Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Konsulenti - remunerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ konsulenti ngaġġati mill-2014 ‘l hawn u x’kienet ir-remunerazzjoni tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar konsulenti ingaġġati u r-remunerazzjoni tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #29713 Sitting 485 2017-02-20 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Konsulenti - remunerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ konsulenti ngaġġati mill-2014 ‘l hawn u x’kienet ir-remunerazzjoni tagħhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew ingaġġati tlett konsulenti fil-perjodu konċernat u li r-remunerazzjoni tagħhom hi marbuta ma skala 4 fis-Servizz Pubbliku.
Leg 12 PQ #29714 Sitting 485 2017-02-20 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Konsulenti - remunerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ konsulenti ngaġġati mill-2014 ‘l hawn u x’kienet ir-remunerazzjoni tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Konsulenti - remunerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ konsulenti ngaġġati mill-2014 ‘l hawn u x’kienet ir-remunerazzjoni tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, il-lista ta’ konsulenti ingaġġati fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali huwa kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — Konsulenti - remunerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ konsulenti ngaġġati mill-2014 ‘l hawn u x’kienet ir-remunerazzjoni tagħhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Persuni mressqa l-Qorti fuq reati ta’ serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' serq matul l-2016 u x'kienu s-sentenzi mogħtija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm ta’ nazzjonalità barranija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, ninsab infurmat li matul is-sena 2016, kien hemm 488 persuna li tressqu l-qorti fuq reati ta’ serq. Minn dawn 381 kienu rġiel filwaqt illi 107 kienu nisa. Mill-irġiel, 271 kienu Maltin filwaqt illi 110 kienu barranin. Fil-każ tan-nisa 74 kienu Maltin, filwaqt li 33 kienu barranin. Waqt li hemm diversi każi li għadhom pendenti, fejn il-każijiet ġew deċiżi l-persuni nvoluti ġew ikkundannati pieni li jinkludu ħabs, sentenzi ta’ ħabs sospiżi, probation, liberati, combination order, liberati b’kundizzjoni, sentenzi ta’ multi/amendi u multi b’sentenza ta’ ħabs.

Persuni mressqa l-Qorti fuq reati ta’ ksur ta’ buon ordni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' ksur ta’ buon ordni matul l-2016 u x'kienu s-sentenzi mogħtija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm ta’ nazzjonalità barranija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li, in-numru ta’ persuni li tressqu l-Qorti fuq reati ta’ ksur ta’ buon ordni matul is-sena 2016 kien ta’ 1232. Dawn kienu jinvolvu 816 ‘il raġel illi minnhom 692 kienu maltin u 124 kienu barranin. Kien hemm ukoll 416 ‘il mara li minnhom 382 kienu maltin u 34 kienu barranin. Numru minn dawn il-każijiet għadhom pendenti quddiem il-Qorti, oħrajn kien hemm il-proċedimenti eżawriti u oħrajn kien hemm persuni li ġew illiberati. Madankollu fil-każijiet deċiżi, is-sentenzi l-aktar li kienu R&A(twiddiba), probation jew conditional discharge u multi.

Serq ta’ mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm insterqu mobile phones fl-2016, xahar b’xahar b’mod separat u lokalità b’lokalità? Jista’ jgħid kemm instabu minnhom? Jista’ jgħid kemm tressqu nies quddiem il-Qorti akkużati b’serq ta’ mobiles fl-2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li, fil-perjodu bejn Settembru u Diċembru 2016, ġew irrapurtati 583 każ ta’ serq ta’ mobiles. Dawn insterqu mill-lokalitajiet illi jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. B’konnessjoni ma’ dan is-serq tressqu 84 persuna l-Qorti. Id-dettalji ta’ kemm instabu minn dawn il-mobile phones mhux possibbli li jingħataw peress illi qatt ma kien hemm din id-data miġbura b’mod elettroniku.

