B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28995, jista' l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta hijiex obbligata li taċċetta li tintrama’ tinda temporanja bl-istess metodoloġija bħal dik li ttellgħat ġewwa Ħaġar Qim fiċ-CHOGM?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 28995.
Heritage Malta — couriers – oġġetti esebiti barra minn Malta
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28994, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn l-uffiċjali ta' Heritage Malta li għandhom esperjenza ta’ għexieren ta’ snin f’dan ix-xogħol hux ġieli tellgħu xi oġġetti waħedhom u x’tip ta' training ingħataw?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-uffiċjali msemmija ġieli akkumpanjaw oġġetti waħidhom. Ninsab infurmat ukoll li dawn l-uffiċjali għandhom it-taħriġ kollu meħtieġ wara esperjenza prattika ta’ għexieren ta’ snin, tant li ħafna drabi jkunu huma li jħarrġu lill-kuraturi u konservaturi (speċjalment fl-ewwel esperjenzi tagħhom) dwar xi jkun jeħtieġ li jsir f’okkażjonijiet bħal dawn.
San Pawl il-Baħar – Triq J. Quintinus – permessi għal xogħol
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'permessi nħarġu minn Transport Malta (TM) matul din is-sena għal xogħol li sar fi Triq J. Quintinus, San Pawl il-Baħar? Xi spezzjonijiet wettqet TM fuq dan ix-xogħol, u x'tip ta' xogħol mistenni li jsir bħala tiswija tal-istess triq?
Response (MIZZI, JOE)
Jirriżulta li din is-sena nħarġu tlett permessi f’din it-triq. Inħarġu żewġ permessi, wieħed għall-Kumpanija GO u l-ieħor għall- Enemalta plc għall-installazzjoni ta’ arblu. Dawn il-permessi ma jinħtieġux ispezzjonijiet minħabba li x-xogħol hu minuri u l-konsultazzjoni mal-Kunsill obbligata li ssir min-naħa tal-Entita’.
Inħareġ ukoll permess maġġuri għal tqegħid ta’ cables għall-Enemalta plc. Dan il-permess ġie spezzjonat regolarment waqt it-twettieq tax-xogħol fejn ġew meħuda azzjonijiet skont il-liġi minħabba nuqqasijiet fuq il-lant tax-xogħol. Jirriżulta li l-asfalt f’din it-triq tlesta l-Ġimgħa 17 ta’ Frar 2017.
Ninsab infurmat ukoll li Transport Malta m’għandha l-ebda xogħol ippjanat f’din it-triq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu fl-Isptar Monte Carmeli li huma tal-kuntrattur fis-snin 2015, 2016 u issa fl-2017, rispettivament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja fis-sena ta’ haddiema li jahdmu fl-isptar Monte Carmeli li huma tal-kuntrattur, ghas-snin 2015 u 2016 kienet 308.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm hemm minnhom li ilhom f’dan il-post aktar minn ħames snin, 10 snin u 20 sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm total ta’ 518 pazjent fl-isptar Monte Carmeli li minnhom hemm 65 pazjenti li ilhom aktar minn 20 sena rikoverati fl-imsemmi sptar.
Servizzi ta' sapport għall-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali u l-carers tagħhom
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29964, jista’ l-Ministru jkun aktar speċifiku u jindika s-servizzi kollha ta’ sapport lill-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali u l-carers tagħhom fl-Isptar Monte Carmeli, fil-Psychiatric Unit kif ukoll dawk is-servizzi fil-komunità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali u l-Carers tagħhom jingħataw l-istess servizzi ta’ sapport kemm jekk il-pazjent qed jirċievi kura fl-Isptar Monte Karmeli, kemm fis-Psychiatric Unit (MDH) kif ukoll dawk il-pazjenti li qed jibbenefikaw mis-servizzi għas-Saħħa Mentali fil-Komunita’.
Fit-tliet dipartimenti msemmija hawn fuq, il-pazjenti tagħna jingħataw servizzi ta’ sapport minn Psikologi mħarrġa f’dan il-qasam. Għajnuna psikoloġika tingħata wkoll lill-Carers tal-pazjenti. Fil-fatt isir appuntament bejn il-Carer tal-pazjent u il-Psikologu biex tingħata għajnuna psikoloġika hekk kif il-pazjent jiġi ammess fl-isptar jew f’xi wieħed mid-dipartimenti l-oħra. Is-saħħa psikoloġika tal-Carer tibqa’ tiġi segwita biex jiġi assigurat li l-Carer ikun kapaċi jieħu ħsieb il-pazjent ladarba il-pazjent jiġi rilaxxat.
