Rappreżentant ta’ Union jitlaq mill-post tax-xogħol mingħajr permess
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk matul is-sena 2016 rappreżentant ta' waħda mill-Unions il-kbar kienx jitlaq minn fuq il-post tax-xogħol tiegħu mingħajr permess sabiex jikkonvinċi nies sabiex jirriżenjaw mill-Union rappreżentattiva tal-Ħaddiema Kollettivament u minflok jissieħbu mal-Union li jirrappreżenta hu? Jikkonferma l-Ministru li l-Union rappreżentattiva lmentat mas-CEO u ħa l-każ bl-iktar mod leġġer?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li dan il-każ ġie investigat immedjatament mill-Kap Eżekuttiv u li l-Union rappreżentattiva irringrazzjatu tal-intervent immedjat tiegħu.
Triq prinċipali li twassal minn fejn il-monument tal-gwerra sa Kastilja – pelican lights
Question
Billi ż-zebra crossing li hemm fit-triq prinċipali li twassal minn fejn il-monument tal-gwerra sa Kastilja, illum hi mgħottiha bil-monument li hemm in-naħa tal-venda tal-karozzi tal-linja, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jitwaħħlu pelican lights qabel ma jinqatel jew ikorri xi ħadd b'mod serju?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pelican crossing mhumiex rakkomandabbli f’dan is-sit, iżda ser jiġu kkunsidrati miżuri oħrajn biex tiġi mtejba l-viżibilita’ taż-zebra crossing.
Jista’ l-Ministru jara li social worker iżżur u tara l-każ tal-koppja anzjana li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament rigward dħul f’Dar tal-Anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma s-servizzi mogħtija mill-Fondazzjoni Richmond li huma megħjuna finanzjarjament mill-Gvern u kemm hija l-allokazzjoni għal kull wieħed u waħda minn dawn is-servizzi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizzi mogħtija mill-Fondazzjoni Richmond li huma megħjuna finanzjarjament mill-Gvern jinkludu akkommodazzjoni provduta għall-pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali fi tlett hostels li jinsabu f’Ħal Qormi, Ħ’Attard u Raħal Ġdid.
Dar il-Merill f’Ħal Qormi, Villa Rubery ġewwa Ħ’Attard u l-Hostel f’Raħal Ġdid joffru servizz ta’ akkomodazzjoni għal 34 pazjent. Dawn il-pazjenti jingħatalhom ukoll servizz ta’ kura għal 24 siegħa kuljum. Jingħatalhom is-sapport meħtieġ minn
Carers
speċjalizzati fil-qasam tas-Saħħa Mentali. Dan igħin biex il-pazjenti jkunu jistgħu jgħixu ħajja kemm jista’ jkun indipendenti fil-komunità.
Negozji li ser ikunu qed jagħlqu f’ġurnata matul il-ġimgħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk in-negozji li s’issa informaw lid-dipartimenti konċernati li juru li dawn in-negozji ser ikunu qed jagħlqu f’ġurnata matul il-ġimgħa?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Negozji li qed iħallsu €700 biex ikunu jistgħu jiftħu nhar ta’ Ħadd
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ negozji li qed iħallsu €700 biex ikunu jistgħu jiftħu n-negozju tagħhom nhar ta’ Ħadd għaliex ma jistgħux jibqgħu magħluqa f’ġurnata matul il-ġimgħa? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ negozji bl-ismijiet tagħhom li juri liema huma dawk in-negozji li ħallsu u li qed iħallsu €700 mitlub mil-liġi biex jiftħu nhar ta’ Ħadd?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Entità maħtura biex tara li jkunu segwiti r-regolamenti tal-ħwienet li jiftħu nhar ta’ Ħadd
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema entità ser tkun qed tagħmel enforcement li permezz tiegħu l-Gvern jara li r-regolamenti dwar il-ftuħ ta’ ħwienet nhar ta’ Ħadd ikunu qed jiġu rispettati?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-infurzar ta’ din il-liġi hu fdat f`idejn il-puliżija.
Jista' l-Ministru jindika liema huma dawk is-swali fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule li sas-7 ta' Frar 2017 kienu għadhom bla generator?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-swali fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paule li sas-7 ta’ Frar 2017 kienu għadhom bla ġeneratur huma s-swali Admission Ward u St Joseph Wards 1 sa 11.
