Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #31113 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

Tkabbir fit-turiżmu f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-tkabbir fit-turiżmu f’Malta meta mqabbel mal-medja fil-pajjiżi Ewropej u Mediterranji s-sena li għaddiet?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi skont l-aħħar UNWTO Barometer ppublikat f’Jannar ir-rata medja ta’ tkabbir fin-numru ta’ turisti rreġistrata fl-2016 meta mqabbel ma l-2015 fid-dinja kienet ta’ 3.9%. Ir-rata medja ta’ tkabbir fl-istess sena msemmija fost it-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropeja kienet ta’ 4.4% filwaqt li dak reġistrat fir-reġjun Mediterranju u n-Nofsinhar ta’ l-Ewropa kienet ta’ 1.4%. Għaldaqstant ir-rata ta’ tkabbir li rreġistrat Malta jikkompara ferm tajjeb ma dawn il-persentaġġi hekk kif pajjiżna rreġistra żieda ta’ 10.5% fin-numru ta’ turisti li żaruna fl-2016 meta mqabbel ma l-2015.
Leg 12 PQ #31114 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

Cruise liners – port calls

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellna port calls minn cruise liners f’pajjiżna fl-2016 u kemm kien l-ammont ta’ passiġġieri li waslu f’pajjiżna fl-istess sena msemmija? Jista’ jgħid x’kienet id-differenza perċentwali f’dawn il-figuri meta kkomparati mas-sena 2015?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-aħħar ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, pajjiżna rreġistra għal sena oħra numru rekord ta’ passiġġieri li wasslu f’Malta fuq il-cruiseliners. Il-vapuri tal-cruiseline ġarrew total ta’ 682,222 passiġġier fl-2016. Dan ifisser żieda ta’ ‘l fuq minn 2% fuq dak reġistrat is-sena ta’ qabel. Fost dawn il-passiġġieri ‘l fuq minn 624,000 kienu passiġġieri barranin. Dan l-ammont ta’ passiġġieri barranin kiber b’4% fuq l-ammont rekordjat fis-sena 2015. In-numru ta’ port calls fl-2016 laħaq it-316, disgħa aktar minn l-2015. Ta’ min jinnota li l-gżira Għawdxija wkoll qed tgawdi mis-suċċessi li qed joħloq is-settur tal-cruiseliners. Skont ċifri mogħtija minn Transport Malta, fis-sena li għada kif intemmet ġew reġistrati 19-il port call f’Għawdex, li ġarrew kważi 7,000 passiġġier. Dan l-ammont huwa id-doppju ta’ dak kien reġistrat fl-2012, li kienet l-aħħar sena sħiħa ta’ gvern preċedenti. Il-gvern huwa kommess li jkompli jinvesti u jaħdem sabiex dan is-settur tal-cruislining jissokta jikber b’mod immedjat din is-sena u kif ukoll fis-snin li ġejjin. Sabiex pajjiżna jkun ppreparat għall-espansjoni ta’ dan is-settur, Pinto Wharf se jiġi mwessa bi 15-il metru oħra sabiex jiżdied it-tieni moll li se jkun jista jikkomoda cruiseliners kbar. Huwa ppjanat ukoll li jibdew taħdidiet sabiex jiġi mkabbar ukoll Deep Water Quay. Il-gvern huwa mpenjat b’ħidma bla heda flimkien ma l-istakeholders sabiex nattiraw aktar kumpaniji tal-cruiseliners li għandhom l-interess li l-cruises li joffru jibdew u jispiċċaw fil-port tagħna. Is-sena l-oħra assigurajna it-tieni homeporting għal Malta b’permezz tal-P&O Oceania Cruiseliners. Dan il-cruiseliner se jibda jopera minn pajjiżna din is-sena fejn f’din is-sena biss mistenni li jagħmel 27 call u jġorr mal-100,000 passiġġier fi programm ta’ Fly and Cruise, flimkien ma 5 port calls oħra fejn 10,000 passiġġieri oħra jkunu qed iżuru Malta bħala port of call.
Leg 12 PQ #31115 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

