Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30391 u jgħid kemm applikazzjonijiet daħlu, skont il-lokalità, għall-agri-turiżmu, u kemm minn dawn ġew milqugħa u kemm ġew rifjutati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tagħrif mitlub huwa hawn anness:
Status
L.C.
Granted
Pending
Dingli
1
Għajnsielem
1
Għaxaq
1
Kerċem
1
San Pawl il-Baħar
1
Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar – deċiżjonijiet li ġew mibdula
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inqalbu deċiżjonijiet mit-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT), jiġifieri minn rifjut għall-ħruġ tal-permess, skont kull lokalità, minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar – deċiżjonijiet li qed jiġu kkontestati fil-Qorti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il deċiżjoni tat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) mogħtija minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija, qegħdin jiġu kkontestati fil-Qorti ta' Malta u Għawdex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30904, id-deċizjonijiet tat-Tribunal ta' Revizjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jistgħu jigu kontestati quddiem il-Qorti tal-Appell (sede nferjuri), fejn skont ir-Reġistru tal-Qorti tal-Appell hemm ħames (5) appelli pendenti sad-data tat-13 ta' Frar 2017. Informazzjoni migjuba mill-website dwar is-servizzi tal-Qorti ta' Malta: http://www.justiceservices.gov.mt
Jista' l-Ministru jara għalfejn il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, u li applikat għall-kors l-MCAST tas-CPC għat-tag tas-sewqan ta' trakkijiet u trasport pubbliku, qed tiġi posposta ripetutament, l-ewwel f'Novembru imbagħad f'Jannar?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-kors ma ġiex postpost. Billi kien hemm numru kbir ta’ applikazzjonijiet inqasmu fi gruppi tant li bħalissa għaddej it-taħriġ lil grupp numru 26. Kull grupp jieħu 30 student. Il-persuna msemmija hija mniżżla mal-grupp li jmiss jibda f’Marzu. Is-sistema li min applika l-ewwel jiġi mgħajjat għall-kors l-ewwel qed tiġi applikata (first come, first served).
Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm-il sena ġie ffirmat il-ftehim mal-Vitals Global Healthcare? Minn meta beda jseħħ dan il-ftehim? Jista' jgħid jekk hemmx klawsola fil-kuntratt li dan jista’ jiġi mġedded u jekk iva, għal kemm żmien jista' jiġi mġedded u taħt liema kundizzjonijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-konċessjoni bdiet fid-19 ta’ Mejju 2016 kif indikat fis-Services Concession Agreement li kien imqiegħed fuq il-mejda tal-kamra fis-seduta 429 ta’ din il-legiżlatura. L-konċessjoni hija għal 30 sena.
Sptar Mater Dei – operazzjoni ta’ knee replacement
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru knee replacement fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2013? Kemm minn dawn il-pazjenti kienu ilhom jistennew aktar minn sena? Kemm minnhom kienu ilhom jistennew aktar minn sitt xhur? Kemm minn dawn il-pazjenti kien ilhom jistennew anqas minn sitt xhur? Kemm minnhom kienu ilhom jistennew anqas minn tliet xhur?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’Marzu tal-2013, kien hemm total ta’ 1733 persuni jistennew għal knee replacement, preżentament din il-figura niżlet għal 770. Fl-2013 saru 311 knee replacement fuq pazjenti li kien ilhom jistennew aktar minn sena.
Jista' l-Ministru jgħid min kien il-Perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq Ninu Cremona fir-Rabat Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-Perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f’liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet, jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min kien il-Perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq il-Mitħna fix-Xewkija? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-Perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f’liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet, jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min kien il-Perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq is-Salina f'Marsalforn? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-Perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f’liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet, jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Sptar Mater Dei – operazzjonijiet ta’ knee replcements
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru knee replacements f’Mater Dei fis-sena 2014? Kemm minn dawn kien ilhom jistennew aktar minn sena? Kemm minn dawn kien ilhom jistennew aktar minn sitt xhur? Kemm minn dawn kien ilhom jistennew anqas minn sitt xhur? Kemm minn dawn kien ilhom jistennew anqas minn tliet xhur?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2014 saru 553 knee replacements fosthom 223 fuq pazjenti li kienu ilhom jistennew aktar minn sena.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-polyclinic ta' Ħal Qormi mhuwiex mgħammar b'generator sabiex jipprovdi provvista ta' dawl f'istanzi meta dan jinqata', kif ġara fis-7 ta' Frar fejn kien hemm pazjenti li spiċċaw tilfu l-appuntament tagħhom minħabba d-dewmien? Jista' jara li l-polyclinic ikun mgħammar b'generator?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-amministrazzjoni preċidenti kien hemm biss ċentru tas-saħħa wieħed li kellu nstallat generator adekwat. Din l-amministrazzjoni bdiet tinstalla generators f’diversi ċentri tas-saħħa. Filfatt f’Novembru tal-2015 ġie installat generator adekwat fic-ċentru tas-saħħa tal-Furjana u f’Awwissu tal-2016 ġew installati iktar generators, dak taċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid kif ukoll tar-Rabat. Fix-xhur li ġejjin ser jiġu nstallati generators fi polikliniċi oħra.