Rapporti ta’ Serq minn knejjes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq minn knejjes fl-2016? Jista’ jgħid f’liema lokalità kienu dawn il-knejjes? Jista’ jgħid x’kienu l-affarijiet misruqa? Jista’ jgħid jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti fuq dawn il-każijiet u jekk iva kemm kien in-numru ta’ persuni li tressqu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li, matul is-sena 2016 kien hemm 27 rapport ta’ serq minn knejjes. Minn dawn, 9 każi kienu serq ta’ oġġetti appartenenti għall-istituzzjoni u 18 il-rapport kienu dwar serq ta’ oġġetti fuq viżitaturi. L-oġġetti misruqa li jappartjenu lill-Knisja jinkludi fost l-oħrajn serq ta’ u minn kaxxi tad-donazzjonijiet, għodod u oġġetti reliġjuzi bħall-pissidi u kurċfissi. L-oġġetti rappurtati misruqa minn persuni li jżuru dawn il-postijiet jinkludu Mobile phones, basktijiet, kartieri u portmonijiet illi bosta drabi barra li kellhom il-flus u xi dokumenti personali varji, credit/debit cards u ċwievet. Sal-lum ma ġie solvut l-ebda każ minn dawk elenkati u allura ma tressqux persuni l-Qorti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella skont il-lokalita` fejn seħħ dan it-tip ta’ serq.

Każijiet ta’ Omiċidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ omiċidji fl-2016? Jista’ jgħid kemm kien in-numru ta’ vittmi? Jista’ jgħid kemm mill-vittmi kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jagħti l-etajiet tal-vittmi? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u ta’ nazzjonalità barranija? Jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet solvuti u kemm ġew akkużati nies quddiem il-Qorti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016, ġew irreġistrati 4 każijiet ta’ omiċidju li ħallew 4 vittmi. Il-vittmi kienu tlett maltin, żewġ nisa u raġel u r-raba vittma kien raġel barrani. Minn dawn il-każijiet, 3 ġew solvuti u fir-rigward tal-każ l-ieħor l-investigazzjoni għadha għaddejjha. Barra minn dan, ġie rreġistrat każ ieħor fejn persuna tas-sess maskili sfat vittma ta’ splużjoni fil-vettura tagħha. Dwar dan il-każ għadhom qed isiru l-investigazzjonijiet biex ikun stabbilit jekk dan il-każ, kienx każ ta’ omiċidju jew le.
Leg 12 PQ #30307 Sitting 485 2017-02-20 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Koppji — IVF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-koppja għamlet l-IVF fl-Isptar Mater Dei matul l-2016? Kemm twieldu tfal permezz ta’ din il-proċedura?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar 2016 u Diċembru 2016 saru 202 ċiklu tal-IVF/ICSI ġewwa l-Isptar Mater Dei u s'issa twieldu 52 tarbija mill-IVF’s li saru fl-Isptar Mater Dei bejn Jannar 2015 u April 2016. Miċ-ċikli tal-IVF’s li saru ġewwa l-isptar Mater Dei bejn Ġunju 2016 u Diċembru 2016, 24 koppja oħra qed jistennew 28 tarbija.

Awtorità dwar il-Mediċini — inizjattivi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inizjattivi qed tieħu l-Awtorità dwar il-Mediċini dwar l-iżvilupp u t-taħriġ tal-impjegati tagħha?

Response (DALLI, HELENA)

L-Awtorità dwar il-Mediċini qed tieħu diversi miżuri dwar l-iżvilupp u t-taħriġ tal-impjegati. Dan il-pjan ġie msaħħaħ fl-Istrateġija ġdida tal-Awtorità għall-2016-2020. L-Awtorità qed tinvesti madwar għaxra fil-mija (10%) tal-baġit fuq taħriġ għall-impjegati, l-iżvilupp professjonali u exposures kemm fuq livell internazzjonali u Ewropej. Permezz ta’ kollaborazzjoni mal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi, l-Awtorità toffri opportunitajiet biex l-impjegati jipparteċipaw f’diversi programmi ta’ taħriġ. L-Awtorità laħqet ftehim fuq taħriġ mal-Aġenzija tal-Mediċina Olandiża, fejn bħalissa l-Awtorità għandha żewġ assessuri ġodda li qed jitħarġu ma’ din l-aġenzija għal-ħames gimgħat. Dan it-taħriġ jwassal biex l-Awtorità ser tkun tista’ ġġib iżjed xogħol ta’ assessment ta’ mediċini biex jiġu awtorizzati fl-Ewropa. L-Awtorità torganizza diversi programmi ta’ taħriġ għall-impjegati, liema oqsma huma rekwiżiti sabiex l-industrija farmaċewtika f’Malta tkompli tissaħħaħ. L-Awtorità qegħdha tiftaħ numru ta’ dawn il-korsijiet għall-istudenti. L-Awtorità tappoġġa bis-sħiħ l-impjegati kollha biex jkomplu jistudjaw u kien għalhekk li l-Awtorità ħarġet Espressjoni ta’ Interess sabiex l-impjegati jkunu mejgħuna jilħqu livelli għola t’edukazzjoni. Aktar minn tletin fil-mija (30%) tal-impjegati fl-Awtorita` dwar il-Mediċini qed iwettqu studji fuq livell ta’ Masters u Dottorat. Dan apparti l-għoxrin fil-mija (20%) tal-impjegati li ggradwaw fl-2016. L-Awtorità saħħet il-flessibilta` u study leave għaliex l-Awtorità fehmet il-ħtiġijiet tal-impjegati biex jkomplu jistudjaw.