Turisti f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm waslu turisti f’pajjiżna u x’kienet in-nefqa turistika fl-2016 meta mqabbla mal-2012? Kif sejjer l-andament tat-turiżmu fil-gżejjer Maltin meta mqabbel ma’ destinazzjonijiet oħrajn fin-Nofsinhar tal-Mediterran?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2016 kważi żaruna 2 miljun turist, ċifra li kienet il-mira li tintlaħaq propjament fl-aħħar ta’ din is-sena li qegħdin fiha. Il-wasla ta’ 1,988,477 turist irriżultat f’nefqa turistika rekord ta’ €1.7 biljun, li ssarfet f’€70 miljun aktar ta’ dħul dirett fl-ekonomija Maltija. L-ammont ta’ turisti rreġistrati fl-2016 huwa 10.5% aktar minn dak reġistrat fis-sena preċedenti. Dan it-tkabbir huwa wieħed rekord meta tqis li kienet żieda fuq sena li kienet diġà rreġistrat tkabbir fuq is-sena ta’ qabilha. Tkabbir simili taħt gvern preċedenti seħħ biss fuq snin li kienu rreġistraw tnaqqis u mhux żieda. Tul din il-leġiżlatura l-ammont ta’ turisti diġa żdied b’aktar minn nofs miljun. Tkabbir simili sar bejn l-1992 u l-2012. Dan ifisser li dak li ħoloq dan il-gvern fiż-żieda ta’ ammont ta’ turisti s’issa f’dawn l-ewwel 4 snin ta’ din il-leġiżlatura, gvern preċedenti dam 20 sena biex jikseb. Tul din il-leġiżlatura wkoll, dan il-gvern indirizza bis-serjeta l-isfida tal-istaġġjonalita. Dan il-gvern irnexxielu jagħmel lil pajjiżna l-inqas destinazzjoni turistika fil-Mediterran li hija affetwat mill-istaġġjonalita turistika. Fix-xhur xitwin tas-sena l-oħra jiġifieri l-perjodu ta’ bejn Jannar u Marzu 2016 rajna tkabbir ta’ 38.5% fuq l-istess perjidu ta’ l-2012. Fix-xhur hekk imsejħa shoulder months ta’ bejn Ottubru u Diċembru tas-sena l-oħra rreġistrajna żieda ta’ 50.2% fuq l-istess xhur ta’ l-2012. Meta nqabblu dan is-suċċess fl-ammont ta’ tkabbir fit-turisti li żaruna fl-2016 ma dak reġistrat fir-Reġjun Mediterranju u n-Nofsinhar ta’ l-Ewropa naraw li skont il-persentaġġi ppublikati fl-aħħar UNWTO Barometer, iż-żieda medja fir-Reġjun Mediterranju u n-Nofsinhar ta’ l-Ewropa kienet ta’ 1.4%. Għaldaqstant it-tkabbir li rreġistrajna f’pajjiżna ta’ 10.5% jikkompara ferm tajjeb mad-destinizzjonijiet kompetituri tagħna fil-Mediterran u n-Nofsinhar ta’ l-Ewropa. Dan l-istess Barometru jiddeskrivi dan it-tkabbir li qed tirreġistra Malta bħala ‘’riżultati b’saħħithom’’ u li huwa dovut għal pajjiż li addotta politika għaqlija ta’ titjib fil-konnettivita u wkoll igawdi reputazzjoni ta’ sigurta u serħan il-moħħ.
Leg 12 PQ #31116 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

