B'referenza għas-sejħa HM09/2016, li s-CEO ta' Heritage Malta ħareġ għal sejħa ta' Architect u li ftit ħin wara ġiet mibdula għal Senior Executive - Architect, jista' l-Ministru jgħid x'ġara biex sar dan il-bdil fin-nomenklatura?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li dan ġara peress li rriżenjat Senior Executive – Architect u kien hemm bżonn ta’ sostitut f’dak il-grad. L-ewwel ċirkolari bis-sejħa ghal Architect ħarget bi żball u dan ġie kkoreġut mill-ewwel.
Belt Valletta — Mużew tal-Arti – ħsarat fil-kollezzjoni tar-riserva
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-2015, sarux xi ħsarat fil-kollezzjoni tar-riserva fi ħdan il-Mużew tal-Arti fil-Belt minħabba xi ċaqlieq li ma sarx skont il-proċeduri stabbiliti? Jekk fil-pożittiv, jista' jelebora fuq dawn iċ-ċirkustanzi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemmx informazzjoni li ġara dak li qed jiġi allegat.
Heritage Malta – visitor services – senior clerks – probation period
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-probation period tas-Senior Clerks li ġew impjegati f'dawn l-aħħar xhur fil-Visitor Services ta' Heritage Malta tniżżlet minn sena għal 6 xhur u dan bi ksur tal-Ftehim Kollettiv preżenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li skond l-Employment and Industrial Relations Act (Cap 452) il-perjodu ta’ probation ta’ senior clerk hu ta’ sitt xhur (u mhux sena) minħabba li s-salarju mhux aktar mid-doppju tal-paga minima nazzjonali, u għalhekk ġie modifikat sabiex ikun konformi mal-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-front of house li ġew impjegati għal-Forti Sant’Iermu kienu obbligati waqt l-intervista tagħhom li jagħmlu t-tours filwaqt li l-front office li ġew impjegati lejn l-aħħar tas-sena l-oħra ma ġewx ingaġġati bl-istess kundizzjonijiet? Ma jarax li d-Dipartiment tar-Riżorsi Umani qed jimxi b'two weights two measures u l-ħin kollu jċaqlaq il-goal posts skont min ikollu quddiemu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li is-senior clerks li ġew ingaġġati dawn l-aħħar snin dejjem ġew ingaġġati fuq l-istess job description u xogħol isir skont l-eżiġenza tas-servizz.
B’referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 27784, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender li kien qed jiġi abbozzat f'Ottubru 2016 għall-baga akbar għall-cruise liners fix-Xlendi issa ġiex ippubblikat u jekk intgħażilx min se jagħmel dan ix-xogħol? Meta hu maħsub li din il-baga tkun lesta u meta hu ppjanat li jorbtu magħha l-ewwel cruise liners? Kemm hi l-ispiża totali maħsuba għal dan il-proġett?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li tlestiet it-tender commitment form u t-tender qed tiġi vetted. Din il-baga hi maħsuba li tkun lesta u nstallata sa nofs l-2018. Id-dettalji dwar l-ispiża li hi maħsuba li se tintefaq fuq dan il-proġett, qegħdin jiġu mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward linji sofor?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi uffiċjal ta’ Transport Malta mar fuq il-post u ġie deċiż li jsiru sinjali doppji faċċata ta’ tali garaxx.
Transport Malta bagħtet ittra lill-Kunsill Lokali sabiex jiġu mplimentati dawn is-sinjali.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk pazjenti bit-Type 2 Diabetes u li jieħdu kemm l-insulina kif ukoll il-pilloli tad-diabete, humiex ser ikunu intitolati għall-stick biex jiċċekkjaw il-livell taz-zokkor bħal Type 2 Diabetes li jieħdu l-insulina biss?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti kollha bid-dijabete li huma fuq l-insulina se jibbenefikaw minn sticks mingħajr ħlas minn din is-sena stess.
