Iż-Żurrieq – Għassa tal-Pulizija – infestazzjoni ta’ ġrieden
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma r-rapporti li dehru fil-media li fl-Għassa tal-Pulizija taż-Żurrieq, hemm infestazzjoni ta’ ġrieden? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’passi qed jittieħdu biex tiġi indirizzata din il-problema? Jista’ jgħid jekk id-Dipartiment tas-Sanità ġiex infurmat b’din il-problema u jgħid xi prekawzjonijiet ittieħdu biex tiġi mħarsa s-saħħa tal-pulizija li jkunu xogħol f’din l-għassa?
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 29412, jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba l-ex impjegati tas-Sea Malta li ma kenux parti mill-proċeduri legali, humiex se jiġu b’xi mod kumpensati bħal dawk li kienu?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar is-servizzi kollha li joffru l-ħaddiema soċjali li jaħdmu fis-settur tal-anzjani? Kemm hemm ħaddiema soċjali f’dan is-settur importanti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ħaddiema soċjali fis-settur tal-anzjani hemm 8 (1 ser tirtira issa u 4 b’eta avvanzata qrib l-irtirar). Id-Dipartiment joffri ukoll 10 sigħat ta’ servizz, ġewwa r-Residenza San Vinċenz, permezz ta’ ħaddiema soċjali mill-Aġenzija Appoġġ.
Ħaddiema soċjali fi ħdan id-Direttorat għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Kommunita’ jsegwu prinċipalment każijiet soċjali li jiġu riferuti minn diversi entitajiet u assessjar ta’ applikanti prospettivi biex jiġu allokati servizz ta’ Għajnuna fid-Dar (
Home Help
).
Din is-sezzjoni taħdem flimkien ma’ aġenziji speċjalizzati oħra skond ix-xejra ta’ każijiet soċjali u jagħmlu diversi rapporti oħra dejjem skont ir-rikjesti prinċipali fl-andament ta’ każijiet soċjali.
Servizz ta’ Independent Community Living – Aġenzija Sapport
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-servizz tal-Independent Community Living tal-Aġenzija Sapport? Meta kien imwaqqaf dan is-servizz u kemm kien hemm persuni b’diżabilità li għamlu użu minnu f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li , l-Independent Community Living Fund hija skema li tgħin persuni b’diżabilità, billi tipprovdi fondi biex ikun jista’ jinxtara servizz ta’ assistenza personali. Kull każ jinstema’ quddiem Bord semi-independenti, immexxi minn persuna b’diżabilita’ u l-Bord japprova l-pakkett tas-servizz meħtieġ.
Dan il-Fond ġie mwaqqaf fl-2013 u n-numru ta’ benefiċċarji għal dawn l-aħħar tliet snin kienu kif ġej:
Sena
Numru ta’ Benefiċċjarji (Persuni b’Diżabilità)
2014
45
2015
55
2016
71
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 26370 u 28798, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-kuntratti tax-xogħol għall-pjazza ta’ Raħal Ġdid ġewx assenjati? Tista’ tindika l-programm ta’ ħidma li se jkun hemm tul din is-sena? Tul din is-sena, ġew konsultati jew avviċinati b’xi mod is-sidien tal-ħwienet li hemm fl-istess pjazza, dwar dan?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-adjudikazzjoni fuq it-tender hi maghluqa u d-dipartiment tal-kuntratti ppublika l-isem tal-Kuntrattur kif irrakomandat mill-board ta l-ghazla. Ghaldaqstant kif jghaddi il-perjodu ta l-appell wiehed ikun jista jibda jahdem mal-Kuntrattur maghzul fuq il-pjan ta hidma u traffic managment, sussegwentamwent inkunu nistghu nitkellmu mas-sidien tal-hwienet u l-istakeholders ewlenin b`dawn il-pjanijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid min huwa intitolat li jkollu post ta’ parkeġġ riservat? Kemm kien hemm parkeġġi riservati li ġew irtirati minn April 2013 sa Jannar 2017?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna intitolata għal tali Parkeġġ Riservat tkun:
· Persuna b’diżabilita’ li jkollha problema severa ta’ mobilita’ u li ssuq il-vettura tagħha jew tuża siġġu bir-roti.