Settur turistiku — GDP

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm is-settur turistiku jikkontribwixxi għall-GDP fl-isfond ta’ tkabbir ta' setturi ekonomiċi oħra? X’inhu l-impatt tas-settur fuq ir-rata’ ta’ mpjiegi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi skont l-aħħar rapport għal Malta ppublikat mill-World Travel and Tourism Council (WTTC) jgħid li fl-2015 il-kontribut dirett lejn il-GDP mis-settur ta’ l-ivvjaġġar u t-turiżmu jħallaq mal-15.1%. Fl-2016 kien mistenni li dan il-persentaġġ se jikber b’5.1%. L-istess rapport ibassar li sa l-2026 dan il-kontribut dirett se jitla għal-18.9%. Dan ir-rapport jgħid ukoll li meta tqis il-kontribut indirett minn dan is-settur għal-GDP Maltija jirriżulta li dan il-kontribut jitla għal 27.7% u hu mbassar li sa 9 snin oħra dan jikber għal 33.8% tal-GDP ta’ Malta. Dan l-istess rapport jitfa dawl ukoll fuq kif is-settur turistiku f’Malta jikkontribwixxi għal-ħolqien ta’ l-impjiegi. Fl-2015 kien hawn 29,000 impjieg attribwiti direttament mas-settur turistiku, jiġifieri 16.5% ta’ l-impjiegi kollha f’pajji¿na. Dan ifisser li impjieg minn kull sitta f’pajji¿na huwa attribwit direttament mat-turiżmu. L-ammont ta’ mpjiegi ssapportjati direttament mill-industrija tat-turiżmu mistenni jitla għal 39,000 sa l-2026, jiġifieri 21.7% ta’ l-jobs kollha f’pajji¿na. Meta tikkonsidra l-kontribut indirett jirriżulta li t-turiżmu jikkontribwixxi 51,000 impjieg li sa 9 snin oħra dan mistenni jitla għal 65,000 impjieg, jiġifieri 36.4% tat-total sħiħ ta’ l-impjiegi f’pajjiżna.
Leg 12 PQ #31117 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ristoranti, bars u cafe – rendikont ta’ nfiq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' nfiq li sar f’ristoranti, bars u cafes matul l-aħħar snin meta kkomparat mal-2012?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi Stimi ibbaŻati fuq stħarriġ mill-Awtorita Maltija tat-Turiżmu dwar l-infiq tat-turisti f’Malta, juri li f’dawn l-aħħar sentejn kull turist nefaq medja ta’ €166 fuq ikel u xorb. Imqabbel mas-sena 2012 matul is-snin 2015 u 2016 kull turist nefaq madwar €28 aktar fuq ikel u xorb matul iŻ-Żjara tiegħu. Madwar 60% tan-nefqa li jammontaw għal madwar €100 issir ġewwa ristoranti, filwaqt li 12% tan-nefqa issir f’bars, pubs u postijiet ta’ divertiment (€20). Medja ta’ €17 intefqu fuq ikel u xorb ġewwa lukandi u postijiet ta’ akkomodazzjoni. Imqabbel mas-sena 2012, in-nefqa fuq ikel u xorb f’ristoranti u postijiet ta’ akkomodazzjoni irreġistrat Żieda, filwaqt li dik ġewwa bars/pubs u postijiet ta’ divertiment baqgħat stabbli. Infieq fuq ikel u xorb li jifforma parti minn pakkett turistiku mixtri minn operaturi ta’ l-ivvjaġġar mhux inkluż f’dawn iċ-ċifri imsemmija aktar il fuq. Ta min jinnota wkoll li skont l-aħħar ċifra maħruġa mill-NSO il-konsum domestiku ġewwa l-lukandi u r-ristoranti fl-2015 qabeŻ il-miljun ewro, preċiŻament €1,037,354. Dan ifisser żieda ta’ 28% minn dak reġistrat fl-2012, li kienet l-aħħar sena ta’ gvern preċedenti. Anki l-konsum domestiku fejn jidħol rikrejazzjoni u kultura Żdied bi 8.6% fl-2015 meta mqabbel ma l-2012. Fl-ewwel 9 xhur tas-sena 2016 il-konsum domestiku ġewwa l-lukandi u ristoranti laħaq kwazi €850,000, li jfisser 32% aktar mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura. L-infieq domestiku f’rikrejazzjoni u kultura f’dawn ix-xhur imsemmija kiber b’aktar minn 11% meta kkomparat mal- istess xhur ta’ l-2012.
Leg 12 PQ #31118 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