Djar tal-Anzjani – ħaddiema – deċiżjonijiet dwar il-paga
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li fix-xhur li ġejjin ser ikunu qed jittieħdu deċiżjonijiet li jittrattaw dawk il-ħaddiema li preżentament qed jaħdmu f'diversi djar tal-anzjani f'pajjiżna u li l-paga tagħhom qed titħallas mill-FMS?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Residenza San Vinċnez de Paule – anzjani /residenti li mietu
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu anzjani/residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paule bejn Jannar 2015 u Jannar 2017 maqsuma, xahar b'xahar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ anzjani / residenti li mietu fir-Residenza San Vinċenz de Paule, bejn Jannar 2015 u Jannar 2017, xahar b'xahar, kif mitlub minnu, huwa kif qed ikun indikat fit-tabella t’hawn taħt.
2015
2016
2017
Xahar
Imwiet
Imwiet
Imwiet
Irġiel
Nisa
Total
Irġiel
Nisa
Total
Irġiel
Nisa
Total
Jannar
16
25
41
16
18
34
19
24
43
Frar
10
32
42
6
21
27
Marzu
16
16
32
7
22
29
April
8
15
23
15
26
41
Mejju
11
16
27
9
14
23
Ġunju
21
17
38
21
11
32
Lulju
10
14
24
10
13
23
Awwissu
11
19
30
15
27
42
Settembru
9
15
24
11
18
29
Ottubru
16
19
35
13
22
35
Novembru
9
15
24
12
20
32
Diċembru
14
21
35
16
26
42
TOTAL
151
224
375
151
238
389
19
24
43
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-Rotta nru 226 li kienet tgħaddi minn Joanne Garden Ħal Tarxien u tneħħiet, issa jekk hemmx il-ħsieb li terġa’ tibda tgħaddi minn dik ir-rotta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-passiġġieri tal-inħawi imsemmija jistgħu jagħmlu użu mir-rotta 226 li tgħaddi minn Triq Paola f’direzzjoni waħda u tgħaddi minn fuq bus stops ‘Antnin’ jew inkella ‘Brittanja’, filwaqt li fid-direzzjoni l-oħra tgħaddi minn Triq Ħal Luqa fuq bus stop ‘Nazzarenu’. Dawn il-bus stops jinsabu madwar 350 metru ‘l bogħod minn Joanne Garden ġewwa Ħal Tarxien.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tappieri tad-drenaġġ (manholes) li għandha l-Water Services Corporation fl-inħawi ta' Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar? Billi numru sostanzjali minn dawn il-manholes huma mniżżla ‘l isfel mill-wiċċ tat-triq, jista' jieħu l-passi neċessarji biex dawn l-istess tappieri, u t-tarmakk ta’ madwarhom jiġu rranġati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li peress li hemm ammont sostanzjali ta’ tappieri tad-drenaġġ fiż-żona tal-Qawra, Buġibba u San Pawl il-Baħar, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Burmarrad – Triq Burmarrad – twa··il ta’ crash barrier
Question
Billi fit-triq prinċipali ta' Burmarrad (Triq Burmarrad) direzzjoni lejn San Pawl il-Baħar (faċċata tax-showroom tal-karozzi) kien hemm numru ta' bollards li tkissru f'numru ta' inċidenti tat-traffiku, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex titwaħħal crash barrier fl-istess post?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħek lill-Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ service boxes (dawk il-kaxxi kbar taħt l-art li huma mgħottija bi frame u pjanċa tal-ħadid, u kultant b'materjal ieħor), li għandha l-GO Plc jew kumpanija oħra tat-telekomunikazzjoni fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar? X'kontroll qed twettaq Transport Malta fuq dawn il-kaxxi? Meta saru l-aħħar spezzjonijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar jeżistu 372 service boxes. Il-manutenzjoni ta’ dawn il-kaxxi hija responsabilta’ tal-entita’ kkonċernata. Fit- talba tal- permess tiskatta l- proċedura ta' Transport Malta li tieħu ħsieb li jiġu osservati l- kundizzjonijiet u jsiru l- ispezzjonijiet meħtieġa jew mitluba minn żmien għal żmien. Meta u jekk ma jiġux osservati l- kundizzjonijiet tiskatta proċedura oħra ta' penali sakemm ix- xogħol jiġi ċċertifikat tajjeb.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħol hu mistenni li jsir f'Kennedy Grove, limiti ta' San Pawl il-Baħar, mill-Ministeru? Meta hu mistenni li jitlesta dan ix-xogħol?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor. Interpellant li m’hemmx ippjanati xogħlijiet ġewwa Kennedy Grove – jigifieri l-parti ta’ isfel tal-Park tas-Salina. Ix-xogħlijiet li qegħdin isiru bħalissa huma fin-naħa ta’ fuq tal-Park tas-Salina u relatati mas-sejħiet għall-offerti li ħarġu għar-rigward ta’ apparat tal-logħob aċċessibbli għal kulħadd, tqegħid ta’ tapit tal-ħaxix artifiċjali u xiri ta’ lighting bollards u fanali. Ix-xogħlijiet huma mistennija li jitlestu lejn l-aħħar ta’ Marzu.