· Persuna b’diżabilita’ jkollha l-
Blue Sticker
.
· Il-vettura tkun rreġistrata fuq l-indirizz fejn toqgħod il-persuna b’diżabilita’.
In-numru ta’ parkeġġi rtirati fil-perjodu ta’ bejn April 2013 u Jannar 2017 kien ta’ 397.
Ħal Tarxien – Triq iż-Żejtun – kundizzjoni ta’ triq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat u x’kundizzjoni tinsab Triq iż-Żejtun f’Ħal Tarxien u jekk kemm-il darba huwiex se jsir xi xogħol fuqha tul din is-sena?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Pazjenti li ħadu trattament permezz tal-mediċina Doxorubicin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li ħadu trattament permezz tal-mediċina Doxorubicin f’Malta u f’Għawdex fl-2016? Jista’ jikkonferma li fil-fatt din mhijiex mediċina ġdida fil-formolarju u ilha fil-formolarju tal-mediċini fis-sezzjoni tal-mediċini li jintużaw fl-isptar biss? Jista’ jikkonferma wkoll li fil-fatt sad-9 ta’ Frar 2017, ġimgħa wara li l-Ministru ħabbar li l-Doxorubicin se tkun waħda mill-mediċini l-ġodda tal-kanċer (meta nkitbet din il-mistoqsija) kien għadu ma nbidel xejn mill-formolarju fir-rigward ta’ din il-mediċina?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sena fl-Isptar Mater Dei se tibda issir il-proċedura ġdida magħrufa bħala TACE (transarterial chemoembolization) għal-kanċer tal-fwied. Din il-proċedura avvanzata se twassal sabiex tumuri fil-fwied ikunu trattati b'mod aktar effettiv u b'ħafna anqas side-effects. Sabiex tkun tista' ssir din il-proċedura ġdida se jiddaħħal forma ġdida ta' Doxorubicin fuq il-formolarju tal-gvern. Huwa stmat illi madwar 70 pazjent ġdid fis-sena se jibbenefika minn din il-mediċina u proċedura ġdida mingħajr ħlas.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jippubblika n-National Cancer Plan il-ġdid? Il-Ministru huwa konxju li l-ewwel National Cancer Plan skada fl-2015 u li issa l-pjan il-ġdid jinsab sentejn tard?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan ġdid Nazzjonali kontra l-Kanċer se jkun imniedi ghall-konsultazzjoni fl-ewwel ġranet ta' Marzu.
Sptar Mater Dei – tobba u speċjalisti li ntalbu jidħlu għax-xogħol fil-weekends
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li tobba u speċjalisti fl-Isptar Mater Dei ntalbu jidħlu għax-xogħol fil-weekends biex jagħmlu discharge ta’ pazjenti li jkunu għall-kura u li ġew offruti rata ta’ €20 kull pazjent li jiġi discharged? Huwa minnu li ħafna rrifjutaw għax ħassewhom insultati b’din l-offerta perikoluża u li tmur kontra l-etika medika?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandha l-informazzjoni żbaljata u li f'ebda ħin ma kien hemm tobba li qed jitħallsu skont kemm jagħmlu discharges ta' pazjenti.
