Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #31027 Sitting 485 2017-02-20 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pagament ta’ qbiela – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jieħu l-azzjoni neċessarja biex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jiġi kkuntattjat biex ikun jista’ jagħmel il-pagament tal-qbiela li ilu pendenti numru ta’ snin?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu konċernat għandu bżonn jipprovdi numru ta’ dokumenti lill-Uffiċċju Konġunt, sabiex dan jipprova t-titlu tiegħu fuq il-propjeta’ in kwistjoni. Mingħajr dawn id-dokumenti, l-Uffiċċju Konġunt ma jkunx jista’ jipproċedi bir-rikonoxximent rikjest. Għaldaqstant, l-Uffiċċju Konġunt se jkun qed jinforma lill-individwu konċernat bil-lista ta’ dokumenti li hemm bżonn, sabiex dan r-rikonoxximent ikun jista’ jsir.

NCFHE – riżultati tal-proċess tal-għażla

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tal-proċess tal-għażla ta’ Head of Accreditation within the National Commission for Higher Education (NCFHE) bl-ordni tal-kandidati kif ġew ikklassifikati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dispost li ngħaddi l-informazjoni mitluba privatament u b'mod kunfidenzjali u dan minħabba kundizzjonijiet ta' protezzjoni tad-data.

Kindergarten, primarja u sekondarja – studenti li ma attendewx l-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta’ studenti, kemm fil-livell ta’ kindergarten, fil-livell primarju, kif ukoll fil-livell sekondarju, li ma attendewx l-iskola, maqsuma skola b’skola, kull sena bejn l-2012 u llum? Kemm minn dawn il-każijiet ta' assenza kien minħabba mard, u kemm kienu l-każijiet mhux ġustifikati, għal kull skola, għal kull sena? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar jekk il-Ministeru jkollux din l-informazzjoni dwar l-iskejjel mhux governattivi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li jinħtieġ iktar żmien biex tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Għaldaqstant, it-tagħrif mitlub ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni. (Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 8510 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 488 ta' nhar it-Tlieta, 28 ta' Frar 2017)

San Pawl il-Baħar – Triq J. Quintinus – Irranġar ta’ triq

Question

Billi Triq J. Quintinus, f’San Pawl il-Baħar tfarrket waqt il-bini ta’ blokka kbira ta’ appartamenti u donnu li ħadd ma jrid jieħu passi fil-konfront ta’ min kissirha, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-parti mkissra ta’ din it-triq tiġi mibnija mill-ġdid?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddi l-informazzjoni li għandu lill-Ministeru kkonċernat biex ikun jista’ jidderieġi u possibilment jassisti lill-Kunsill Lokali biex it-triq tiġi rranġata mill-parti li kkawżat id-danni.
Leg 12 PQ #31032 Sitting 485 2017-02-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Irranġar ta’ post fil-Belt Valletta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux qed jirranġa xi post fil-Belt Valletta? Jekk iva, fejn jinsab dan il-post? Kif ġie akkwistat? X’inhu l-iskop li se jservi dan il-post?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-post li jinsab fi Triq Melita l-Belt Valletta huwa mikri mid-Dipartiment tal-Propjeta tal-Gvern u peress li kien fi stat delapidat qed jiġi rranġat minn naħa tal-Ministeru. Din il-propjeta ser tkun għad-dispozzizjoni tal-Ministeru għal Għawdex għal-laqgħat uffiċjali u ser jkun hemm wkoll faċilitajiet f’każ li l-Ministru jinqabad Malta fil-Maltemp jew meta jkollu laqgħat fit-tard.

Residenza San Vinċenz de Paul – każ ta’ anzjana

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li qed tistenna li tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każ imsemmi nminnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Karti tal-Identità mhux imġedda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Karti tal-Identità li sal-lum għadhom mhux imġedda? Jista’ jgħid x'qed isir minn Identity Malta sabiex dawn il-Karti tal-Identità jiġu mġedda?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant fl-eżerċizzju li sar mill-Aġenzija Identity Malta matul is-snin li għaddew prattikament inbidlu l-karti tal-identità taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha ħlief għal xi ftit eċċezzjonijiet li l-Aġenzija m’għandha ebda mezz li tkun taf min huma.