Il-pazjent jirċievi wkoll servizz ħolistiku minn
Occupational Therapists
fejn jiġi mħarreġ f’ħiliet bażiċi biex ikun jista’ igħix ħajja indipendenti. Is-Social Workers ukoll joffru għajnuna kemm lill-pazjenti kif ukoll lill-Carers tagħhom. Is-Social Workers joffru wkoll sapport fil-qasam ta’ għajnuna soċjali kif ukoll sapport u gwida biex igħinu lill-pazjent jitħarreġ fid-dinja tax-xogħol.
Ta’ min igħid li l-pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli u fis-Psychiatric Unit tingħatalhom kull għajnuna u kura meħtieġa biex dawn jiġu integrati fil-komunita’. Ladarba jiġri dan, il-pazjent jibqa’ jiġi segwit permezz tas-servizzi multidixxiplinarji offruti mill-Outreach, mill-kliniċi tas-Saħħa Mentali u Ċentri ta’ Matul il-Jum mifruxa ma’ Malta u Għawdex. Sakemm il-pazjent qiegħed igħix fil-komunita’, jingħatalu wkoll servizz ta’ moniteraġġ ta’ mediċini filwaqt li l-progress tal-pazjent jibqa’ jiġi segwit mill-qrib permezz ta’ homevisits fuq bażi regolari minn tim multidixxiplinarju.
B’referenza għad-Drittijiet u Responsabilitajiet imniżżla fil-Patient Charter, jista’ l-Ministru jgħid jekk fid-Dipartiment tal-Emerġenza jkunx hemm psikjatra l-ħin kollu għat-trattament xieraq għall-persuni ta’ nuqqas ta’ saħħa mentali li jmorru jagħmlu użu minn dan il-post?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-Emerġenza joffri servizz ta' Psikjatra għall-emerġenzi 24 siegħa kuljum.
Persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali – allokazzjonijiet ta’ djar tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm prijorità għal allokazzjonitad-djar tal-Gvern lil dawk il-persuni ta’ nuqqas ta’ saħħa mentali b’mod speċjali dawk li qed jgħixu fl-Isptar Monte Carmeli għax m’għandhomx post fil-komunità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-applikazzjonijiet li jkunu ġejjin minn applikanti residenti ġewwa Monte Carmeli jiġu trattati bl-istess mod bħal applikanti oħrajn li jgħixu f’diversi istituzzjonijiet.
Ċentru LEAP – għajnuna lill-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29963, jista’ l-Ministru jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin il-186 individwu li għandhom problemi ta’ saħħa mentali? X’għajnuna konkreta qed joffri ċ-ċentru LEAP lil dawn il-persuni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jikkunsidra li Triq Sant’Anton Ħ’Attard il-parti ma’ Triq it-Twila sa fejn ir-residenza tal-Ambaxxata Amerikana ssir one way għax din il-parti tat-triq hi dejqa wisq għal traffiku two way?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tali talba ma tistax tiġi milqugħa għax toħloq problema ta’ ċirkulazzjoni. Il-parkeġġ f’din it-triq huwa permess fuq naħa waħda u għalhekk it-triq hija wiegħsa biżżejjed għal traffiku two way.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta ġietx konsultata dwar is-sistema ta’ one way f’Triq Ħal Qormi Ħ’Attard li ma tippermettix dħul fiċ-ċentru tar-raħal minn din it-triq? Jekk fl-affermattiv Transport Malta ħadet in konsiderazzjoni li din it-triq hija waħda minn żewġ toroq biss li hemm li jagħtu aċċess għaċ-ċentru ta’ Ħ’Attard u li t-triq l-oħra (Triq il-Kbira) mhux faċli li tintuża f’xi ħinijiet minħabba l-ammont kbir ta’ traffiku li jgħaddi mit-triq li twassal għaliha jiġifieri Mdina Road?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onor. Interpellant illi din it-talba kienet saret mill- Kunsill Lokali lil Transport Malta biex jitneħħew it-tabelli ‘Except to Render a Service’ minħabba l-problemi li ċertu vetturi kbar kienu qed joħolqu fit-triq in kwistjoni. Minħabba li Transport Malta ma kienetx kompletament konvinta minn din ir-rikjesta l-Awtorita’ ipproponiet li joħroġ permess temporanju ta’ xahar bħala ‘trial period’ biex b’hekk ikun hemm viżibilta’ aħjar ta’ kif din ser taffettwa sew it-triq u r-residenti.