B’referenza għall-Istqarrija nru 170310 maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa fit-8 ta’ Frar 2017, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport sħiħ tal-operazzjonijiet li saru f’Malta fl-2016 jiġifieri l-Annual Surgical Operations 2016? Jista’ jindika ċar f’liema sptar tal-gvern jew sptar privat saru dawn l-operazzjonijiet? Jista’ jindika wkoll kemm saru operazzjonijiet f’kull kategorija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’ hawn taħt:
Entita’
Numru ta’ Operazzjonijiet fl-2016
Sptar Sir Paul Boffa
2,824
Sptar Generali t’Ghawdex
3,996
Sptar Mater Dei (operazzjonijiet- Nhar ta’ Hadd u fi Sptarijiet Privati inkluzi)
55,511
Centru tal-Onkologija Sir Anthony Mamo
103
Centru tas-Sahha tal-Mosta
1,519
Total
63,953
B’referenza għall-Istqarrija nru 170310 maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa fit-8 ta’ Frar 2017, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-lista tinkludix ukoll interventi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-operazzjonijiet kollha huma meqjusa li jkunu interventi. Għalhekk l-64,000 każ imsemmi fl-istqarrija u li saru fl-2016 huma fil-fatt 64,000 intervent. Fil-fatt dan huwa l-akbar numru ta' interventi mingħajr ħlas li qatt sar f'pajjżna f'sena waħda.
Ministeru għas-Saħħa — Stqarrija Nru 170310 - Operazzjonijiet li saru fil-privat
Question
B’referenza għall-Istqarrija nru 170310 maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa fit-8 ta’ Frar 2017, jista’ l-Ministru jgħid kemm operazzjonijiet saru fil-privat, f’liema sptarijiet jew clinics privati saru u jindika b’mod ċar liema tip ta’ interventi saru fil-privat u kemm-il intervent sar f’kull kategorija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2016 kien hemm total ta’ 448 operazzjonijiet li saru fi sptarijiet privati. Dawn l-operazzjonijet saru fl-isptar St James u l-isptar St Thomas. L-operazzjonijiet li saru kienu fil-qasam tal-kirurġija ġenerali, fl-ortopedija, ENT u fil-kirurġija vaskulari.
Malta Air Traffic Service Ltd – flus depożitati fil-banek
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellha flus depożitati l-kumpanija Malta Air Traffic Services Limited fil-banek fl-aħħar ta’ kull sena għas-snin 2011 sal-2016 ?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija Malta Air Traffic Services Limited qiegħda tkompli fi triq li qabdet matul dawn l-aħħar erba’ snin u tirreġistra profitt illi jirrifletti l-ħidma kbira li qed issir mill-Bord, Management u l-impjegati kollha tagħha. Din il-ħidma ser kompli żżid il-valur nett tal-kumpanija, illi sal-aħħar tas-sena 2016 kien jeċċedi t-33 miljun Ewro. Jiġifieri, mill-bidu tas-sena 2012 sal-lum il-valur tal-kumpanija żdied bi 28 miljun Ewro, jew 550%.
Il-kumpanija mhux talli ma tirrikorrix għal self mingħand il-Gvern jew banek kummerċjali, talli tiffinanzja l-ispiża kapitali taghha stess kollha mill-working capital tagħha. Il-profitt li qed tagħmel il-kumpanija jippermetti depożiti sostanzjali fil-banek illi sena wara sena minn meta nbidlet l-amministrazzjoni tal-Gvern fl-2013 qed dejjem jiżdiedu, hekk kif jidher fit-tabella annessa.
Sena
Flus depożitati fil-banek
2011
Dejn ta’ €3,042,642
2012
€3,045,497
2013
€6,889,276
2014
€10,270,438
2015
€14,323,950
2016
€25,431,245
Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-kumpanija Malta Air Traffic Services Limited qed tippjana li tonfoq fuq proġetti kapitali matul is-snin 2017 u 2018? Xi proġetti se jitwettqu? X'se jkun ir-riżultat ta' dan l-investiment?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-Gvern kontinwament ifittex li jimmodernizza l-apparat operattiv u tekniku sabiex jibqa’ aġġornat fuq ¿viluppi li qed isiru kontinwament fis-settur tal-immaniġġar tat-traffiku tal-ajru madwar l-Ewropa. Dan jippermetti lill- kumpanija Malta Air Traffic Services Limited (MATS) biex twettaq xogħolha b’mod sikur u effiċjenti.