Organizzazzjonijiet Volontarji – għajnuna

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol sabiex l-organizzazzjonijiet volontarji jkunu megħjuna sabiex jakkwistaw il-fondi għall-proġetti tagħhom mingħajr ma jkun hemm, kemm telf ta’ fondi kif ukoll għaqdiet li ma jkunux infurmati bl-istess fondi, liema fondi huma essenzjali għall-kapaċità operattiva tagħhom?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal dawn l-aħħar xhur kien qed jiltaqa’ b’mod regolari kumitat inter-ministerjali mmexxi minn dan il-Ministeru, fejn jiltaqgħu flimkien dawk il-Ministeri li jallokaw fondi għas-Settur tal-Volontarjat. B’riżultat ta’ dan il-kumitat, is-sena l-oħra kien imniedi sit elettroniku minn fejn l-organizzazzjonijiet volontarji qed ikunu mgħarrfa dwar il-fondi disponibbli għalihom mid-diversi entitajiet pubbliċi. Dan is-sit, www.vofunding.org.mt ikollu l-informazzjoni dwar l-għanijiet tal-fondi partikolari, iż-żmien meta joħorġu l-applikazzjonijiet rispettivi, l-applikazzjonijiet online, jew link diretta skond kif ikun il-każ, kif ukoll ir-riżultati tal-fondi. Aktar tard din is-sena dan is-sit, li huwa b’sistema ‘responsive’ sabiex tkun aċċessibli anka mill-‘mobile phones’, ser tkun marbuta ma’ ‘mobile application’ sabiex dawk interessati jirċievu l-informazzjoni fl-aqsar ħin possibli. Dan is-sit u l-istruttura marbuta miegħu, li qed tkun imħaddma mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, tkompli tiggarantixxi aċċessibilita’ għall-fondi, mingħajr ma jkun hemm, kemm telf ta’ fondi, kif ukoll għaqdiet li ma jkunux infurmati bl-istess fondi, liema fondi huma essenzjali għall-kapaċità operattiva tagħhom.

Ċentru tal-Volontarjat tar-Rabat — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju wasal ix-xogħol fuq iċ-Ċentru tal-Volontarjat ġewwa r-Rabat u meta huwa ppjanat li dan jibda jopera?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa ix-xogħol fuq iċ-Ċentru tal-Volontarjat fir-Rabat, Malta miexi b’ritmu tajjeb u qed ikun ippjanat li l-istess Centru fi żmien qasir.

Organizzazzjonijiet Volontarji – fondi għall-proġetti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm din is-sena, taħt dan il-Ministeru, se jkunu qed jitqassmu fondi għall-proġetti minn organizzazzjonijiet volontarji, kemm organizzazzjonijiet se jkunu qed jibbenefikaw u minn liema oqsma ġejjin?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-jiem li ġejjin ser ikunu qed jitqassmu fondi taħt żewġ skemi differenti għal proġetti minn Organizzazzjonijiet Volontarji li jammontaw għas-somma ta’ €800,000.00 sabiex l-istess organizazzjonijiet iwettqu proġetti fil-komunita’ filwaqt li jkabbru l-kapaċità operattiva tagħhom. Dawn l-iskemi huma il-Voluntary Organisations Projects Scheme, taħt liema skema ser jitqassmu €700,000.00, u ser jibbenefikaw 34 organizzazzjoni volontarja, u l-iskema Small Initiatives Support Scheme, taħt liema skema ser jitqassmu €100,000.00, u ser jibbenefikaw 34 organizzazzjoni volontarja oħra. Aktar tard din is-sena ser joħorġu wkoll fondi taħt l-iskema tas-Civil Society Fund li jammontaw għal €325,000.00. L-organizzazzjoniet volontarji li bbenefikaw minn dawn il-fondi ġejjin mill-oqsma kollha tas-settur.