Meta jkun hemm każ ta’ bżonn biex jidħlu ċertu vetturi kbar, il-Kunsill huwa lest li joħroġ permessi speċjali għal dan il-għan.
Enemed — Tneħħija ta’ affarijiet fil-kamra tas-security għall-manutenzjoni u refurbishment
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30445, fejn fit-tweġiba ngħad li l-affarijiet li kien hemm fil-kamra tas-security kellhom jinqalgħu sabiex ikunu jistgħu jsiru l-manutenzjoni u r-refurbishment neċessarji b'mod urġenti, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat minn Enemed li x-xogħlijiet fuq is-security rooms tlestew ġimgħatejn wara li nbdew ix-xogħlijiet. Għad jonqos biss xi għamara fl-uffiċju tal-Installazzjoni tal-31 ta’ Marzu u xi xogħlijiet żgħar f’kamra f’Ħas-Saptan.
Dar tal-Anzjani tal-Mosta – inkjesta dwar użu tal-frieket u skieken tal-plastik
Question
Fid-dawl tal-fatt li r-risposta dwar jekk saritx inkjesta rikjesta minni f'isem l-Oppożizzjoni dwar l-użu ripetut tal-frieket u s-skieken tal-plastik fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta, jista' l-Ministru jikkonferma jekk din l-inkjesta saritx u jekk fil-fatt saret, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istess riżultat ta' din l-inkjesta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn iżjed xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 29904.
Għawdex — Materjal/pubblikazzjonijiet maħruġa mis-Segretarjat responsabbli mill-Anzjanità Attivà u Persuni b'Diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il materjal/pubblikazzjoni differenti relatati mas-servizzi tal-anzjani u l-persuni b'diżabilità maħruġa mis-Segretarjat Responsabbli mill-Anzjanità Attiva u l-Persuni b'Diżabilità tqassmu bieb bieb jew f'partijiet, fil-gżira Għawdxija bejn Jannar 2015 u Jannar 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Bħala tweġiba għal mistoqsijiet parlamentari numru 31264, 31265 u 31266, ninforma lill-Onor. Interpellant li, minħabba li ġewwa Għawdex inħass in-nuqqas ta’ numru ta’ servizzi pprovduti kif ukoll informazzjoni fuq l-istess servizzi, is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita’ ħass il-bżonn li jippublika u jqassam numru ta’ publikazzjonijiet kif qiegħed jidher fit-tabella t’hawn taħt, bil-għan li l-Għawdxin ikunu mgħarfa fuq servizzi ġodda li ġew introdotti f’Għawdex kemm għall-anzjani kif ukoll għall-persuni b’diżabilita’.
Pubblikazzjonijiet
Spiża
Materjal imqassam f’Malta
Materjal imqassam f’Għawdex
2015
Ittra dwar is-sessjonijet dwar id-Dimensja - Kors ta' Għarfien + Applikazzjoni taċ-Ċentru ta' Matul il-Jum għad-Dimensja
€ 1,368.40
Le
Iva
Kampanja għarfien dwar l-Anzjanita' Attiva - Applikazzjonijet + Fuljett + Programm tas-sessjonijiet
€ 2,124
Le
Iva
Nippromwovu Anzjanita Aktar Attiva -Proġett Pilota Be Active
€ 767
Le
Iva
Kampanja Nazzjonali ta' Għarfien dwar id-Dimensja flimkien mal-Istrateġija Nazzjonali għad-Dimensja
€ 14,250
Iva
Iva
2016
Introduzzjoni tal-kors tal-Care Assistants għall-ewwel darba f'Għawdex
€ 413
Le
Iva
Ittra stedina għall-Istrateġija tad-Diżabilita'.
€ 826
Le
Iva
Ittra 'Nationwide' Ċentru Interattiv Esplora
€ 1,655
Iva
Iva
Applikazzjoni Be Active flimkien ma' programm tas-sessjonijiet
€ 1,305
Le
Iva
Informazzjoni proġett pilota -Live In Carer
€ 625.40
Iva
Iva
Servizzi għall-Anzjani
Iva
Iva
Twaqqif ta' Special Olympics Gozo - Materjal informattiv u applikazzjoni
€ 1,911.60
Le
Iva
Kampanja nazzjonali ta' għarfien u informazzjoni - The Autism Spectrum Booklet
€ 5,127
Iva
Iva
Miżuri Baġit 2017 + Information Sessions in community Malta and Gozo
€ 8,450
Iva
Iva
Fuljett Sessjonijiet ta' Taħriġ dwar it-Teknoloġija Diġitali għall-Anzjani f'Għawdex – Malta Communications Authority
€ 708
Le
Iva
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, kull materjal ieħor li seta’ tqassam, fuq anzjani u persuni b’diżabilita’, ikun sar mal-entitajiet kkonċernati fuq l-għoti tas-servizzi partikolari.