Settur turistiku — investiment

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dwar x’investiment sar u huwa ppjanat li jsir fis-settur turistiku ta’ pajjiżna, partikolarment fis-settur tal-lukandi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li s-settur turistiku qatt ma kien sejjer aħjar milli sejjer bħalissa. Mhux biss huwa ovvju n-numru rekord ta’ turisti li ġejjin pajjiżna imma huwa ovvju wkoll li s-settur tal-lukandi u l-akkommodazzjoni reġa sab il-fiduċja li jinvesti fil-propjeta tiegħu kemm eżistenti u kemm dik ġdida. Jekk wieħed iħares lejn il-figuri ta’ applikazzjonijiet ġodda li daħlu l-MTA għall-akkommodazzjoni naraw biċ-ċar iż-żieda mill-2013 sas-sena l-oħra, fejn fl-2013 kellna 32 applikazzjoni, fl-2014 kellna 54 u fl-2015 u l-2016 kellna 72 applikazzjoni kull sena. Dan ifisser li kien hawn total ta’ 229 applikazzjoni ġdida. Fil-fatt il-frott ta’ dan beda jidher għax kien hemm tlett lukandi ġodda li ġew illenċenzjati bejn l-2015 u l-2016. Ma nistax ma nsemmiex li bl-għajnuna tal-policy ġdida li jingħataw żewġ sulari aktar għal min irid jinvesti fil-kwalita’ kellna mhux anqas minn 46 applikazzjoni f’hotels ta’ 3, 4 u 5 stilel, bejn 2014 – 2016. B’hekk it-total globali ta’ interventi jilħaq il-275 applikazzjoni. Ma nistax ma nirrimarkax ukoll fuq iż-żieda fl-iżvilupp ta’ lukandi żgħar fiċ-ċentri tal-ibliet li jistgħu jkollhom il-potenzjali li jsiru Boutique Hotels. Fil-fatt bejn l-2013 u l-2016 dawn rajnihom jiżdiedu minn 14 għal 28, 33 u fl-2016 għal 42 applikazzjoni, b’total ta’ 117 applikazzjoni. Nixtieq insemmi wkoll dawk il-lukandi kollha li għalkemm forsi ma żiedux sulari għamlu investiment fir-refurbishment tal-propjeta’ tagħhom. Kien hemm mhux anqas minn ħdax-il lukanda li għamlu xogħol notevoli f’dan ir-rigward. L-informazzjoni f’tabelli qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Persons of trust - kariga

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Persons of trust - kariga

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Persons of trust - kariga

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba. Il-lista tinkludi s-Segretarjat Privat tiegħi, is-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari għall-Agrikultura, s-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, uffiċjali ingaġġati b’mod temporanju matul il-Presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew, u kif ukoll uffiċjali tekniċi li jaqdu dmirijiet fl-oqsma tal-ambjent, l-iżvilupp rurali, is-sajd, il-ħarsien tal-annimali, ir-regolazzjoni veterinarja u s-saħħa tal-pjanti fost l-oħrajn.
Leg 12 PQ #31163 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Persons of trust - kariga

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Persons of trust - kariga

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karigi tal-persons of trust fis-segretarjati privati tal-Ministeru tiegħi jinkludu: Chief of Staff, Private Secretary, Assistant Private Secretary, Communications Secretary, Customer Care Officer, Co-ordinator, Secretariat Officer, Secretariat Pool, Head of Secretariat, Messenger/Charwoman, u Driver/Security.
Leg 12 PQ #31165 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Persons of trust - kariga

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persons of trust fil-Ministeru tiegħi jokkupaw dawn il-karigi: Administration & Logistics Coordinator (1); Chief of Staff (1); Finance & Administration Advisor (1); Personal Driver/Security Officer (1); Receptionist (3); Receptionist/Security/Driver (1); Secretariat Messenger (1); Secretariat Messenger/Charwoman (1); Secretariat Officer (2); Secretary to Minister (1); Senior Secretariat Officer (2); Senior Trade Official (3).
Leg 12 PQ #31253 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – konferenzi barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilha mwaqqfa l-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni sal-lum, kemm-il konferenza barra minn Malta attendew impjegati jew membri tagħha? X'kien is-suġġett ta' kull konferenza, fejn saret il-konferenza u min attenda min-naħa tal-Awtorità Maltija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn kemm ilha mwaqqfa l-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni sal-lum attendew għall- 4 konferenzi / laqgħat barra minn Malta. Dawn kienu: 1. L-Awtoritajiet Kompetenti tal-UE dwar Sustanzi ta’ Oriġini Umana, Laqgħa tal-esperti 2. Konferenza Annwali tal-ESHRE 3. Konferenza u Taħriġ tal-ESHRE 4. Konferenza u Taħriġ tal-ESHRE
Leg 12 PQ #31254 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegat tal Gvern

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 30928 u 30440, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuna indikata fil-mistoqsija oriġinali għandux xi funzjoni mal-Gvern, kemm bħala konsulent, person of trust u/jew impjegat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma għandi xejn x’nżid mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30928.
Leg 12 PQ #31255 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – pazjenti miġjuba Malta bil-helicopter — ħlas

Question

B’referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 30965 jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallas b'kollox id-Dipartiment tas-Saħħa biex bejn l-2011 u l-2016 madwar 190 pazjent ġew trasportati bil-helicopter mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal Malta? Lil min sar dan il-ħlas?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fiż-żmien imsemmi minnu kien fis-seħħ ftehim bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Forzi Armati ta’ Malta biex is-servizz jingħata skont il-ħtieġa tal-pazjenti.