Karti tal-Identità – persuni li ma ġeddewx li għandhom aktar minn 80 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni minn dawk li għadhom ma ġeddewx il-Karta tal-Identità tagħhom sal-lum, ligħandhom aktar minn 80 sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għal Mistoqsija Parlamentari 31036.

Identity Malta – proċeduri għal persuni ta’ nazzjonalità barranija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal finijiet ta’ ħruġ ta’ Karta tal-Identità, xi proċedura qed tħaddem u x’passi qed tieħu Identity Malta meta jirriżultalha li persuna ta’ nazzjonalità barranija, tinsab li qed tuża indirizz mingħajr l-approvazzjoni tas-sid? Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li hemm sabiex dawn is-sidien ikunu jistgħu jneħħu lil dawn il-persuni bħala reġistrati fuq il-proprjetà tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Lokalitajiet — serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien irraportat serq fis-segwenti lokalitajiet fix-xahar ta’ Novembru 2016, Diċembru 2016 u Jannar 2017 xahar b’xahar: a) Belt Valletta b) Ħ’Attard c) Ħaż-Żabbar d) In-Naxxar e) Il-Għargħur f) Ta’ Sliema g) San Ġiljan h) Ħad-Dingli i) Ir-Rabat (Malta) j) Birkirkara k) L-Iklin l) Ħal Balzan m) Santa Venera n) Il-Ħamrun o) Il-Marsa p) Il-Furjana q) Bormla r) Birgu s) L-Isla t) Il-Fgura u) Il-Mellieħa v) San Pawl il-Baħar w) Il-Mosta x) San Ġwann y) Il-Gżira z) L-Imsida aa) Tal-Pietà bb) Ħal Safi cc) Ħal Għaxaq dd) Ħal Kirkop ee) Il-Gudja ff) Iż-Żurrieq gg) Ħal Qormi hh) L-Imġarr ii) Is-Swieqi jj) Pembroke kk) Paola ll) Ħal Tarxien mm) Santa Luċija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Lokalitajiet — serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu irraportat serq fis-segwenti lokalitajiet fix-xahar ta’ Novembru 2015, Diċembru 2015 u Jannar 2016 xahar b’xahar: a) Belt Valletta b) Ħ’Attard c) Ħaż-Żabbar d) In-Naxxar e) Il-Għargħur f) Ta’ Sliema g) San Ġiljan h) Ħad-Dingli i) Ir-Rabat (Malta) j) Birkirkara k) L-Iklin l) Ħal Balzan m) Santa Venera n) Il-Ħamrun o) Il-Marsa p) Il-Furjana q) Bormla r) Birgu s) L-Isla t) Il-Fgura u) Il-Mellieħa v) San Pawl il-Baħar w) Il-Mosta x) San Ġwann y) Il-Gżira z) L-Imsida aa) Tal-Pietà bb) Ħal Safi cc) Ħal Għaxaq dd) Ħal Kirkop ee) Il-Gudja ff) Iż-Żurrieq gg) Ħal Qormi hh) L-Imġarr ii) Is-Swieqi jj) Pembroke kk) Paola ll) Ħal Tarxien mm) Santa Luċija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

San Ġiljan – Għassa tal-Pulizija — fawran tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma rapporti li dehru fil-media li fl-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan qed ifur id-drenaġġ minn diversi postijiet fl-istess għassa meta tagħmel ix-xita?Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’passi qed jittieħdu biex tiġi indirizzata din il-problema? Jista’ jgħid jekk id-Dipartiment tas-Sanità ġiex infurmat b’din il-problema u jgħid xi prekawzjonijiet ittieħdu biex tiġi mħarsa s-saħħa tal-pulizija li jkunu xogħol f’din l-għassa?

