Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ viżitaturi barranin ġewwa Għawdex u l-iljieli mqatta’ minnhom fl-2016 u d-differenza perċentwali meta kkomparat mas-sena ta’ qabel, jiġifieri mal-2015?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-2016 Għawdex kompla jżid fin-numru ta’ wasliet u iljieli mqatta mit-turisti barranin. It-tkabbir huwa ferm inkorraġġanti għaliex kien partikolarment ikkonċentrat matul ix-xhur tax-xitwa u F’dawk imsejħa shoulder months.
Skont ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-istatistika fl-2016 in-numru ta’ viżitaturi barranin li żaru Għawdex kien ta’ 1,148,465, żieda ta’ aktar minn 13% fuq l-2015. Għaldaqstant ta’ min wieħed jinnota li n-numru ta’ viżitatur barranin ġewwa Għawdex kiber bi kważi 340,000 mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura, jiġifieri żieda ta’ 42% fuq l-2012.
Fl-2016 skont l-istess NSO, in-numru ta’ turisti barranin li qattgħu lejl jew aktar fil-gżira Għawdxija kien ta’ 189,859 persuna. Infatti is-sena l-oħra immarkat żieda notevoli ta’ aktar minn 24,000 turist li qattgħu mill-inqas lejl ġewwa Għawdex, li fisser żieda ta’ 14.7% fuq l-2015.
Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx sejħa biex jimtela' l-post ta' Prinċipal għall-Kulleġġ il-ġdid li twaqqaf u li jinkorpora fih skejjel għal studenti minn sittax-il sena l' fuq? Jekk saret din is-sejħa meta saret u kemm applikaw? Jekk ma saritx sejħa speċifika x'kienet ir-raġuni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bħalma ġara dejjem, is-sejħa inħarġet għal Prinċipal tal-Kulleġġi. Is-sejħa ħarġet fid-29 ta' Lulju 2016 fil-Gazzetta tal-Gvern 19,615. Għal din is-sejħa kien hemm 13-il applikazzjoni. Id-deployment isir wara skont l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk l-Istate Aid Monitoring Board li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu huwiex qed jinvestiga jew investigax il-każ fejn apparat li nxtara bl-għajnuna tal-fondi tal-UE għall-Isptar ta’ Għawdex, dan l-apparat qed jintuża llum minn kumpanija privata li qed titħallas il-miljuni biex tagħti dan is-servizz? Jista' jikkonferma jekk dan jistax isir skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-istess kuntratt dwar il-fondi tal-UE li ngħataw għal dan l-iskop? X’arranġamenti saru mal-kumpanija privata lil lilha ngħata l-Isptar ta’ Għawdex sabiex ma tiġix ikkawżata kompetizzjoni nġusta u nuqqas ta’ level playing field peress li apparat li l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex inxtara permezz ta’ fondi tal-UE huwa simili għal dak li jintuża wkoll fi sptarijiet u kliniċi privati oħra f’Malta?
Response (GRECH, LOUIS)
Jiena nfurmat li l-Istate Aid Monitoring Board ma għamel l-ebda investigazzjoni formali dwar dan is-suġġett. Nitlob lil-Onorevoli Interpellant jirreferi ukoll għar-risposta li jien tajt għal-Mistoqsija Parlamentari no. 31126.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ħadet X-ray u kellhom jibagħtu għaliha f’Novembru għall-operazzjoni però għadha bla risposta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed ikun segwit.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Persons of trust - kariga
Question
Jista’ l-Prim Ministru jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-karigi jew ix-xogħol li jagħmlu l-persons of trust kif mitlub minnu huma hawn annessi:
Chief of Staff
Head, Government Communications
Head, Government Customer Care
Deputy Chief of Staff
Personal Assistant
Senior Communications Officer
Head, Government Marketing
Co-ordinator
PQ Unit Officer
Secretariat Officer
Secretariat Messenger
Personal Driver/Security Officer
Secretariat Messenger/Charwoman
Estate Keeper
Customer Care Assistant
Head of Secretariat
Private Secretary
Office Assistant
Public Relations Assistant
Receptionist
Senior Administrative Coordinator
Driver to former PM
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Persons of trust - kariga
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persons of trust fil-Ministeru tiegħi jokkupaw dawn il-karigi:
Coordinator of Works
Head of the Project Development and Coordination Unit (PDCU) & Project Leader (ERDF 104)
Coordinator of Works (Public Convenience)
Coordinator of Works (Northern Region)
Assistant Manager
3 Secretariat Pool
2 Ministry Coordinator
Communications Secretary
Head of Customer Care
Assistant Private Secretary
Secretariat Officer
Skejjel Primarji u Sekondarji tal-Gvern – impressed funds
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' studenti f'kull skola primarja u sekondarja tal-Gvern fil-bidu tas-sena skolastika 2016/2017? Jista' jgħid kemm kull skola ngħatat impressed funds għal din is-sena skolastika u kif inħadem l-ammont li ngħata lil kull skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub hu kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmat li n-numru ta' studenti f'kull skola primarja u sekondarja tal-Gvern fil-bidu tas-sena skolastika 2016/2017 hu skont l-istatistika tat-13 ta' Ottubru 2016. Infurmat ukoll li l-mod ta’ kemm jingħata imprest funds lill-iskejjel tal-istat f'Malta inħadem bħas-snin preċedenti. Dwar l-iskejjel tal-istat f’Għawdex, dawn ġew meqjusa ugwali f’kollox mal-iskejjel tal-istat ta’ Malta.