Jista’ l-Ministru jara li ġewwa l-ENT Outpatients il-pazjenti jiġu infurmati li min jkollu l-kartuna r-roża li issa saret bajda u min huwa diabetiku bil-kartuna r-roża għandu dritt għall-hearing aid skont kif jidher fix-schedule li d-dettalji dwarha qed tingħata separatament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi pazjenti li huma ntitolati għal benefiċċji skont l-iskeda 2 ghax ma jgħaddux mit-test tal-mezzi, kemm jekk dijabetiċi kemm jekk mhux, huma ntitolati għas-servizz ta' hearing aide.
(
Korrezzjoni: Ara Dokument PL 8763 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tlieta 11 ta' April, f'Seduta 506)
Jista’ l-Ministru jara li Social Worker jagħmel home visit lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li 5 snin ilu applika għal post tal-housing imma ħadd qatt ma mar jara l-post?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn din is-sinjura tixtieq li tibqa’ taħdem sena oħra imma meta marret is-Social Service qalulha li tista’, però d-Dipartiment qalulha li ma tistax? Jista’ jara’ jekk it-talba ta’ din is-sinjura tistax tiġi milqugħa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħti aktar dettalji dwar l-impjieg tal-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament.
Jista’ l-Ministru jgħid teżistix policy dwar First Aiders (persuni li jkunu mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna f’każ ta’ inċident) fis-Servizz Pubbliku u jekk iva, jpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – membri — rank
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u jaqsamhom skont ir-rank tagħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa maqsum fi tnejn, is-sezzjoni amministrattiva u l-Forza tal-Għajnuna u Salvataġġ.
Fil-Forza tal-Għajuna u Salvataġġ bħalissa hemm 167 membru li huma maqsuma kif ġej:
1 Aġent Direttur-Deputat Direttur li fil-preżent qed jagħmel ir-rwol ta’ Aġent Direttur
1 Deputat Direttur
1 Marine Engineer
1 Manager
1 Operaation Manager
12 Station Officers
32 Leading Assistance and Rescue Officers (1 misluf fil-Biċċerrija)
118 Assistance Rescue Officers (li jinkludu, 99 ARO’s, 1 ġej mill-Pulizija, 5 ġejjin mid-
Detention Service u 13 ġejjin mill-Enemalta)
Fl-Amministrazzjoni hemm:
1 Senior Principal
1 Project Manager
2 Assistant Principals
1 Officer in Scale 11
1 Clerk
1 Officer 2, sekondat mill-Awtorita tad-Djar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fis-Servizz ta’ Detenzjoni u jaqsamhom skont ir-rank tagħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fis-Servizz ta’ Detenzjoni hemm 112 Detention Service Officers u 8 Officer-in-Charge Detention Shifts.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32353 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il inkjesta saret minn Marzu 2013 sa llum, dwar liema suġġett kienet u x’kien l-eżitu ta’ kull inkjesta? Jista’ jgħid kemm u liema inkjesti għadhom pendenti?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32341 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid fuq kemm-il Bord kien l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament inkonnessjoni mal-Kunsilli Lokali u li fuqhom serva mill-2012 sal-2017 u x’kienet ir-remunerazzjoni li ħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali li l-persuna konċernata matul il-perjodu ndikat kienet membru fil-Bordijiet tal-Evalwazzjoni tal-Proġetti Scow u l-eGov4u, u li għal dan ma ħadet l-ebda remunerazzjoni. Intant infurmat ukoll mill-Kunsilli Lokali kollha li l-persuna konċernata qatt ma kienet fl-ebda bord minn tagħhom fil-perjodu ndikat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32340 u ċjoè: Jista’ Ministru jgħid kemm-il darba l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament siefer fuq xogħol mal-assoċjazzjoni li l-isem tagħha qed jingħata separatament, sena b’sena mill-2012 u x’kienet in-natura tas-safra?