Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li avolja ma taqbiżx it-€13,000 fis-sena, xorta qed tħallas taxxa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tat-Taxxi Interni ġa għamel kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikulta li kellha setgħet tiġi indirizzata.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ħallset ħafna ħlas żejjed?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tat-Taxxi Interni ġa għamel kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikulta li kellha setgħet tiġi indirizzata.
Jista' l-Prim Ministru jara x'jista' jsir ladarba fi Triq id-Dwejra fil-Mosta, sar xogħol meħtieġ ta' tarmak iżda l-main tal-ilma baqa dak li kienu hemm u jidher li dan il-main tal-ilma qed joħloq ħsarat ta' sikwiet għad-detriment taż-żona tad-Dwejra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li t-triq imsemmija ingħatat wiċċ ġdid ta’ tarmac b’urġenza kbira minħabba problemi relatati ma’ traffiku. Konsegwenza ta’ din l-urġenza l-Korporazzjoni ma setgħetx tibdel il-main tal-ilma. Għaldaqstant il-Korporazzjoni qed tagħmel dak kollu meħtieġ sabiex ħsarat tal-main li jinqalgħu f’din it-triq jiġu msewwija minnufih biex ma ssirx ħsara lit-triq u fl-istess ħin tnaqqas l-inkonvenjent lill-konsumatur.
Jista' l-Ministru jieħu ġsieb li jsir tindif fiż-żona ta' Dwejra ħdejn il-Victoria Lines fejn nhar ta' Ħadd jkun hemm bosta familji għall-ħarġa u jidher li qed jiżdied l-ammont ta' skart u ħmieg f'din iż-żona?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tindif neċessarju sar minn ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif fis-17 ta Frar 2017.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jsir x-xogħol sabiex f'Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta jsir xogħol ta' għoti ta' tarmak meta l-ftehim oriġinali mal-Kunsill Lokali tal-Mosta kien li dan ix-xogħol jsir f'Jannar 2017?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq it-toroq isiru abbażi ta’ prioritajiet nazzjonali, fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist.
Triq l-Imġarr u Triq id-Dwejra — twessiegħ ta' bankina
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex fi Triq l-Imġarr, f'salib it-toroq ma' Triq id-Dwejra, u jsir xogħol ta' twessiegħ ta' bankina f'triq l-Imġarr fuq in-naħa ta' daħla ma' Triq id-Dwejra sabiex karozza nieżla minn Triq id-Dwejra għall-Imġarr tkun tista' tara karozzi ġejjin f'Triq l-Imġarr?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor Interpellant jikkjarifika l-ismijiet tat-toroq msemmija fil-Mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-ispejjeż li l-Enemalta qed titlob ħlas marbut ma' servizzi li qed tagħmel f'djar li jirrapurtaw ħsarat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li klijenti li jirrapurtaw ħsarat ma jiġux mitluba jagħmlu ħlasijiet sakemm dawn il-ħsarat ma jkunux ikkawżati minn xi irregolarita’ jew użu ħażin tas-servizz tal-elettriku tagħhom, u b’hekk jaqbżu l-limitu li għalih ikunu qed iħallsu (overloading).
Għal dan it-tip ta’ ħsarat jintalab ħlas ta’ €4.66 l-ewwel darba li l-klijent jaħraq il-
fuse
minħabba
overloading
. Jekk ikun hemm abbuż ripetittiv u l-
fuse
jerġa’ jinħaraq, il-ħlas jitla’ għal €35.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex fit-tieni taqsima taċ-Ċimiterju tal-Mosta ssir rampa sabiex jkun hemm aktar aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità li jkunu jridu jżuru iċ-Ċimiterju peress li fil-preżent għandna numru ta' persuni b'diżabilità li qegħdin jilmentaw mill-aċċesibilità f'dan iċ-Ċimiterju peress li fit-tieni taqsima hemm taraġ li mhux aċċessibbli għal min hu bil-wheelchair?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali għadu kemm rċieva rapport tekniku ta’ kif l-imsemmija rampa tista issir u ser ikun qed iressaq applikazzjoni mall-Awtorita’ tal-Ippjanar fl-immedjat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30847 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jara li l-parti ta’ Triq is-Sorijiet, Tarxien (quddiem l-ex club tar-Rainbows, qabel il-bieb tal-ġenb tal-Iskola tal-Immaculate Conception) tiġi asfaltata mill-iktar fis peress li hija fi stat ħażin wisq u saret ta’ periklu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30848 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jara li Triq il-Fieres, Ħal Tarxien tiġi asfaltata mill-iktar fis, peress li hija fi stat ħażin wisq u saret ta’ periklu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30849 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u ċjoè: Jista’ l-Ministru jara li Triq Santa Tereża, Ħal Tarxien tiġi asfaltata mill-iktar fis, peress li hija fi stat ħażin wisq u saret ta’ periklu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Avukat Ġenerali – persuni li ġew dikjarati bħala whistleblower
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30852 u jgħid kemm-il darba l-Avukat Ġenerali ddikjara li persuna kellha tingħata l-istatus ta’ whistleblower skont il-liġi wara Marzu 2013, u jagħti d-data meta?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li minn Marzu 2013 kien hemm okkazjoni waħda meta l-Avukat Ġenerali ddikjara li persuna kellha tingħata status ta’ Whistleblower taħt l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informatur (Kap 527) u dan sar fil-31 ta’ Marzu 2015 u sussegwentment fis-26 ta’ Mejju 2015 kien inħareġ ċertifikat ieħor li kien jestendi l-perijodu li dwaru din il-persuna setgħet tixhed b’ immunita minn prosekuzzjoni taħt l-imsemmi Att.