Il-kumpanija MATS qed tippjana li tonfoq madwar €20 miljun fuq proġetti kapitali matul is-snin 2017 u 2018. L-akbar proġett huwa l-bini ta’ Ċentru ta’ Kontroll ġdid illi ser jinkorpora fih ċentru ta’ taħriġ, mechanical workshop u s-servizzi anċillari kollha.
Ser jiġi nstallat ukoll Primary Surveillance u Weather Radar kif ukoll sistema ta’ ADS-B (Automated Dependent Surveillance Broadcast) li għandhom isaħħu sew is-sorveljanza fl-ispazju territorjali ta’ pajji¿na. Dawn, flimkien ma’ proġetti oħra se jkomplu jsaħħu l-pożizzjoni tal-kumpanija MATS biex tottjeni l-oġġettiv tagħħa li tkun fost l-aqwa air traffic services provider fl-Ewropa.
Taħriġ u edukazzjoni fl-industrija tal-films – investiment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jiġu investiti flus f’edukazzjoni u taħriġ fl-industrija tal-films ikkomparat mas-snin li għaddew?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena li għaddiet, fl-Industrija tal-Films, kien hemm element qawwi ta’ diversifikazzjoni. Minbarra films li ġew attirati, numru kbir ta’ sensiliet għat-televizjoni internazzjonali u produzzjonijiet ta’ reklami għal ditti rinomati, nefqu miljuni ta’ ewro f’ pajjiżna. Din l-industrija kompliet tagħti kontribuzzjoni importanti lill-ekonomija ta' Malta.
Il-figuri u l-investiment illi qed isir f’edukazzjoni u taħriġ, juru biċ-ċar li dan il-Gvern dejjem emmen fil-potenzjal tal-Industrija tal-Films.
Fl-aħħar 3 snin, il-Kummisjoni tal-Filma investiet aktar minn €825,000 fi proġett uniku sabiex ikun hemm aktar edukazzjoni u taħriġ fl-industrija tal-films. Dan il-proġett sar bl-għajnuna tal-Fond Soċjali Ewropew. Fil-passat, qatt ma’ kien sar progett simili.
Sabiex inkomplu ninvestu fl-iżvilupp tar-riżorsi umani tal-industrija, f’dawn l-aħħar sentejn, sar ukoll kors fl-Universita’ ta’ Malta - Master of Arts in Film Studies offrut mill-Fakultà tal-Arti, illi qabel lanqas biss kien jeżisti. Dan il-kors qed jiswa €50,000 fis-sena.
Bħalissa, l-Kummissjoni tal-Films qed tiddiskuti wkoll mal-MCAST, sabiex fis-sentejn li ġejjin isir proġett ieħor li joħloq opportunitajiet ġodda għal dawk li jridu jaħdmu f’din l-industrija u jiġu organizzati korsijiet ta’ taħrig relatati u dan b’konformita’ mal-Politika Nazzjonali tal-Films. Dan il-progett huwa stmat li se jiswa €755,540.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-industrija indiġena tal-films hijiex qed tingħata importanza? Jekk, iva, kif qed isir dan?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-industrija indigina tal-films qed tingħata ħafna aktar importanza minn qatt qabel. Dan kien l-ewwel Gvern li fassal Politika Nazzjonali għall-Films, li tieħu inkonsiderazzjoni l-aspetti uniċi tal-industrija.
Għall-ewwel darba wkoll, il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Film Commisison sponsorjaw kors fl-Universita’ ta’ Malta għal dawk li jridu jistudjaw iċ-ċinematografija fuq livell ta’ Masters. Il-Film Commission iffirmat ukoll ftehim mal-MCAST sabiex aktar studenti Maltin u Għawdxin jingħataw opportunita’ fl-industrija tal-films.