NCPE – organizzazzjonijiet ta’ attivitajiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu s-sehem tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) fl-organizzazzjoni ta’ xi attività dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel waqt il-Presidenza?

Response (DALLI, HELENA)

L-NCPE kienet involuta fl-organizzazzjoni tal-laqgħa tal-Grupp ta’ Livell Għoli għall-Integrazzjoni tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi (High Level Group on Gender Mainstreaming) li saret f’Malta fl-1 u t-2 ta’ Frar. Din il-laqgħa ssir darbtejn fis-sena fil-pajjiż tal-Presidenza, bl-aħħar laqgħa saret f’pajjiżna. Minbarra li l-NCPE tat appoġġ loġistiku lill-Kummissjoni Ewropea fl-organizzazzjoni ta’ din il-laqgħa, l-NCPE tat ukoll kontribut fid-diskussjonijiet ta’ din il-laqgħa u infurmat lill-Membri Stati dwar l-iżviluppi relatati mal-Presidenza Maltija fl-oqsma tal-ugwaljanza.

Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur — Public Warning Statement - deċiżjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 30450 u tgħid, kemm-il deċiżjoni tat-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur ġew onorati wara li d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) ħareġ Public Warning Statement skont artiklu 8 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onoroveli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistqosija Parlamentari 30479.

Ġnien tal-Argotti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar fuq il-proġett tal-Ġnien tal-Argotti u x’inhuwa ppjanat li jsir sabiex titlesta l-ewwel fażi tal-proġett?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Proġett tal-Ġnien ta’ l-Argotti ingħata bidu f’Settembru li għadda bir-restawr tal-ħajt li jdawwar il-ġnien ta’ l-Argotti. Lejn tmiem 2016 beda x-xogħol wkoll fuq il-fortifikazzjonijiet li jdawru l-ġnien ta’ l-Argotii u għal bidu ta’ Marzu ta’ din is-sena mistenni jibda x-xogħol kbir ta pavimentar u servizzi ġodda fil-ġnien ta’ l-Argotti. Dan ix-xogħol kollhu mistenni li jkun lest sal-aħħar ta din is-sena.

Guardian for Future Generations

Question

Jista’ l-Ministru jispjega r-rwol tal-Guardian for Future Generations?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r–Rwol tal-Gurdian for Future Generations joħog mill-Att Number 10 tas-sena 2012 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli. Dawk huma elenkati hawn taht. (a) jippromwovi t-tixrid ta’ għarfien dwar l-iżviluppsostenibbli fuq il-firxa tat-twettiq tal-politika, il-leġiżlazzjoni ul-prassi nazzjonali; (b) jiżviluppa rettikolatta’ riċerka xjentifika li jista’jikkontribwixxi b’mod pożittiv lejn is-sostenibbiltà tas-soċjetà; (c) jiżviluppa verifiki f’oqsma u setturi varji li jitqiesuli jikkontribwixxu lejn l-iżvilupp sostenibbli; (d) jipproponi miri u azzjonijiet lill-entitajietgovernattivi sabiex dawn iwettquhom biex jikkontribwixxu lejnil-mira ta’ żvilupp sostenibbli; (e) jgħaddi kunċetti ta’ żvilupp sostenibbli fi ħdan is-settur privat; (f) jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni ta’organizzazzjonijiet mhux governattivi fit-tixrid ta’ għarfiendwar l-iżvilupp sostenibbli; (g) jikkonsidra talbiet mill-pubbliku, dwar materji li jirrigwardaw il-politika dwar l-iżvilupp sostenibbli, liema talbiet jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli; (h) jitlob lil kull entità tal-gvern biex tipprovdi data jewinformazzjoni jew biex jiġbor data jew informazzjoni dwar kullsuġġett li jista’ jkollu impatt fuq l-iżvilupp sostenibbli; (i) irawwem prinċipji u azzjonjiet li jirrigwardaw l-iżvilupp sostenibbli mal-firxa tas-soċjetà Maltija; u (j) jagħti direzzjoni sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiffoka biex tissalvagwardja ġenerazzjonijiet futuri.