Trabi – ommijiet ta’ inqas minn 20 sena u aktar minn 40 sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi lill-ommijiet ta' inqas minn għoxrin sena u ta’ iktar minn erbgħin sena, matul l-2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar t’ Ottubru tal-2016 twieldu 129 tarbija lill-ommijiet ta' inqas minn għoxrin sena u 77 tarbija lill-ommijiet ta’ iktar minn erbgħin sena.
Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – inċidenti tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni, li ddaħħlu għall-kura fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei minħabba inċidenti tat-traffiku fl-2016 xahar b'xahar? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel? Jista’ jagħti l-etajiet tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja fix-xahar ta’ kemm kien hemm persuni li ddaħħlu għall-kura fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei minħabba inċidenti tat-traffiku fl-2016 kienet 168 filwaqt li ninfurmah ukoll illi l-iktar li ddaħħlu għall-kura fid-Dipartiment tal-Emerġenza kienu dawk li kellhom bejn l-20 u 29 sena.
Tista’ l-Ministru tgħid meta s-sentenza tal-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data tal-21 ta’ Lulju 2016 kontra l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ġiet innotifikatha lilha?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li mhijiex l-prassi tal-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data li jiżvela pubblikament din it-tip ta’ informazzjoni li tirrigwarda terzi persuni. Madankollu jingħad illi, permezz ta’ email datata 30 ta’ Jannar 2017, l-Kummissarju diġa` pprovda l-informazzjoni mitluba lill-persuna li għamlet l-ilment, u dan sar esklussivament fuq is-saħħa tal-premessa illi, bħala persuna parti mid-deċiżjoni, għandu interess leġittimu li jsir jaf meta l-parti l-oħra ġiet notifikata bid-deċiżjoni.
Trasferiment tan-negozji tal-familja – Bidu fis-seħħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn meta ser tidħol fis-seħħ il-liġi ta’ trasferiment tan-negozji tal-familja? Għaliex hawn għidut li it is still on hold meta suppost din daħlet fis-seħħ minn Jannar tal-2017?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ligi Att dwar in-Negozji tal-Familja (Kap 565 tal-Ligijiet ta’ Malta) daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2017.
Wara li ġiet aġġornata l-liġi tas-Sanità, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’effett ħalliet u kif ġie affetwat l-ippjanar u x-xogħol relatat magħha?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li l-Liġi tas-Sanita (A.L. 227 tal-2016) ipprovdiet qafas ġdid u aġġornat ta’ politika u standards li jirrelataw mas-saħħa u s-sanita f’bini li sar wara l-1967 u għaddiet ir-responsabblita amministrattiva lill-Awtorita tal-Ippjanar. Din il-politika qed tintuża mill-uffiċjali tal-Awtorita’ tal-Ippjanar biex jevalwaw applikazzjonijijet ta’ żvilupp.
L-impatt immedjat li ħalliet il-liġi kien f’termini ta’ proċedura għax irregolaritajiet żgħar li kien hemm f’binjiet eżistenti, u li qabel kienu koperti b’konċessjoni, issa jistgħu jkunu solvuti faċilment. L-effett tal-liġi fuq bini u ż-żoni urbani se jinħass fuq tul ta’ żmien, speċjalment meta jibdew jitilgħu binjiet taħt il-provvedimenti l-ġodda dwar l-għoli ċar (clear height), spazji mhux abitabbli (non-habtiable spaces) u l-għoli globali tal-faċċata (overall height of facades). Il-provvedimenti dwar żvilupp ġdid fuq bini ta’ qabel l-1967 għandu jiffaċilita l-użu aħjar ta’ bini antik u jgħin fir-restawr u ri-abilitazzjoni tagħhom.
Skema tar-Regularisation – rispons mill-pubbliku in ġenerali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid issa li ddaħlet ir-regularisation, x’rispons kien hemm mill-pubbliku in ġenerali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li ġejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li ghal din l-iskema ta’ regolarizazzjoni kien hemm rispons tajjeb minn naha tal-pubbliku in generali, tant li minn Ottubru ta l-2016 sa l-1 ta’Frar 2017 dahlu total ta’ 1399 applikazzjoni.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif qiegħed jintlaħaq l-iskop li l-iskema ta’ regularisation ġiet imnedija għalih?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskop tal-iskema ta’ regolarizazzjoni kien biex il-pubbliku jirregola bini ezistenti li ma jistax jigi sanzjonat permezz ta’ applikazzjoni normali u b’hekk ikun jista ibigħ u/jew idahhal is-servizzi tad-dawl u l-ilma. L-Awtorita ta’ l-Ippjanar ma għandiex kontroll għal liema skop il-publiku qiegħed jutilizza dawn il-permessi, izda mill-ammont ta’ applikazzjonijiet li dahlu, medja ta’ 278 fix-xahar, f’dawn l-ahhar hames xhur minn meta giet varata l-iskema, jidher li huma sostanzjali l-izviluppi li għandhom bżonn dan it-tip ta’permess.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif se jiġu utilizzati l-fondi li l-Awtorità tal-Ippjanar qed tiġbor mill-iskema ta’ regularisation?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li proporzjon sostanzjali tal-fondi, li l-Awtorità tal-Ippjanar qed tiġbor mill-iskema ta’ regularisations li jlahhqu 70% se jiġu allokati għall-iskema Irrestawra Darek. Hemm il-ħsieb li fondi oħra li jlahhqu 20% se jiġu allokati fil-Planning Fund biex jiffinanzjaw proġetti ta’ Kunsilli Lokali.
Persuni mressqa l-Qorti akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom, sena b’sena b’mod separat, minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm minn dawn instabu ħatja mill-Qorti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li mis-sena 2013 sa l-aħħar ta’ Jannar 2017, kien hemm 295 persuna li tressqu l-Qorti fuq akkużi li ħebbew jew attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Waqt illi hemm diversi każi li għadhom sub-judice u xi ftit li ġew illiberati, kien hemm 208 persuna li nstabu ħatja. Il-pieni li ngħataw kienu jvarjaw minn priġunerija, sentenzi sospizi, probation, multi u kien hemm xi każi fejn il-persuni ġew imwiddba. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni kollha mitluba.
Attachments:PQ 30628 -Persuni mressqa l-Qorti akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija.doc
Pulizija li sofrew minn xi inċidenti waqt il-qadi ta’ dmirijiethom
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija li sofrew minn xi inċident waqt il-qadi ta' dmirijiethom minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ pulizija li sofrew minn xi inċident waqt il-qadi ta’ dmirijiethom huwa ta’ 214. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.
Ministeru għas-Saħħa – Segretarjat – overtime ta’ ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'overtime tal-ħaddiema li kienu jiffurmaw parti mis-Segretarjat tal-Ministeru għas-Saħħa bejn l-2012 u l-2013?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet li hemm maħsuba fil-Park Nazzjonali tas-Salina? Jista’ jgħid fiex ser ikunu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nininform lil Onor Interpellant li l-permessi kollha meħtiega ġew approvati u bdew ix-xogħlijiet marbuta ma tlett sejħiet għall-offerti li huma;
- Apparat tal-logħob aċċessibli għal kulħadd
- Tqegħied ta’ tapit tal-ħaxix artifiċjali
- Xiri ta’ lighting bollards u fanali
Saru xogħolijiet ta’ trinek fejn ġew mifruxa armoured cables għas sistema ġdida ta’ lighting bollards u fanali madwar is-sit kollu. Sar ukoll xogħol ta’ skavar fil-ħamrija kif ukoll fil-blat u ingħata il-konkos bħala pediment biex jitpoġġa fuqu l-apparat tal-logħob. Qed ukoll isir tqaxxir u invellar biż-żrar madwar il-funtana ċentrali biex iventwalment jitqiegħed it-tapit tal-ħaxix artifiċjali. Fil-frattemp qed jiġu armati il-fanali kollha tad-dawl biex jiġu imwaħħla madwar is-sit imsemmi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma x-xogħlijiet li hemm għaddejjin ġewwa l-Buskett? Fiex jikkonsistu u kemm tħawlu siġar s’issa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li bħalissa ġol-Buskett għaddejjin b‘xogħolijiet relatati ma bini u tiswija ta ħitan tas-sejjiegħ kif wkoll restawr t’ arkati li hemm fil-parti ta Wied il-Luq. Qed jitneħħew numru ta siġar u pjanti nvasivi u minflokhom qed jitħawwlu siġar indiġeni li ġew mkabbra minn żerriegħa tal-post stess. S’issa tħawwlu l-fuq minn 2,400 siġra ġewwa l-Buskett. Dan ix-xogħol kollu qed isir taħt il-proġett ta LIFE Saving Buskett.
Jista’ l-Ministru jispjega x’xogħol sar s’issa biex jiġu rilokati l-gaġeġ tat-tonn għaż-żona ddedikata għalihom fin-naħa t’isfel ta’ Malta?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li matul ix-xhur li għaddew L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), d-Direttorat tas-Sajd u l-Akwakultura u l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) ħadmu flimkien sabiex jassiguraw li r-rilokazzjoni tal-gaġġeġ tat-tonn issir kif kien ġie maqbul ma’ l-istess operaturi.
Fl-istess waqt inbeda l-proċess sabiex isiru l-istudji meħtieġa għall-żona ġdid għall-gaġġeġ tat-ton fil-grigal ta’ Malta, liema studji għadhom għaddejin.
Barra minn hekk, bħalissa l-ERA qiegħda f’diskussjoni mal-operaturi tal-fish farms bil-għan li tirregola s-settur permezz ta’ permessi ambjentali. Il-permessi se jindirizzaw l-operazzjonijiet kollha li jitwettqu minn kull operatur li jvarjaw mill-gaġeġ stess, sal-faċilitajiet tal-art użati għall-ħażna u l-iproċessar tal-ħut. Dan biex tassigura approċċ ħolistiku f’dan is-settur. Permezz ta’ dawn il-permessi se jiġu indirizzati wkoll numru ta’ aspetti bħal: metodi ta’ tmigħ, ankrar tal-gaġeġ, trasport tal-għalf u l-ħut li jkun inqabad, operazzjonijiet ta’ manutenzjoni, immaniġġjar tal-iskart u mitigazzjoni u monitoraġġ tal-impatti ambjentali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ipproċessati applikazzjonijiet min-naħa tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) sa mit-twaqqif tagħha?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Awtoritá għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tipproċessa permessi ambjentali li jkopru l-operat ta’ l-industrija u anki tiġi involuta f’applikazzjonijiet marbutin mal-iżvilupp u maħruġa mil-Awtorità tal-Ippjanar.
Minn dawn ta’ l-aħħar l-ERA evalwat mal-5075 applikazzjoni tal-iżvilupp u tat kontribut għal 1562 applikazzjoni li ġew identifikati li kien ser ikollhom impatt ambjentali.
L-ERA wkoll ipproċessat madwar 9167-il applikazzjoni ambjentali minn meta l-Awtorità ġiet stabbilita f’April 2016. Dawn huma maqsumin f’pemessi:
1. Tal-IPPC taħt ir regolamenti fuq emissjonijiet industrijali;
2. Għal attivitajiet industrijali medji jew kbar ;
3. Għal sensara ta’ l-iskart (waste broker);
4. Għal vetturi jew braken li jgorru l-iskart (Waste Carriers);
5. Għal attivitajiet jew xogholjiet f’zoni ta’ Natura 2000 jew fuq speci protetti;
6. Għal tindif ta’ buq ta’ vapuri (hull cleaning);
7. Għall-ġarr tal-iskart minn faċilita għall-oħra;
8. Għall-iskemi tal-immaniġjar tal-iskart;
9. Għall-produtturi tal-iskart;
10. Għall-esportazzjoni tal-iskart; u
11. Ohrajn għali-industriji zgħar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol qed isir biex ikun hemm moniteraġġ aħjar tal-ibħra Maltin?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma l-Onor Interpellant li l-Awtoritá għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) flimkien mal-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima żviluppat Strateġija Nazzjonali dwar il-Monitoraġġ tal-Baħar li ġiet approvata, u li qiegħda tiġi implimentata permezz tal-kollaborazzjoni ta’ diversi Dipartimenti u instituzzjoniet tal-Gvern.
Minbarra dan, l-ERA ħadet proġett li jinkludi fondi mill-Unjoni Ewropea (permezz tal-FEMS) ta’ €1.6 miljun f’fondi pubbliċi eliġibbli (75% UE 25% MT). Minħabba l-kobor ta’ din l-inizjattiva, dan il-proġett hu mistenni li jassorbi l-allokazzjoni sħiħa tal-fondi, u l-ispiża totali tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ monitoraġġ hi mistennija li tilħaq madwar €3 miljun.
Permezz ta’ dan il-proġett se jiġi implementat programm estensiv ta’ monitoraġġ fil-baħar u se tiġi miġbura ħafna dejta u tagħrif fuq medda ta’ sentejn li se jindirizzaw ukoll ħafna mill-aspetti assoċjati ma’ nuqqas ta’ informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid meta sar l-aħħar stħarriġ ambjentali fuq il-baħar? Kif biħsiebu l-Gvern jinforma bil-proċessi tal-immaniġġjar tal-ibħra Maltin kif inhuma rikjesti f’diversi direttivi tal-Unjoni Ewropea?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma l-Onor Interpellant li l-aħħar stħarriġ estensiv sar fl-2013 u minn dan l-istħarriġ ħareġ it-tieni Water Catchment Management Plan ta’ Malta fl-2016. Minbarra minn dan, għaddejjin proġetti iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea (UE) fuq aspetti oħra li bihom il-Gvern biħsiebu jinforma bil-proċessi tal-immaniġġjar tal-ibħra Maltin.
F’dan il-qasam, l-ERA qed timplementa il-proġett LIFE Baħar li bih qed tinġabar informazzjoni fuq xi ambjenti naturali tal-baħar li ma tantx kellna tagħrif dwarhom. Il-baġit tal-proġett huwa ta’ €2.6 miljun, li 50% minnhom huma kofinanzjata mill-programm ta’ finanzjament LIFE tal-UE.
Barra minn hekk, fl-2016 li l-Awtoritá għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) applikat għal fondi mill-UE, liema proġett ittieħed u se jiġi implementat din is-sena permezz ta’ programm estensiv ta’ monitoraġġ fil-baħar. €1.6 miljun f’fondi pubbliċi eliġibbli (75% UE 25% MT) huma allokati taħt il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS). Dan il-proġett hu mistenni li jassorbi l-allokazzjoni sħiħa tal-fondi. Minħabba l-kobor ta’ din l-inizjattiva, l-ispiża totali tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ monitoraġġ hi mistennija li tilħaq madwar €3 miljun Dan il-proġett se jiġġenera informazzjoni fuq medda ta’ sentejn u se jindirizza ħafna mill-problemi assoċjati ma’ nuqqas ta’ informazzjoni li jwasslu għall-immaniġġjar tal-ibħra Maltin.
Permezz ta’ dawn il-proġetti il-Gvern se jkollu tagħrif biex b’hekk l-immaniġġjar tal-baħar jiġi ibbażat fuq din l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) minn ħlasijiet li għamlu l-operaturi kull sena mill-2013 sal-2016?
Response (MALLIA, EMANUEL)
It-tabella t’hawn taħt tindika d-dħul ta’ kull sena mill-2013 sal-2016 li l-MCA rċeviet mingħand l-operaturi:
Sena€
20132,737,438
20142,803,872
20152,624,426
20162,863,752
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir f’Malta fir-rigward tal-inizjattiva tal-Unjoni Ewropea magħrufa bħala WiFi4EU, sabiex tintroduċi l-WiFi b’xejn f’postijiet ewlenin fl-Ewropa?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Sa minn qabel ma l-Unjoni Ewropea proponiet din l-inizjattiva, l-għan tal-Gvern Malti kien li pajjiżna jkun fost l-ewwel Stati fl-Unjoni Ewropea fejn iċ-ċittadini jkollhom aċċess estensiv għall-Internet permezz ta’ WiFi b’xejn. Din il-mira ntlaħqet permezz tal-ħidma diretta tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (l-MCA),b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra, sabiex i¿żid in-numru ta’ WiFi hotspots b’xejn madwar Malta u Għawdex. Sal-lum, l-MCA tħaddem aktar minn 300 hotspot. u Aktar minn 6000 persuna taċċessa l-Wifi b’xejn kuljum, u matul l-2016, kien hemm iktar minn 2 milljuni u nofs li għamlu użu minn dawn il-hotspots. Barraminnhekk, matul dawn l-aħħar tnax-il xahar ġew introdotti numru konsiderevoli ta’ WiFi hotspots ġodda madwar Malta u Għawdex; fuq il-vapur tal-Gozo Channel,fl-isptar Mater Dei u ġewwa numru ta’ Entitajiet pubbliċi. Dan jagħmel lil Malta wieħed mill-aktar stati konnessi ġewwa l-Ewropa. L-MCA għandha l-mandat li tkompli żżid il-firxa ta’ dawn il-hotspots u li ssaħħaħ il-kwalità tas-servizz. Il-mira hi li Malta tilħaq l-400 hotspot sal-aħħar ta’ din is-sena.
Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kien in-numru totali ta’ impjegati fid-dekasteru tiegħu kull sena mill-2012 sal-2016?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il- Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi ġie kkostitwit fid- 29 ta’ April 2016, allura ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni relatata ma numru totali ta’ impjegati fid-dekasteru tiegħi mid-data li gie kkostitwit il-Ministeru huma kif gej:-
Dept/Entita
Numru ta’ Impjegati
Sena 2016
MITA
313
MCA
71
MMA
4
MGA
155
MALTA FREEPORT
83
MCDMS
37
GAMING MALTA
2