Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bord li jikkunsidra talbiet għal reserved parkings — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il laqgħa saret mill-Bord li jikkonsidra t-talbiet għal reserved parkings, matul din is-sena? F'kull waħda minn dawn il-laqgħat liema talbiet partikulari (sit biss, mhux minn min saret it-talba), ġew approvati? F'liema raħal u belt madwar Malta u Għawdex?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed titpoġġa lista fuq il-Mejda tal-Kamra ta’ reserved parkings approvati mill-laqgħat tal-Bord tas-27 ta’ Jannar, tat-3 ta’ Marzu u tas-7 ta’ April 2017.
Leg 12 PQ #32680 Sitting 504 2017-04-10 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex – trasferiment ta’ pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema pazjenti ser jiġu meħuda mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex lejn Dar Lourdes f’Għajnsielem?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa għaddej proċess ta’ transition planning relatat mall-iżvilupp tal-isptar il-ġdid ġewwa Għawdex. Dan il-proċess, li qed isir bl-inqas inkonvenjent possibbli għall-pazjenti kkonċernati, ser iwassal għal qabża fil-kwalita’ ta' servizzi tas-saħħa offruti mingħajr ħlas għal pazjenti Għawdxin.
Leg 12 PQ #32681 Sitting 504 2017-04-10 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għas-Saħħa

Dar Lourdes – ftehim bejn il-Gvern u l-Knisja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi ftehim sar min naħa tal-Gvern mal-Knisja dwar l-użu ta’ Dar Lourdes u kemm ser ikun qed iħallas il-Gvern għall-u¿u ta’ din id-dar jew parti minnha biex fiha jittieħdu pazjenti li bħalissa jinsabu fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32680.
Leg 12 PQ #32682 Sitting 504 2017-04-10 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t’Għawdex – trasferiment ta’ pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema pazjenti ser jiġu meħuda mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex lejn Dar Lourdes f’Għajnsielem?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Leg 12 PQ #32683 Sitting 504 2017-04-10 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Dar Lourdes – ftehim bejn il-Gvern u l-Knisja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi ftehim sar min naħa tal-Gvern mal-Knisja dwar l-użu ta’ Dar Lourdes u kemm ser ikun qed iħallas il-Gvern għall-użu ta’ din id-dar jew parti minnha biex fiha jittieħdu pazjenti li bħalissa jinsabu fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Għawdex – proġetti relatati mal-Housing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proġett tal-Housing sar f’Għawdex bejn Marzu 2013 u Marzu 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, ma sar l-ebda proġett ta’ housing fl-aħħar 14-il sena.

Għawdex – proġetti relatati mal-Housing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema proġetti relatati mal-Housing ser isiru f’Għawdex matul is-sena 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, matul is-sena 2017 l-Awtorità tad-Djar ser tkompli tagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa biex tindirizza rapporti ta’ ħsarat li tirċievi mill-inkwilini minn żmien għal żmien. Ser tkun qed issir ukoll evalwazzjoni ta’ twaħħil ta’ liftijiet u tisbieħ tal-madwar f’diversi blokok.
Leg 12 PQ #32695 Sitting 504 2017-04-10 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Shooting Range taż-Żebbuġ — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'kollox, kemm hemm ħaddiema assenjati fis-shooting range taż-Żebbuġ, Għawdex inkluż dawk tal-iskemi jew tal-Community Work Scheme? X'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minn dawn il-ħaddiema u xi grad għandhom dawn l-istess ħaddiema?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li fix-Shooting Range taż-Żebbuġ, Għawdex hemm 6 ħaddiema fi gradi diversi u assenjati fuq funzjonijiet differenti.
Leg 12 PQ #32696 Sitting 504 2017-04-10 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Gozo Stadium — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'kollox kemm hemm ħaddiema assenjati fil-Gozo Stadium f’Għawdex inkluż dawk tal-iskemi jew tal-Community Work Scheme? X'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minn dawn il-ħaddiema u xi grad għandhom dawn l-istess ħaddiema?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li fil-Gozo Stadium hemm 12-il ħaddiem fi gradi diversi u assenjati fuq funzjonijiet differenti.
Leg 12 PQ #32697 Sitting 504 2017-04-10 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Korsa taż-Żwiemel — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'kollox kemm hemm ħaddiema assenjati fil-Korsa taż-Żwiemel f'Għawdex inkluż dawk tal-iskemi jew tal-Community Work Scheme? X'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minn dawn il-ħaddiema u xi grad għandhom dawn l-istess ħaddiema?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li fil-korsa taż-Żwiemel hemm 12-il ħaddiem fi gradi diversi u assenjati fuq funzjonijiet differenti.

