Malta Freeport Corporation Ltd – International Logistics Hub
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Malta Freeport Corporation Ltd fl-International Logistics Hub li hemm ippjanat li ser isir f’Ħal Far?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Preżentement qed issir ħidma sabiex tiġi emmendata i-Liġi li tirregola il-Port Ħieles sabiex il-Malta Freeport Corporation Ltd, fost l-oħrajn, tkun responsabbli bhala regolatur tal-Free Zones kollha li jistgħu jiġu dikjarati f’Malta u f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid x’effett seta’ kellu l-falliment tal-linja Hanjin Shipping fuq l-operat tal-Freeport li kien iddikjarat fl-2016?
Response (MALLIA, EMANUEL)
L-effett fuq il-Kumpanija li topera il-Freeport, Malta Freeport Terminals Limited kien wieħed konsiderevoli iżda qed issir ħidma kontinwa sabiex ix-xogħol li ntilef jġi sostitwit adeġwatament
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qegħdin isiru kontrolli fuq is-sigurtà fil-Malta Freeport?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-Freeport huwa post sigur kif huwa rekwizit mill-ligijiet u obbligi lokali u internazzjonali li port irid li jkollu. Gewwa l-freeport tinzamm sigurta fuq diversi kriterji .Jittiehdu mizuri ta` sigurta fuq l-accessi kif ukoll inhaddnu permessi ikkontrollati tal-persuni jew crew biex ikunu jistghu jidhlu u johorgu, nwettqu kontroll fuq il-kontejners sabiex nizguraw illi jkunu mdahhla jew mahruga bil-permessi neccessarji , nghassu l-post b’kameras tas-sigurta kif ukoll nwettqu tfittxijiet fuq vetturi/trakkijiet (inkluz persuni) illi jkunu dehlin jew hergin. Il-post huwa wkoll mghammar b’portali ta’ qari ta radjazzjoni minhabba s-sahha pubblika u bi scanner tal-kontejners li huma taht il-kontroll tad-Dwana.
Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – każijiet li għamlu ilmenti jew laqgħa u wara ma wrewx interess
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30451 fejn qalet kien hemm disa’ (9) każijiet li wara li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni kien kiteb lil min għamel l-ilment jew għamel laqgħa dan ma weriex interess aktar, għal kull każ tista’ l-Ministru tgħid:
meta dawn l-ilmenti ġew sottomessi,
meta l-Uffiċċju kiteb il-persuna konċernata fuq il-każ, u
meta saret il-laqgħa?
Tista’ tgħid jekk il-persuni konċernati tawx spjega il-għaliex ma komplewx juru interess?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-ilmenti u d-data meta l-Uffiċċju kkuntattja lill- persuna kkonċernata kien kif ġej:
Data tal-ilment
Data meta l-persuna ġiet ikkuntattjata
07/01/2012
05/03/2015
11/05/2012
13/09/2013
28/08/2013
07/10/2013
05/06/2014
29/07/2014
31/10/2015
04/11/2015
30/03/2011
09/06/2015
13/01/2009
07/11/2011
24/01/2006
09/06/2011
15/07/2011
18/08/2011
M’hux f’kull każ inagħtat spjegazzjoni.
Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur – każijiet li ġew riżolti permezz ta’ parir
Question
Minn meta twaqqfet l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, tista’ l-Ministru tgħid, sena b’sena, kemm kien hemm każijiet li ġew riżolti permezz ta’ parir (advocacy) taħt l-Artikolu 14 tal-Att dwar l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f'xi seduta oħra.
Kunsill għall-Affarijiet tal-konsumatur – chairman — European consumer summit
Question
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 28534, 29140, u 29153, tista’ l-Ministru tikkonferma li ċ-Chairman tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur fl-2015 attenda l-European Consumer Summit, u waqt din il-laqgħa ta’ jumejn ma għamel ebda intervent u dan kollu ġie jiswa €1140.8?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ċ-Chairperson tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur kien attenda Il-European Consumer Summit f’2015 u ma kien għamel ebda intervent f’dawk il-jumejn. L-importanza li wieħed jattendi għal dawn is-summits ma jitkejjilx biss abazi ta’ interventi li jsiru.
Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – każijiet li għamlu ilmenti jew laqgħa u wara ma wrewx interess
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30451 peress li l-Ministru indikat li kien hemm disa’ (9) każijiet li wara li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni kien kiteb lil min għamel l-ilment jew għamel laqgħa ntwera li ma kienx hemm aktar interess tista’ tgħid, għal kull każ, meta dawn il-każijiet ġew reġistrati mal-Uffiċċju, meta l-Uffiċċju kiteb lil min għamel l-ilment jew meta saru l-laqgħat imsemmija? Tista’ tgħid x’kienet in-natura tal-ilment imressaq quddiem l-Uffiċċju?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li nagħtat għal-mistoqsija parlamentari 30865. Rigward in-natura tal-ilment dawn kienu fuq allegat abbuż minn pożizzjoni dominanti.
Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – każijiet li l-kwistjoni ġiet solvuta
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30451 peress li l-Ministru indikat li kien hemm tliet (3) każijiet li l-kwistjoni ġiet solvuta bejn il-partijiet, tista’ l-Ministru tgħid meta kull każ ġie reġistrat mal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni u meta kull każ ġie riżolt? Għal kull każ tista’ tgħid liema artikolu tal-Att tal-Kompetizzjoni dawn il-każijiet kienu jikkonċernaw?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li t-tliet każijiet ġew irreġistrati nhar il-5 ta’ Lulju 2013, il-15 ta’ Mejju 2014 u nhar it-23 ta’ Marzu 2015 u l-Uffiċċju ġie nfurmat li l-każijiet ġew riżolti bejn il-partijiet nhar id-9 ta’ Gunju 2015, 8 ta’ Jannar 2015 u 6 ta’ Awissu 2015 rispettivament. Żewġ każijiet kienu jikkonċernaw allegat ksur tal-artiklu 9 u ieħor allegat ksur ta’ Artiklu 5 u 9 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni.
Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – każijiet li ma jaqgħux taħt il-liġi tal-konċentrazzjonijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30451 peress li l-Ministru indikat li kien hemm żewġ (2) każijiet li wara li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni għamel l-analiżi neċessarja nstab li ma jaqgħux taħt il-liġi tal-konċentrazzjonijiet, tista’ l-Ministru tgħid, għal kull każ, meta dawn daħlu l-Uffiċċju u kemm ittieħed żmien biex issir din l-analiżi?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Uffiċċju ġie notifikat nhar is-6 ta’ Gunju 2015 u nhar l-20 ta’ Novembru 2015 u l-Uffiċċju nforma lill-partijiet li l-konċentrazzjonijiet ma jaqgħux taħt ir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet nhar is-7 ta’ Lulju 2015 u nhar il-15 ta’ Dicembru 2015 rispettivament.
Ħal Tarxien – Triq iż-Żejtun – kundizzjoni ta’ triq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat u x’kundizzjoni tinsab Triq iż-Żejtun f’Ħal Tarxien u jekk kemm-il darba huwiex se jsir xi xogħol fuqha tul din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li l-perit tiegħu qed iħejji r-rapport ta’ Triq iż-Żejtun li mistenni jitlesta din is-sena.
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 31150.
Ħal Tarxien – Triq Annetto Caruana – kundizzjoni ta’ triq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat u x’kundizzjoni tinsab Triq Annetto Caruana Ħal Tarxien u jekk kemm-il darba huwiex se jsir xi xogħol fuqha tul din is-sena?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ħal Tarxien – Triq Annetto Caruana – kundizzjoni ta’ triq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat u x’kundizzjoni tinsab Triq Annetto Caruana Ħal Tarxien u jekk kemm-il darba huwiex se jsir xi xogħol fuqha tul din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li ma għandux rapport dwar il-kundizzjoni ta’ Triq Annetto Caruana. Madankollu infurmat mill-Kunsill li din it-triq mistennija li ssir din is-sena bit-tender ħiereġ fil-jiem li ġejjin.
Wied il-Għajn – Triq il-Qaliet – kundizzjoni ta’ triq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat u x’kundizzjoni tinsab Triq il-Qaliet Wied il-Għajn u jekk kemm-il darba huwiex se jsir xi xogħol fuqha tul din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li inizjalment kien approva €70,000 għal Triq il-Qaliet, li mbagħad żiedhom għal €100,000. Infurmat ukoll li l-Kunsill ser japplika għall-fondi tal-Urban Improvement Fund (UIF) tal-Awtorità tal-Ippjanar, għal din it-triq.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29412, jista’ l-Ministru jgħid jekk id-differenza fl-imgħax bejn 1% imħallas u dik li hija r-rata kummerċjali, hiex fi stadju li se titħallas lill-ex impjegati tas-Sea Malta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-qbil li sar u l-kumpens li ngħata huma finali.
Ministeru għas-Saħħa – Stqarrija Nru 170310 – interventi li saru fil-privat
Question
B’referenza għall-Istqarrija nru 170310 maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa fit-8 ta’ Frar 2017, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-interventi li saru fil-privat sarux kollha wara sejħa pubblika? Jekk iva, jista’ jindika liema kienu s-sejħiet pubbliċi għal dan is-servizz, u jekk le, għalfejn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-interventi msemmija minnha li saru fil-privat saru kollha wara sejħa pubblika.
B’referenza għall-Istqarrija nru 170310 maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa fit-8 ta’ Frar 2017, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa kull operazzjoni fil-privat u kemm kienet in-nefqa totali tal-gvern f’kull sptar jew clinic privat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni hija ta’ natura kummerċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bini tal-Iskola ta’ Barts f’Għawdex hux se ssir mill-Gvern Malti, minn Vitals Global Health Care jew minn Barts infushom? Jista’ l-Ministru jgħid kemm se tiġi tiswa din il-binja u minn liema fond mill-Budget tal-2017 se jittieħdu dawn il-flus?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-proġett tal-Isptar t’Għawdex hemmx pjan li l-helipad terġa’ ssir fl-Isptar innifsu, wara li se titneħħa u tintuża tax-Xewkija minħabba l-binja ta’ Barts?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-bini tal-isptar ġdid se jinkorpora fih helipad fuq il-bejt tal-binja ewlenija.
B’referenza għal rapport fil-media nhar is-7 ta’ Frar 2017, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Istroke Unit f’Karin Grech Hospital hux se tieħu post is-sodod eżistenti jew it-28 sodda humiex se jiżdiedu ma dawk li diġà hemm? Jekk se jiżdiedu, jista’ jgħid f’liema parti tal-Isptar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sodod fl-isptar Karin Grech ser ikunu mqassmin f’units differenti, fost dawn ser ikun hemm l-Stroke Unit sabiex il-pazjenti jieħdu kura speċjalizzata skont il-kundizzjoni u b’hekk tkompli titjieb il-kura u s-servizz tal-pazjent.
B’referenza għal rapport fil-media nhar is-7 ta’ Frar 2017, jista’ l-Ministru jgħid, il-50 ħaddiem li diġà huma impjegati mal-Vitals Global Healthcare humiex
full time
jew
part time
? Kemm minnhom kienu jaħdmu mal-Gvern? U x’inhi l-professjoni tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħaddiema mpjegati minn Vitals Global Healthcare huma kemm full time u kif ukoll part time u jagħmlu xogħol kemm kliniku kif ukoll amministrattiv.