Infurmat ukoll li minn Marzu 2013 sa llum l-Avukat Ġenerali ħareġ ċertifikati lil persuni taħt l-Artikolu 19 tal-Att dwar il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni biex dawn il-persuni jixhdu fi proceduri kriminali taħt immunita minn prosekuzzjoni dwar atti ta’ korruzzjoni fis-segwenti dati u kwantitajiet:
6 persuni – fil-5 ta’ Marzu 2014
15 il-persuna – fit-18 ta’ Gunju 2014
18 il-persuna – fl-1 ta’ Lulju 2014
10 persuni – fil-15 ta’ Dicembru 2014
11 il-persuna – fis-16 ta’ Marzu 2015
In-Naxxar – Triq Wied Anġlu – arbli u wires tad-dawl
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif fi Triq Wied Anġlu, f’Birguma, in-Naxxar hemm arbli tad-dawl fi triq u hemm parti oħra fejn il-wires tad-dawl qegħdin fuq id-djar? Jista’ jgħid x’raġuni hemm għal dan fl-istess triq?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li t-twaħħil tal-wires u infrastruttura oħra tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku tal-pajjiż iseħħ pass pass mal-iżviluppi residenzjali u kummerċjali f’partijiet differenti tal-pajjiż. Fl-istess waqt, deċizjonijiet dwar jekk din l-infrastruttura titwaħħalx mal-faċċata ta’ propjeta’ jew ma’ arbli jittieħdu mill-inġiniera tal-Kumpanija skont għadd ta’ kriterji tekniċi, kif ukoll skont għadd ta’ kundizzjonijiet u limitazzjonijiet tal-bini u t-toroq minn fejn ikun jinħtieġ is-servizz tal-elettriku. Fost dawn, hemm l-għoli tal-bini matul it-triq u aspetti oħrajn.
Fit-triq imsemmija, kien hemm postijiet fejn teknikament kien meħtieġ li wires tal-elettriku setgħu jitwaħħlu mal-ħitan, waqt li f’postijiet oħra kellhom jitwaħħlu arbli.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-fond li kien garantit sabiex jagħmel tajjeb għall-ammonti dovuti lil ex impjegati ta’ Kalaxlokk għadux fis-seħħ? Jikkonfermax li kien hemm individwi li bbenefikaw minn dan il-fond? Jista’ jgħid x'inhi l-proċedura li trid tiġi segwita minn dawk li għandhom dritt li jibbenefikaw?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Żejtun – Triq John Borg – ilma tax-xita li jinġabar
Question
Jista’ l-Ministru ġentilment jara jsibx soluzzjoni għall-ammont ta’ ilma tax-xita li qed jinġabar kull meta tkun xita qalila u jinġabar il-wied fi Triq John Borg iż-Żejtun eżatt ħdejn ir-razzett li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, bil-konsegwenza li qed jidħol l-ilma ġewwa d-djar tar-residenti u l-wied qed jagħmel ħsara kbira lir-raba’ u xi drabi anke lill-annimali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser ngħaddi din it-talba lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura biex janalizza s-sitwazzjoni tal-ilma tax-xita fit-triq imsemmija u jagħmel rapport b'rakkomandazzjonijiet.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28997, jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta għadha ma għandhiex sistemi ta' maniġġjar formali fir-rigward tal-voluntiera tagħha? Jista' jgħid jekk hemmx ħsieb li l-Fondazzjoni Valletta 2018, tagħti għajnuna lil Heritage Malta sabiex tistabbilixxi sistema ba¿ika f'dan il-qasam?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li sa issa Heritge Malta ma ħassitx il-ħtieġa li jkollha sistema formali għall-voluntiera.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28996, fir-rigward tas-sistema ta’ commissions ġewwa Heritage Malta, jista' l-Ministru jgħid għaliex dik l-iskema hija miftuħa biss għal ċerti nies, filwaqt li teskludi numru kbir ta' stakeholders fi ħdan is-settur turistiku?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li f’dan l-istadju f’din l-iskema ġew inklużi l-gwidi tat-turisti kkwalifikati, li huma stakeholders maġġuri. It-tour operators diġa huma inklużi awtomatikament bil-liġi. Fil-futur jista’ jiġi kkunsidrat li jiġu nklużi stakeholders oħra skont l-esiġenzi tal-aġenzija.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28996, fir-rigward tas-sistema ta’ commissions ġewwa Heritage Malta, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-individwi li użufruwixxew minn din l-iskema u kemm tħallsu s’issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li f’dan l-istadju bikri kien hemm tlieta li bbenefikaw minn din l-iskema matul l-2016 għall-ammont ta’ € 45.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28996, fir-rigward tas-sistema ta’ commissions ġewwa Heritage Malta, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-bejgħ mill-ħwienet ma ġiex inkluż f'din l-iskema?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li f’dan l-istadju qatt ma kienet l-intenzjoni ta’ Heritage Malta li tinkludi l-bejgħ mill-ħwienet f’din l-iskema.