Minbarra dan kollu, il-Film Commission wettqet ukoll proġett nazzjonali mmirat sabiex aktar nies jingħataw edukazzjoni u taħriġ fl-industrija. L-investiment fuq dan il-proġett kien ta’ aktar minn €825,000, u sar bl-għajnuna tal-Fond Soċjali Ewropew.
Għaliex nemmnu fl-industrija indiġena wkoll, dan il-Gvern żied ukoll l-allokazjoni tal-Film Fund. Sabiex isir iktar investiment biex jissahhah it-Talent lokali, żidna il-baġit allokat għall-Malta Film Fund minn €250,000 għal €300,000. Dan sabiex jingħataw aktar
grants
biex ikunu żviluppati u prodotti films Maltin u Għawdxin. Grazzi għal Film Fund, din is-sena diġa inħadem film Malti u hemm pjanijiet sabiex isir ieħor fix-xhur li ġejjin.
L-investiment fit-talent Malti huwa wieħed kontinwu, u għall-ewwel darba wkoll, waqqafna fond partikolari għal ko-produzzjonijiet. Sabiex nagħtu aktar opportunitajiet lill-
filmmakers
tagħna, qed nagħtu riżorsi finanzjarji sabiex kumpanji Maltin jingħaqdu ma’ kumpaniji barranin sabiex flimkien jipproduċu films għas-suq internazzjonali. Bħala parti mill-pjan sabiex jinħolqu aktar opportunitajiet għall-films indiġeni, fit-30 ta’ Jannar li għadda, ġiet iffirmata il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Ko-produzzjonijiet Ċinematografiċi bejn il-Gvern Malti u l-Istati Membri tal-Kunsill tal-Ewropa, kif ukoll Stati oħra firmatarji tal-Konvenzjoni Kulturali Ewropea. Din is-sħubija tinkoraġġixxi ko-produzzjonijiet multilaterali bejn tlieta jew aktar pajjiżi firmatarji, u tippermetti ko-produzzjonijiet bilaterali bejn il-pajjiżi firmatarji fejn ma jeżisti l-ebda ftehim. Il-Konvenzjoni tippermetti ukoll pajjiżi iżgħar bħal Malta li mhumiex f'pożizzjoni li jikkonkuludu ftehim bilaterali varji sabiex jibbenefikaw minn qafas legali għall-koproduzzjonijiet li jinvolvu żewg partijiet biss. Billi l-ispejjeż tal-produzzjoni dejjem jiżdiedu u mhux facli li produtturi tal-films jigbru l’finanzi necessarji, m'hemmx dubju li trattati bhal dawm saru importanti ħafna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm waslu turisti f’pajjiżna fl-2016, kemm kienu l-iljieli mqatta’ u kemm kien l-infiq turistiku? Jista’ jgħid id-differenza perċentwali ta’ dawn it-tliet figuri meta kkomparat mas-sena ta’ qabel, jiġifieri mal-2015?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-aħħar ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika fl-2016 wasslu 1, 988,477 turist f’pajjiżna. Dan l-ammont huwa 190,000 aktar minn dak reġistrat fl-2015 u jissarraf fi tkabbir ta’ 10.5%. Dan hu fost l-ogħla rati ta’ tkabbir li qatt irreġistra pajjiżna minn mindu bdiet tinġabar l-istatistika b’permezz tat-Tourstat Survey.
L-iljieli mqatta ammontaw għal 14,961,366 lejl, żieda ta’ 5.7% fuq l-2015, li ssarraf fi kważi 810,000 lejl aktar.
Fejn jidħol infieq turistiku Malta fl-2016 rreġistrat dħul rekord ta’ €1,708,952,000. Dan ifisser tkabbir ta’ 4.3% fuq is-sena preċedenti u ssaffar f’€70 miljun akatr ta’ dħul dirett fl-ekonomija Maltija.
Ta’ min jinnota li l-ammont ta’ turisti li rreġistrajna is-sena l-oħra kien biss 11,500 turist il bogħod mit-tragward taż-żewġ miljun turist li l-gvern kellu għal din is-sena li qegħdin fiha.