Għawdex — Materjal/pubblikazzjonijiet maħruġa mis-Segretarjat responsabbli mill-Anzjanità Attivà u Persuni b'Diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-materjal/pubblikazzjonijiet kollha li tqassmu bieb bieb jew f'partijiet fil-gżira Għawdxija li kienu maħruġa mis-Segretarjat responsabbli mill-Anzjanità Attivà u Persuni b'Diżabilità bejn Jannar 2015 u Jannar 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 31264
Għawdex — Materjal/pubblikazzjonijiet maħruġa mis-Segretarjat responsabbli mill-Anzjanità Attivà u Persuni b'Diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew il-materjal u l-pubblikazzjonijiet li tqassmu fil-gżira Għawdxija relatati mal-qasam tal-Anzjanità Attivà u l-Persuni b'Diżabilità u li tagħhom kien responsabbli s-Segretarjat responsabbli mill-istess Anzjanità Attiva u Persuni b'Diżabilità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 31264
Residenza ta' San Vinċenz de Paule – swali li baqgħu bla dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk is-swali fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule li baqgħu bla dawl hekk kif mar il-kurrent elettriku f'pajjiżna propju bejn is-7 u t-8 ta' Frar 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’SVPR hemm ġeneraturi tad-dawl li jibdew joperaw appena jinqata’ d-dawl.
Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar – deċiżjonijiet li ġew mibdula
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30903 u jgħid kemm inqalbu deċiżjonijiet mit-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT), jiġifieri minn rifjut għall-ħruġ tal-permess, skont kull lokalità, minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 31271, in-numru ta’ appelli kontra r-rifjut tal-permess tal-izvilupp deċizi mit-Tribunal ta’ Revizjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar sabiex joħrog il-permess tal-izvilupp minn April 2013 kif jidhru hawn taht. F’kull lokalita’ kien hemm dan l-ammont ta’ deċizjonijiet hekk kif gej:
Attard 8
Balzan 2
Birkirkara 4
B'Bugia 10
Dingli 9
Fgura 2
Floriana 3
Fontana - Ghawdex 1
Ghajsielem - Ghawdex 2
Gharb - Ghawdex 3
Gharghur 3
Ghasri - Ghawdex 1
Gzira 7
Hamrun 3
Iklin 4
Kalkara 1
Kercem - Ghawdex 2
Lija 6
Luqa 4
Marsa 3
M'Scala 5
M'Xlokk 3
Mdina 2
Mellieha 18
Mgarr 10
Mosta 19
Mqabba 3
Msida 4
Mtarfa 4
Nadur - Ghawdex 3
Naxxar 12
Paola 3
Pembroke 2
Qala - Ghawdex 6
Qormi 13
Qrendi 2
Rabat 13
Safi 1
San Gwann 7
San Lawrenz - Ghawdex 8
Sannat - Ghawdex 1
Senglea 2
Siggiewi 11
Sliema 19
San Giljan 13
St. Paul's Bay 25
St. Venera 3
Swieqi 10
Ta'Xbiex 3
Tarxien 1
Valletta 15
Victoria - Ghawdex 2
Vittoriosa 2
Xaghra - Ghawdex 7
Xewkija - Ghawdex 3
Xghajra 1
Zabbar 10
Zebbug 14
Zebbug-Ghawdex 4
Zejtun 4
Zurrieq 3
Persuni bi problema tas-snien – użu tal-karta r-roża
Question
B’referenza għall-persuni li għandhom problema fis-snien u li għandhom bżonn jaraw dentist tal-Gvern fejn qed jingħad li jistgħu jaqilgħu s-snien imma ma jsirux replacement u dan sakemm ikollhom il-Karta r-Roża, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kundizzjonijiet għall-persuni li jkollhom il-Karta r-Roża?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kemm dawk il-pazjenti li għandhom il-kartuna r-roża u kif ukoll pazjenti dijabetiċi bil-kartuna s-safra huma intitolati li jagħmlu dentatura ġewwa l-isptar Mater Dei. Għal aktar dettalji dwar il-kartuna r-roża nirreferi lill-Onorevoli Interpellant lill-Ministru kkonċernat.