Billi matul dawn il-jiem kien hemm irwejjaħ kbar ħerġin mill-inħawi tal-miżbla (engineered landfill) tal-Magħtab (jew l-Għallis), jista’ l-Ministru jassigura li dawn l-irwejjaħ jinqatgħu darba għal dejjem? Skont it-testijiet li qed isiru, x’livell ta’ rwejjaħ qed jirriżultaw, u kif qed jitqabblu mal-livelli aċċettati?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant hekk kif kien spjegat fir-risposta tal-mistoqsija Parlamentari PQ 30791, s-siti tal-Wasteserv fiż-żona tal-Magħtab huma suġġetti għall-permessi ambjentali li jobbligaw lill-WasteServ Malta Ltd. li żżomm Odour Monitoring Log regolari kemm fuq is-siti tagħha fil-Magħtab, kif ukoll fil-madwar immedjat. Dan il-Log jieħu inkonsidirazzjoni l-kundizzjonijiet atmosferiċi li jistgħu jagħmlu mpatt fuq l-intensità u t-tip tar-riħa li tiġi ġġenerata mis-siti tal-WasteServ fil-lokalita’ tal-Magħtab.
Ir-records mis-6 ta’ Frar 2017 sas-17 tal-istess xahar, jindikaw li filwaqt li kien hemm livell pjuttost għoli ta’ riħa ġol-kumpless tal-WasteServ innifsu, kif mistenni minħabba n-natura tal-operat li jsir hemmhekk, fiż-żona tal-coast road ġiet irreġistrata riħa li kienet relativament ta’ anqas intensità, filwaqt li ma ġiet irreġistrata l-ebda riħ fiż-żona ta’ Baħar iċ-Ċagħaq.
Minkejja dan, l-ERA qegħda tkompli bid-diskussjonijiet tagħha mal-Facilità tal-Wasteserv sabiex jitjiebu il- miżuri biex jiġu kkontrollati aħjar l-irwejjaħ li joriġinaw mill-kumpless tal-Magħtab.
Jista' l-Prim Ministru jara li jiġi rranġat l-arblu li jinsab fi stat perikoluż ġewwa Raħal Ġdid quddiem il-ħanut li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-arblu indikat jidher li ċċaqlaq minn postu wara li ntlaqat minn vettura f’inċident tat-traffiku fl-inħawi f’dawn l-aħħar jiem. Sfortunatament, ma sar l-ebda rapport lil Enemalta plc wara li saret din il-ħsara. Ħaddiema u kuntratturi ta’ Enemalta qed iwettqu x-xogħlijiet meħtieġa biex l-arblu jiġi rranġat minnufih.
Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jippubblika l-avviżi legali relatati mal-liġi dwar stili ta' ħajja sana, liema liġi ġiet imressqa mill-Oppożizzjoni fid-9 ta' Ġunju 2014 u approvata mill-Parlament f'Jannar 2016 peress li l-qafas tal-istess avviżi legali kienu diġà indikati fl-abbozz oriġinali li kien tressaq f'Ġunju 2014 mill-Oppożizzjoni u maqbula fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjonijiet ta' Abbozzi ta' Liġijiet mill-Gvern u Oppożizzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumitat imsemmi minnu ġie mwaqqaf f’Awwissu tal-2016 u s'issa diġà iltaqa’ 7 darbiet fejn ġew diskussi diversi proposti ta’ inizjattivi . Fost il-mistednin li ndirizzaw dan kumitat interministerjali kien hemm l-istess Onor. Robert Cutajar.