Santa Luċija Kerċem Għawdex – Triq Għajn Abdul — xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq Għajn Abdul f'Santa Luċija, Kerċem, Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq il-Kapuċċini fir-Rabat, Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nies attendew il-G.U. Clinic fl-aħħar sitt snin, kull sena, sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt fejn qed tindika n-numru ta’ persuni li attendew l-GU Clinic għall-ittestjar.
Sena
Numru ta' attendenza
2010
1,871
2011
1,902
2012
1,965
2013
2,134
2014
1,746
2015
3,970
2016
5,420
Total tas-snin kollha
19,008
Heritage Malta – Kumitat tas-Saħħa u s-Sigurtà – membri u laqgħat
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28991, jista' l-Ministru jgħid liema kienet l-aħħar ċirkostanza li l-Kumitat tas-Saħħa u s-Sigurtà fi ħdan Heritage Malta ltaqa’ biex jiddiskuti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-kumitat iltaqa’ l-aħħar madwar sena ilu, madanakollu jaġġorna regolarment lill-impjegati kollha permezz ta’ email fuq għadd ta’ materji ta’ saħħa u sigurtà.
Heritage Malta – reġistrazzjoni ta’ attendenza għall-konferenza
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28985, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma nżammitx l-attendenza għall-Cultural Heritage National Forum bħalma kien isir f'snin oħra? Ma' jaħsibx il-Ministru li l-parti tar-reġistrazzjoni hija ħaġa bażika f'kull tip ta' konferenza? Jista' jagħti l-każ li numru ferm żgħir attendew għal din il-konferenza b'differenza għal snin oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija parlamentari 28985 kienet tirreferi għall-attendenza miżmuma minn Heritage Malta għall-impjegati tagħha. Ninforma wkoll li l-attendenza ġenerali għall-Forum kienet waħda tajba, b’rappreżentanta tal-istituzzjonijiet kollha tal-wirt kulturali.
Heritage Malta — siti jew mużew – Quality Assured Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ebda sit jew mużew ta' Heritage Malta mhu inkluż fl-iskema tal-Quality Assured Malta tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, waħda mill-kriterji tal-inizjattiva tal-Quality Assured Seal hija illi s-sit irid ikollu assigurazzjoni li tkopri danni lil terzi persuni f’każ ta’ xi inċident fis-sit.
Billi Heritage Malta hija entita’ governattiva, dawn m’għandhomx aassigurazzjoni privata għas-siti amministrati minnha. Pero’, l-Awtorita’ flimkien ma’ Heritage Malta u l-Ministeru tal-Finanzi qegħdin jaħdmu biex tinsab soluzzjoni f’dan ir-rigward.
Heritage Malta – ħaddiema li ma jkunux kuntenti jew li jridu jbiddlu l-kundizzjonijiet fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex xi ħaddiema ta' Heritage Malta li ma jkunux kuntenti fuq il-post tax-xogħol tagħhom jew li jridu tibdil fil-kundizzjonijiet tagħhom jippreferu jkellmu direttament lill-customer care tal-Ministru milli jindirizzaw lid-Dipartiment tar-Riżorsa Umana ta' din l-Aġenzija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li jidher li l-Onor. Interpellant għandu informazzjoni żbaljata. L-impjegati ta’ Heritage Malta regolarment imorru għand id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani tal-Aġenzija bid-diffikultajiet tagħhom.
Awtorità Maltija għat-Turiżmu – tluq mill-Berġa tal-Italja
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għadha ma ħarġitx mill-Berġa tal-Italja sabiex tagħmel spazju għall-Mużew il-ġdid? Jista' jgħid meta ħa jsir dan?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu ħarġet mill-Berġa tal-Italja u ilha topera u sservi l-klijenti tagħha mill-uffiċċji l-ġodda ġewwa Smart City sa minn nhar it-Tlieta 7 ta’ Frar 2017.
It-trasferiment tal-uffiċċji seħħ matul il-
weekend
ta’ qabel, kif kien imħabbar permezz ta’ avviżi fil-gazzetti ewlenin. Dawn l-avviżi dehru fil-perjodu bejn id-29 ta’ Jannar u t-2 ta’ Frar 2017. Sadanittant, il-kuntratturi mqabbda minn Heritage Malta biex jagħmlu -xogħol fuq il-Mużew il-ġdid jinsabu jaħdmu fil-Berġa tal-Italja, filwaqt li ħafna xogħol preliminari li seta’ jsir mingħajr ma jikkawża periklu jew inkonvenjent, sar ħafna qabel ma ħarġet l-Awtorita’ mill-post.