Family Resource Centres — Laqgħat f’dawn iċ-Ċentri
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30339, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat bit-temi indikati f’din il-mistoqsija parlamentari fil-lokalitajiet ta’ Bormla, il-Fgura, ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar, Wied il-Għajn u ż-Zejtun u meta saru dawn il-laqgħat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, dawn il-laqgħat fil-lokalitajiet imsemmija minnu ġew organizzati kif indikat hawn taħt:
1. Fil- 5 ta’ Diċembru 2016: Użu effiċjenti tal-Enerġija, fiċ-Ċentru tal-Cottonera
2. Fl- 14 ta’ Diċembru 2016: Health and Nutrition, fiċ-Ċentru ta’ Marsascala
3. Fil-15 ta’ Diċembru 2016: Health and Nutrition, fiċ-Ċentru ta’ Ħal-Kirkop
4. Fit- 3 ta’ Frar 2017: ‘‘A child is an adult Away from Success’’, fiċ-Ċentru ta’ Ħal-Kirkop
Ninforma lill-Onor. Interpallant li huwa ppjannat li matul din is-sena issiru aktar laqgħat f’dawn il-lokalitajiet kif ukoll f’ lokalitajiet oħra f’Malta u Għawdex.
Billi jidher li t-triq li twassal mix-Xemxija sal-Mellieħa mhux se ssir permezz tal-fondi tat-TEN-Ts, almenu sal-2025, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk din l-istess triq hux se ssir permezz ta' fondi nazzjonali? Jekk iva, meta hu mistenni li jsir ix-xogħol fuq din l-istess triq?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 30759, 30326, 29316, 29030, 28939, 28879, 28755, 25905, 20473, 20171.
Billi l-breakwater tal-ġebel li hemm ħdejn is-salini tal-melħ, liema breakwater jipproteġi lis-sukkors tal-ilma li hemm madwar l-istess salini tal-melħ, għandu partijiet sostanzjali tiegħu li tkissru, u billi dan qed jikkawża bosta problemi, u teżisti wkoll il-possibilità li ssir iktar ħsara, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan il-breakwater jitranġa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanat li fix-xhur li għaddew saru numru ta' spezzjonijiet fuq il-post u inkiteb ukoll rapport fuq dawn l-istrutturi. Ix-xogħlijiet isiru skont il-prioritajiet nazzjonali u fondi disponibbli.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex il-parking area ta' taħt it-Torri tal-Għallis li mhix aċċessibbli għall-karozzi, fil-fatt tibqa’ magħluqa għall-istess karozzi? Jista’ jara li din il-parking area tkun miftuħa qabel is-sajf biex il-persuni li jmorru l-baħar f'dawk l-inħawi jkollhom fejn jipparkjaw?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont kif inhu rikjest mill-Awtorita’ tal-Ippjanar f’permessi tal-iżvilupp kurrenti, l-asfalt fuq it-triq l-antika fl-inħawi tat-Torri tal-Għallis man-naħa tal-baħar għandu jitneħħa kompletament.
Billi l-parti tat-triq li qabel kienet tifforma parti mill-Coast Road, matul is-salini tal-Melħ, fl-inħawi ta' qrib Kennedy Grove, għadha ma ġietx asfaltata u allura ma tistax tintuża għall-parking tal-vetturi, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li din l-area tiġi hekk asfaltata, fl-interess ta' dawk li jkunu f'dawk l-inħawi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-imsemmija xogħlijiet huma fil-programm tax-xogħlijiet li għandhom isiru minn Transport Malta. Dawn ser isiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 30521, billi qed jingħad li l-arbli tneħħew minn dawk l-inħawi u se jiġu mibdula b'dwal ġodda, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu verament mistenni li dawn id-dwal ġodda jkunu fuq il-post biex jiġu evitati problemi u diffikultajiet oħra, b'mod partikulari għal dawk li jkunu qed jimxu f'dawk in-naħiet, issa li qed joqrob is-sajf?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender biex jiġu stallati arbli dekorattivi ġodda tul il-promenade ta’ Buġibba u l-Qawra ġiet pubblikata u tagħlaq fis-17 ta’ Marzu 2017. Sakemm il-proċess jimxi mingħajr intoppi, hu mistenni li x-xogħol marbut ma’ din it-tender għandu jkun lest sal-aħħar ta’ Lulju 2017.
San Pawl il-Baħar – Triq il-Fugass u Triq it-Tamar — xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq Triq il-Fugass u l-parti li suppost għandha ssir magħha, ta' Triq it-Tamar f'San Pawl il-Baħar u li suppost ix-xogħol fuqhom inbeda wara s-sajf 2016? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi raġuni partikulari li minħabba fiha x-xogħol indikat għadu ma nbediex?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet għandhom jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Spejjeż ta’ mobile phones u fuel għall-karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż saru minn uffiċjali fil-ministeru tiegħu ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu matul ix-xhur minn April 2013 sa Diċembru 2016?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Spejjeż ta’ mobile phones u fuel għall-karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż saru minn uffiċjali fil-ministeru tiegħu ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu matul ix-xhur minn April 2013 sa Diċembru 2016?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ispiża ta mobile phones u fuel għall-karozzi mill-uffiċjali tal-MSDEC matul ix-xhur April 2013 sa Diċembru 2016 kien ta’ ftit aktar min €600,000. Din il-figura tkopri d-dipartimenti u taqsmiet li jappartjenu, fost l-oħrajn lill-oqsma tal-iżvillupp rurali, s-sajd, il-ħarsien tal-annimali, regolazzjoni veterijana u s-saħħa tal-pjanti.