Response (ABELA, CARMELO)

Le ma nikkonfermax. Dak ir-rapport li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant fil-fatt kien ġie miċħud diġa`.

Ħal Tarxien – Triq il-Fieres — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat u x’kundizzjoni tinsab Triq il-Fieres f’Ħal Tarxien u jekk kemm-il darba huwiex se jsir xi xogħol fuqha tul din is-sena?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Tarxien – Triq il-Fieres — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat u x’kundizzjoni tinsab Triq il-Fieres f’Ħal Tarxien u jekk kemm-il darba huwiex se jsir xi xogħol fuqha tul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Bormla – Triq il-Mitħna –tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il-darba huwiex previst li tul din is-sena jsiru t-tiswijiet neċessarji fil-mitħna l-antika li tinsab fi Triq il-Mitħna, Bormla billi għandha bżonn tiswijiet urġenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormli li s-sit imsemmi mhux proprjetà tal-Kunsill, u li għaldaqstant m’għandux ġurisdizzjoni fuq l-imsemmija proprjetà.

Bejgħ in subbasta ta’ mobbli u immobbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati rikorsi għall-bejgħ in subbasta ta’ mobbli u immobbli u kemm ġew liberati tul is-sena 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li fir-reġistru tal-qrati ċivili ta’ Malta ġew ippreżentati 93 rikors għall-bejgħ in subbasta ta’ proprjetà immobbli u 27 rikors għall-proprjetà mobbli matul 2016. F’istess perjodu il-qrati tagħna lliberaw 31 proprjetà immobbli u 11-il proprjetà mobbli. Fil-Reġistru tal-qrati ċivili ta’ Għawdex ġew ippreżentati 9 rikorsi għall-bejgħ in subbasta ta’ proprjetà immobbli u 19-il rikors għall-proprjetà mobbli matul 2016. F’istess perjodu l-Qorti ta’ Għawdex illiberat 4 proprjetà immobbli u xejn proprjetà mobbli.

Mandati Eżekuttivi u Kawtelatorji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati mandati eżekuttivi u kemm kawtelatorji u jista’ jindika u jelenkom tul is-sena 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Matul is-sena 2016 ġew ippreżentati 1117-il Mandat Kawtelatorju u 1613-il Mandat Eżekuttiv fil-qrati Maltin. Lista ta’ dawn il-mandati qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ma’ din ir-risposta, mmarkati A u B rispettivament. Matul is-sena 2016 ġew ippreżentati 95-il Mandat Kawtelatorju u 71-il Mandat Eżekuttiv fil-Qorti ta’ Għawdex. Lista ta’ dawn il-mandati qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ma’ din ir-risposta, mmarkati C u D rispettivament.

CommCare u Respite — użu

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma b’mod dettaljat dwar is-servizzi tal-CommCare u Respite? Fiex jikkonsistu dawn is-servizzi? X’għandu jagħmel wieħed biex jagħmel użu minn dawn is-servizzi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għas-sit eletroniku www.activeageing.gov.mt fejn wieħed jista’ jsib l-informazzjoni dwar is-servizzi kollha li joffri d-Direttorat għall-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Komunita’. Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi jekk jixtieq li jkollu hard copy , jiena lest li ngħaddilu kopja.
Leg 12 PQ #31062 Sitting 485 2017-02-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – inċident tal-inkubatur tal-IVF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm koppji affetwati mill-inċident li seħħ fis-27 ta' Jannar 2017 fl-inkubatur tal-IVF fl-Isptar Mater Dei? Issa li għadda ftit taż-żmien, jista’ l-Ministru jgħid kemm verament ġew affettwati embrijuni u kemm-il tqala rnexxiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li rigward dan il-każ inħatret inkjesta indipendenti li bħalissa qiegħda tagħmel xogħolha.