Twelid ta’ trabi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi f’Malta u kemm twieldu trabi f'Għawdex separatament fl-aħħar 10 snin, sena b’sena? Kemm minn dawn it-trabi twieldu lil ġenituri ta’ nazzjonalità barranija?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #31257 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – nies li attendew l-Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nies attendew l-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei fis-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016? Kemm minn dawn kienu ta’ nazzjonalità barranija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja fis-sena, ta’ kemm persuni attendew l-Emerġenza fl-isptar ta’ Mater Dei bejn l-2013 u l-2015 kienet 121,465 fosthom 17,078 fis-sena ta’ nazzjonalita’ barranija.
Leg 12 PQ #31258 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – L-Għarb – Triq ta’ Sdieri/Triq ta’ Pinu — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq ta’ Sdieri/Triq ta’ Pinu fl-Għarb, Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet, jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #31284 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar – spazju faċċata tat-Torri tal-Għallis — parkeġġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x’wassal biex l-Awtorità għall-Ippjanar titlob li dak l-ispazju li fadal faċċata tat-Torri tal-Għallis (dak l-ispazju li kien jifforma parti mit-Triq tal-Kosta, u li issa m'għadux jintuża) ma jiġix konvertit f'parkeġġ, li hu tant meħtieġ f'dawk l-inħawi? F'liema permess tal-MEPA (jew l-Awtorità għall-Ippjanar) ġiet imposta l-kundizzjoni li dan il-parking ma jsirx?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li fil-permess PA 3758/09 (Widening and realignment of Coast Road from Bahar Ic-Caghaq, Naxxar to St.Paul's Bay), il-MEPA kienet imponiet kundizzjoni 1 (a) i. Redundant Road Surfaces, fejn talbet li l-art faċċata tat-Torri tal- Għallis li oriġinarjament kient tifforma parti minn Triq il-Kosta, tiġi ttratata għall-ambjent naturali u naturali tagħha. L-iskop tal-permess PA 3758/09 kien li jippermetti titjieb tal-infrastruttura u disinn ta’ Triq il-Kosta mingħajr ma jieħu art ODZ iktar milli kien meħtieġ. B’hekk ġie deċi¿ li ma jsirx parkeġġ fl-ispazju li fadal faċċata tat-Torri tal- Għallis. Din il-kundizzjoni ġiet imposta f’amenda fil-permess PA 3845/14 (Minor changes to approved part of permit pa3758/09 [chainages 0+000-3+600]), f’numru 3 (a) i . Redundant Road Surfaces.

Il-Qawra – Front — Arbli

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31010 fejn intqal li (jekk ma jkunx hemm problemi fil-proċess tat-tendering), mhux se jkun hemm dwal dekorattivi f'posthom qabel Lulju li ġej, jista’ l-Ministru jieħu l-miżuri neċessarji biex almenu wħud mid-dawl li kien hemm u nqalgħu, jerġgħu jitwaħħlu biex jiġi evitat dlam żejjed f’partijiet mill-front?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-arbli tal-promenade tal-Qawra u Buġibba kellhom jitneħħew u jiżżarmaw 88 wieħed għax dawn kienu fi stat li joħolqu periklu lill-pubbliku li juża’ dan il-promenade. Fil-post għad hemm 104 arbli. Minn dawn bħalissa hemm 30 li ma jixgħelux. Il-proċedura hi li l-Kunsill Lokali jipprovdi l-lampi lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet meta dawn jinħarqu. Jien infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar ipprovda l-lampi meħtieġa lill-imsemmi Dipartiment u fil-ġranet li ġejjin għandhom jinbidlu l-lampi maħruqa kollha biex ikun hemm 104 arbli jixgħelu. Il-fanali li nqalgħu mhumiex fi stat li jistgħu jerġgħu jeħlu fuq il-post.