Ċertifikat dwar ir-Rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ċertifikat dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija Energy Performance Certificate (EPC) huwiex neċessarju għal min ikun kiseb permess tal-iżvilupp iżda ma jkollux ħsieb li jikkonsma l-permess u lanqas ibiegħ?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ċertifikat dwar ir-Rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk ċertifikat dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija Energy Performance Certificate (EPC) huwiex neċessarju għal min ikun kiseb permess tal-iżvilupp iżda ma jkollux ħsieb li jikkonsma l-permess u lanqas ibiegħ?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #32702 Sitting 504 2017-04-10 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċertifikat dwar ir-Rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ċertifikat dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija Energy Performance Certificate (EPC) huwiex neċessarju għal min ikun kiseb permess tal-iżvilupp iżda ma jkollux ħsieb li jikkonsma l-permess u lanqas ibiegħ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nformat mill-Building Regulation Office li tali Ċertifikat huwa meħtieġ.

Għawdex – Iż-Żebbuġ – Triq is-Sagħtrija – wiċċ bit-tarmak

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28735, issa li għaddew kważi ħames xhur minn meta ngħatat it-tweġiba, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sejħa għall-offerti biex Triq is-Sagħtrija fiż-Żebbuġ, Għawdex tingħata wiċċ bit-tarmak, inħargitx? Jekk is-sejħa għall-offerti nħarġet, meta hu mistenni li jibda x-xogħol u meta hu mistenni li jispiċċa?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Skola M A Refalo Sixth Form College — xogħlijiet ta' ristrutturar

Question

B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 32032, jista’ l-Ministru jgħid fiex se jintefqu l-€150,000 biex jiġi rranġat sular mill-iskola Sixth Form ta' Għawdex biex jintuża minn Barts? Għal kemm snin se jintuża minn Barts Medical School dan is-sular? Kemm se jkunu qed iħallsu Barts lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni jew lill-Iskola Sixth Form ta' Għawdex biex jiġi utilizzat dan is-sular f'din l-iskola?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol jinkludi upgrading tal-laboratorji u refurbishing tal-parti tas-Sixth Form li Barts ħa jkunu qegħdin jużaw sakemm titlesta l-iskola ġewwa l-isptar t'Għawdex. Il-ħlas huwa arranġament kummerċjali bejn il-Malta Enterprise u Barts u d-dettajli fuq dan ma jistgħux jiġu mogħtija.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – Materjal Stampat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġie ppubblikat materjal stampat mill-Ministeru tagħha u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn April 2013 sal-lum? F’kull każ, tista’ l-Ministru tgħid x’kien is-suġġett tal-pubblikazzjoni, jekk kellux messaġġ mill-Ministru jew ta’ xi politiku ieħor, kemm-il kopja ġew stampati u fejn tqassmu? F’kull każ, tista’ l-Ministru tgħid ukoll kemm swiet il-pubblikazzjoni u fejn ġiet stampata?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – Materjal Stampat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il Ministeru tagħha u l-entitajiet li jaqgħu taħtha nefqu fuq reklamar jew xi xorta ta’ avviżi oħra bi ħlas fuq il-media stampata, online, fuq ir-radju u awdjoviżiva minn April 2013 sal-lum? F’kull każ tista’ tgħid x’kien is-suġġett u x’kienet in-nefqa?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Passaporti ġodda u passaporti mġedda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu kkonsinjati passaporti ġodda u passaporti mġedda bejn l-2011 u l-2015 lil ċittadini ta' Malta minn rappreżentanzi diplomatiċi jew konsolari Maltin barra minn Malta, sena b'sena u pajjiż b'pajjiż?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Reġistru Pubbliku – twelid reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu rreġistrati twelid mar-Reġistru Pubbliku ta' persuni li kienu twieldu barra minn Malta u f'liema pajjiż kienu twieldu, sena b'sena, bejn l-2011 u l-2015?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ċittadini ta’ Malta – impjegati mal-Istituzzjonijiet, Korpi Konsultattivi u Aġenziji tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hemm ċittadini ta' Malta impjegati mal-Istituzzjonijiet, Korpi Konsultattivi u Aġenziji tal-Unjoni Ewropea, fejn huma hekk impjegati u kemm minnhom huma permanenti u kemm temporanji?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.