2016, kien hemm 37 entita' li ġiet allokata spazju ġewwa Malta Life Sciences Park, li flimkien jokkupaw 76% tal-ispazju.

Operaturi liċenzjati fil-qasam tar-retail – trade licenses

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn operaturi li għandhom Trade License f’Malta, u li huma liċenzjati li joperaw fil-qasam tar-retail?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' ħwienet bl-imnut li kellhom liċenza sa' 31 ta’ Diċembru kien 7042.

Jobsplus – Head Office — operator

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex telefonati li jsiru lill-operator fuq in-numru tal-Jobsplus Head Office jiġu interrotti flok jgħaddu għand l-operator?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat minn Jobplus li ma jirriżultax li kien hemm interruzjoni ta’ telefonati. Madankollu, mhux eskluż li jista’ jkun hemm konġestjoni ta’ telefonati f’istanti fejn ikun hemm numru kbir ta’ telefonati fl-istess waqt.

Malta Enterprise – Skema Micro Invest

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Malta Enterprise qed titlob aktar dokumenti mis-snin ta’ qabel biex wieħed japplika għall-iskema Micro Invest, liema dokumenti huma maħruġa mill-istess Gvern jew awtoritajiet tiegħu, minkejja il-wegħda tal-Gvern li jnaqqas il-burokrazija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta' dokumentazzjoni mitluba ma’ l-applikazzjoni tal-Micro Invest għas-sena 2017 huwa filfatt anqas mill-2014 min mindu l-iskema reġat ġiet imnedija. Għalkemm inġenerali l-ammont ta' dokumentazzjoni mitluba tiddependi minn emendi li jsiru f'din l-iskema minn sena għal oħra, fejn per eżempju dawn l-aħħar tlett snin żdiedet b'mod konsiderevoli l-assistenza li wieħed jista' jieħu taħt din l-iskema, finalment l-ammont ta' dokumentazzjoni li trid tiġi sottomessa tiddependi fuq it-tip tal-applikant u fuq it-tip ta' assistenza li qed tiġi mitluba.
Leg 12 PQ #30804 Sitting 482 2017-02-14 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Rata ta’ defiċit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata tad-defiċit attwali reġistrata sena b’sena mill-2006 ’l hawn? Jista’ jgħid ukoll kif din ir-rata tad-defiċit, varjat tul l-istess perjodu msemmi, minn dik prevista li se tkun waqt id-diskors tal-Baġit?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant tidher hawn taħt, ibbazata fuq tagħrif maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Sena Defiċit bħala % tal-Prodott Domestiku Gross Defiċit previst Defiċit attwali* 2006 2.7 2.6 2007 2.3 2.3 2008 1.2 4.2 2009 1.5 3.3 2010 3.9 3.2 2011 2.8 2.5 2012 2.3 3.6 2013 2.7 2.6 2014 2.1 2.1 2015 1.6 1.4 * Sors: NSO News Release 172/2016 tal-21 ta’ Ottubru 2016 Infakkar lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu ta’ hawn fuq kien hemm zewġ okkazjonijiet fejn ittieħdu proċeduri ta’ defiċit eċċessiv mill-Unjoni Ewropea kontrina għax kien hemm bosta sfidi li kienu qed jheddu s-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi u jnaqqsu l-potenzjal tal-iżvilupp ekonomiku fil-pajjiz. Kien dan il-Gvern li ħadem bil-għaqal u sena wara sena rnexxielna nnaqqsu d-defiċit b’mod konsistenti tant li fl-2017 ir-rata tad-defiċit mistennija tinzel għal 0.5% tal-Prodott Domestiku Gross.
Leg 12 PQ #30805 Sitting 482 2017-02-14 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali – riżervi tad-deheb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu r-riżervi tad-deheb fil-Bank Ċentrali bejn Mejju 2008 sa Marzu 2013, xahar b’xahar?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #30806 Sitting 482 2017-02-14 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Fond għall-Kawżi Ġusti — Commitment Letters - lista

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa ta’ commitment letters sena b’sena minn meta twaqqaf il-Fond għall-Kawżi Ġusti sal-aħħar ta’ Frar 2013? Min ibbenefika, u jagħti l-lokalità ta’ minn fejn kien ġej kull min ibbenefika u kemm kien l-ammont ta’ kull commitment letter?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-perjodu li qed jirreferi għalih kien karatterizzat b’ħafna nuqqasijiet serji fl-organizazzjoni u t-tmexxija ta’ dan il-Fond fi zmien l-amministrazzjoni preċedenti. Ir-rapport An analysis of the National Lotteries Good Causes Fund li sar min-National Audit Office f’Novembru 2013 isemmi, per ezempju, li min-nofs is-sena 2012 ’l quddiem intrabtu somom qawwija ta’ flus b’mod li l-ħidma tal-Fond sal-aħħar tal-2014 kienet ristretta sew; li l-parametri ta’ kif kellhom jitqassmu l-fondi mhux dejjem ġew rispettati; li f’xi kazijiet l-għotjiet li ngħataw kienu akbar mill-ammonti mitluba; u li l-informazzjoni dwar il-Fond għall-Kawzi Ġusti kienet tinzamm b’mod fragmentat, bla ebda sors komprensiv u ċentralizzat fejn kienet tinzamm l-informazzjoni relevanti dwar kull applikazzjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 12 PQ #30807 Sitting 482 2017-02-14 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA — events

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ events (ikliet u riċevimenti) sena b’sena mill-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Marzu 2013? Jista’ jinkludi f’din il-lista l-post fejn inżammu dawn l-events, kemm kien hemm mistidnien, kemm minnhom kienu Deputati Parlamentari, persons of trust u oħrajn? X’kisbet Malta bħala ċentru għas-servizzi finanzjarji minn dan kollu? Kemm ġew jiswew dawn l-events?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninsab mgħarraf mill-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) li t-tagħrif miżmum mill-Awtorità li hu relevanti għal din il-Mistoqsija Parlamentari jinsab fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #30808 Sitting 482 2017-02-14 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi –ingaġġ ta’ ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema ġodda fil-Ministeru għall-Finanzi u fid-dipartimenti u entitajiet li kienu jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ministeru bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u d-9 ta’ Marzu 2013?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u d-9 ta’ Marzu 2013 ġew ingaġġati 570 ħaddiem ġdid fil-Ministeru għall-Finanzi u f’dipartimenti u entitajiet li kienu jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta’ dan il-Ministeru.

Ftehim bilaterali ma’ pajjiżi oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ftehim bilaterali kien iffirmat ma’ pajjiżi oħra bejn Lulju u Diċembru 2016 u x’kienu s-suġġetti ta’ dawn il-ftehim?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li talab.

Avukat Ġenerali – persuni li inħarġilhom ċertifikat ta’ immunità

Question

Jista’ jgħid kemm-il darba l-Avukat Ġenerali ddikjara li persuna kellha tinħarġilha ċertifikat ta’ immunità minn prosekuzzjoni skont il-liġi tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni minn wara Marzu 2013, u jagħti d-data meta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onor.Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar