Il-Mosta – Żona taż-Żokrija – Triq Camillo Sciberras — tarmak
Question
Jista’ l-Ministru, permezz ta’ Transport Malta jgħid meta Triq Camillo Sciberras fiż-Żona taż-Żokrija fil-Mosta fejn hemm bini ta’ appartamenti ġodda, se tkun tista’ tingħata wiċċ ġdid ta’ tarmak ladarba waqt il-kostruzzjoni ta’ dan il-bini, il-wiċċ tat-triq li kien hemm, li ma kienx wiċċ ta’ tarmak, tkisser, u jekk jista’ jkun bħala triq ikollha wiċċ ta’ tarmak tajjeb li jkun jixraq lir-residenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta se tkun qiegħda tisspezzjona din it-triq u jekk jirriżulta li hemm partijiet li qatt ma ngħataw wiċċ (asfalt jew konkrit), se żżid it-triq mal-lista ta’ toroq li jridu jingħataw wiċċ għall-ewwel darba, mill-istess Awtorità f’isem il-Gvern. Jekk jirriżulta, però, li t-triq kienet ingħatat wiċċ minn Transport Malta jew mill-Gvern, sta għall-Kunsill biex jara li din it-triq tiġi rrinġata u miżmuma kif suppost.
Ġnien l-Għarusa tal-Mosta – xogħol ta’ tisbiħ u tindif
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, fir-rigward ta’ xogħol ta’ tisbiħ li se jsir fil-Ġnien pubbliku l-Għarusa tal-Mosta, ta’ min se jkun id-dmir għall-manutenzjoni u tal-indafa ta’ dan il-ġnien pubbliku, ladarba x-xogħol tant meħtieġ ikun lest?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor Interpellant li l-manutenzjoni u ż-żamma tal-post li jinkludi wkoll t-tindif ta’ dan il-ġnien ser tkun f’ idejn il-Kunsill Lokali.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex persuni bil-badge ta’ persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jpoġġu bilqiegħda fil-post riżervat għalihom fil-vetturi tat-trasport pubbliku, meta dawn il-postijiet ikunu meħuda minn persuni li ma jkollhomx id-dritt li jużaw dawn il-postijiet li huma ta’ prijorità għall-persuni b’diżabilità?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull karozza tal-linja li topera fis-servizz tat-trasport pubbliku bi skeda hija mgħammra b’numru ta’ seats li huma maħsuba għal użu minn persuni li għandhom diffikulta fiżika, nisa tqal, persuni bi tfal żgħar u anzjani. Dawn il-postijiet huma identifikati permezz ta’ sinjal ta’ Prijorita’.
Filwaqt li wieħed japprezza l-ispirtu ta’ dan is-suġġeriment, wieħed jistenna li persuni li jagħmlu użu mis-servizz tat-trasport pubbliku josservaw dawn l-istruzzjonijiet b’rispett lejn passiġġieri li għalihom ġew assenjati dawn il-postijiet. Nifhem ukoll li dan mhux dejjem iseħħ.
Dan is-suġġeriment ser jiġi evalwat f’aktar dettall sabiex naraw kif tista’ tiġi mtejba din is-sitwazzjoni.
Negozji li ser ikunu qed jagħlqu f’ġurnata matul il-ġimgħa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31248 u jgħid liema huma dawk in-negozji li s’issa informaw lid-dipartimenti konċernati li juru li dawn in-negozji ser ikunu qed jagħlqu f’ġurnata matul il-ġimgħa?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Negozji li qed iħallsu €700 biex ikunu jistgħu jiftħu nhar ta’ Ħadd
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31249 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ negozji li qed iħallsu €700 biex ikunu jistgħu jiftħu n-negozju tagħhom nhar ta’ Ħadd għaliex ma jistgħux jibqgħu magħluqa f’ġurnata matul il-ġimgħa? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ negozji bl-ismijiet tagħhom li juri liema huma dawk in-negozji li ħallsu u li qed iħallsu €700 mitlub mil-liġi biex jiftħu nhar ta’ Ħadd?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena, kien hemm erbgħa negozji li ħallsu €700.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31241, jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu fl-Isptar Monte Carmeli li huma tal-kuntrattur għas-snin 2015, 2016 u 2017 (s’issa) b’mod rispettiv għal kull sena u mhux kif ġiet imwieġba bħala numru medja għal dawk it-tliet snin?
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31251, jista’ l-Ministru jivverifika l-informazzjoni mogħtija, għax Triq Sant’Anton Ħ’Attard, wara l-Palazz tal-President hija dejqa wisq biex tippermetti traffiku two way filwaqt li f’din l-area hemm id-dħul tal-Kitchen Garden tal-President u allura t-traffiku qed joħloq periklu kbir għall-persuni li jżuru dan il-post?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-laqgħa tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Immanigjar tat-Traffiku din il-proposta ma ġietx milqugħa minħabba problema ta’ ċirkulazzjoni u minħabba wkoll li titfa’ t-traffiku fuq toroq oħra li huma diġa’ mgħobbija bit-traffiku.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għall-iżvilupp fl-areas ODZ mill-Awtorità għall-Ippjanar permezz tas-sistema tad-Development Notification Order (DNO) matul is-snin 2011 sa 2015, kull sena separatament?
Jista’ l-Ministru jara jistax jiġi indikat il-permess tar-residenza tal-mara li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għax din il-persuna, wara li żżewġet Malti, telqitu mingħajr ma għadhom għaddew ħames snin mid-data taż-żwieġ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar
Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan — Ċelebrazzjonijiet ta’ San Patrizju - parkeġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan se jadoperax l-istess proċedura tas-snin li għaddew għall-istabilimenti fil-bajja ta’ San Ġiljan fejn il-parkeġġ tat-Tigullio għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ San Patrizju, nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Marzu jew jekk ingaġġax lil terzi biex jieħdu ħsieb l-organizzazzjoni? Jista’ jgħid jekk inħarġitx sejħa għall-offerti għal dan l-ingaġġ jew jekk ingħatatx direct order kontra l-proċeduri kollha u kontra l-liġi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Żona ġdida għal gaġeġ tat-tonn fil-Grigal ta' Malta
Question
Jista' l-Ministru jagħti assigurazzjoni li l-istudji neċessarji li qegħdin isiru sabiex tiġi identifikata ż-żona l-ġdida tal-gaġeġ tan-tonn fil-grigal ta' Malta se jkunu lesti fil-ħin sabiex l-operaturi tal-gaġeġ tat-tonn jkunu rrilokaw sa qabel is-sajf?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern huwa kommess li jwettaq dak li wiegħed is-sena l-oħra sabiex il-gaġeġ tal-fish farms milquta, inkluz dawk fil-grigal ta’ Malta, ikunu kollha rilokati f’siti iktar ‘il barra u dan fiż-żmien imwiegħed u wkoll b’rispett sħiħ tar-regoli kollha applikabbli.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30667 u jgħid kemm kien in-numru ta’ gwidi ġodda li ħarġu bil-liċenzja fl-2016? B’liema lingwi jitkellmu? Kemm hemm gwidi li qed isegwu l-kors? F’liema lingwi? Kemm hemm gwidi li waqfu jaħdmu fl-2015 u fl-2016 u b’liema lingwa/i?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2016, kien hemm sitt gwidi ġodda illi ħarġitilhom il-liċenzja. Il-lingwi mitkellma minbarra l-Ingliż huma: Daniż (gwida waħda); Franċiż (żewġ gwidi); Ġermaniż (żewġ gwidi); Pollakk (gwida waħda); u Taljan (tlett gwidi). Ninsab infurmat illi l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu ma kellha l-ebda talba minn xi gwida biex tiġi rtirata jew ikanċellata xi liċenzja kemm fl-2015, kif ukoll fl-2016. Informazzjoni dwar studenti li bħalissa qed isegwu kors ta’ Tour Guiding ġewwa l-Istitut għall-Istudji Turistiċi, kif ukoll gwidi illi qed isegwu modules sabiex iżidu lingwa oħra mal-liċenzja li għandhom, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — kiri/xiri ta’ karozzi għall-użu uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar karozzi mixtrija jew mikrija u li qegħdin għall-użu tal-uffiċjali fil-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża fuq dan ir-rigward mill-Ministeru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu ta' kull sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — kiri/xiri ta’ karozzi għall-użu uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar karozzi mixtrija jew mikrija u li qegħdin għall-użu tal-uffiċjali fil-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża fuq dan ir-rigward mill-Ministeru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu ta' kull sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — kiri/xiri ta’ karozzi għall-użu uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar karozzi mixtrija jew mikrija u li qegħdin għall-użu tal-uffiċjali fil-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża fuq dan ir-rigward mill-Ministeru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu ta' kull sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — kiri/xiri ta’ karozzi għall-użu uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar karozzi mixtrija jew mikrija u li qegħdin għall-użu tal-uffiċjali fil-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża fuq dan ir-rigward mill-Ministeru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu ta' kull sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Għawdex — kiri/xiri ta’ karozzi għall-użu uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar karozzi mixtrija jew mikrija u li qegħdin għall-użu tal-uffiċjali fil-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża fuq dan ir-rigward mill-Ministeru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu ta' kull sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 29727 - Xiri Kiri ta' karozzi ghall-uzu ufficcjali_Tabella.pdf
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — kiri/xiri ta’ karozzi għall-użu uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar karozzi mixtrija jew mikrija u li qegħdin għall-użu tal-uffiċjali fil-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża fuq dan ir-rigward mill-Ministeru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu ta' kull sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 8509 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 488 ta' nhar it-Tlieta, 28 ta' Frar 2017)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm trabi li twieldu mejta, li mietu fl-ewwel sebat ijiem ħajja jew li mietu bejn it-8 u t-28 ġurnata ħajja matul l-2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 20 tarbija li twieldet mejta bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Ottubru tal-2016. Matul dan l-istess perjodu, 18 il-tarbija mietet fl-ewwel sebat ijiem ħajja u 4 mietu bejn it-8 u t-28 ġurnata ħajja.