Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward grievance u li minkejja li kien hemm deċiżjoni, xorta baqa' jbati l-inġustizzja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija minnu ingħatat ir-rimedju skont kif ġie deċiż mill-grievances board.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31021, jista’ l-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur li rebaħ it-tender?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tender inħareg mid-Dipartiment tal-Kuntratti bir-referenza CT2210/2016. Ir-rebbieħ tat-tender kien l-uniku wieħed li pparteċipa jiġifieri Vivian Corporation Limited u l-kuntratt ġie ffirmat fil-25 ta’ Jannar 2017.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30950, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’se jkun ir-rwol taċ-Chief Printer il-ġdid u għaliex inħasset il-ħtieġa li jinħoloq post ġdid ta’ Chief Printer ieħor fl-Istamperija tal-Gvern?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar ir-rwol u r-rekwiziti ta’ Chief Printer jinsabu fl-applikazzjoni li qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.
Rigward il-ħtieġa wara din l-applikazzjoni nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30950.
Stamperija tal-Gvern – vakanza għal Chief Printer — rekwiżiti
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30950 u għall-vakanza l-ġdida li ħarġet għal Chief Printer fl-Istamperija tal-Gvern, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma r-rekwiżiti li ntalbu sabiex persuna tkun tista’ tapplika għal dan il-post?
Stamperija tal-Gvern – vakanza għal Chief Printer — applikazzjonijiet
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30950 u għall-vakanza l-ġdida li ħarġet għal Chief Printer fl-Istamperija tal-Gvern, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw għal dan il-post? Jista’ jgħid ukoll x’karigi għandhom bħalissa l-persuni li applikaw għal dan il-post u f’liema skala qegħdin?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proċess huwa regolat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u għaldaqstant, in vista li l-proċess għadu mhux konkluz, it-tali informazzjoni ma tistax tingħata f’dan l-istadju.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30950, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm xi forma ta’ tibdil fir-responsabilità tas-sigurtà tal-istrongs rooms li jinsabu fl-Istamperija tal-Gvern u li sal-lum hija tal-Kummissjoni Elettorali? Jekk iva, jista’ jgħid x’se jkunu dawn it-tibdiliet u x’kienet ir-raġuni wara dawn it-tibdiliet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 30683 li t-tweġiba tagħha għada tgħodd u ninfurmha li m’hemm l-ebda ħsieb li jsir tibdil fir-responsabilitá tas-sigurtá tal-istrong rooms fl-Istamperija tal-Gvern.
Att III tal-2014 – persuni li ġew eżenti minn responsabilità kriminali fil-konfront ta’ minuri
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30948, jista’ l-Ministru almenu jgħid kemm ir-rapport sar fis-sena 2015 u fis-sena 2016 separatament minn xulxin kontra persuni minuri ta’ taħt l-14-il sena?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Fid-dawl tal-fatt li l-Qorti ddeċidiet favur li l-ex ħaddiema tas-Sea Malta jkunu ntitolati għal terminal benefit, jista’ l-Prim Ministru jgħid ir-rimanenti impjegati, madwar sitta, fejn jistgħu jressqu t-talba tagħhom għall-kumpens ġaladarba la l-Ministeru għall-Finanzi u lanqas dak tal-Ġustizzja, m’huma disposti jgħaddulhom dak li ġie deċiż u dak li ġie mgħoddi lil sħabhom l-ex impjegati ta’ Sea Malta?
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ngħataw it-tarmak mis-sena 2013 sal-lum f’dawn il-lokalitajiet:
a. Paola;
b. Ħal Tarxien;
c. Il-Fgura;
d. Il-Marsa;
e. Il-Gudja;
f. Santa Luċija;
g. Valletta;
h. Floriana;
i. Tal-Pietà;
j. Il-Ħamrun; u
k. Santa Venera?
Jista’ jgħid ukoll xi pjanijiet hemm biex aktar toroq jingħataw it-tarmak?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward il-pjanijiet biex aktar toroq jingħataw l-asfalt, ix-xogħlijiet fuq it-toroq isiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw għall-Pensjoni tal-Invalidità xahar b’xahar fl-2016 u kemm minnhom ingħataw din il-pensjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li applikaw għall-Pensjoni tal-Invalidità xahar b’xahar fis-sena 2016 kien jammonta għal 590, skont kif qiegħed jidher fit-tabella t’hawn taħt. Minn dawn,
· 340 qegħdin jitħallsu l-pensjoni msemmija;
· 32 kienu approvati mill-bord mediku u qegħdin fil-proċess li tinħarġilhom il-pensjoni;
· 53 għad irid jibda l-proċess tal-evalwazzjoni medika; u
· 165 talba kienu irrifjutati fl-evalwazzjoni medika.
Talbiet
Total
Jannar
50
Frar
52
Marzu
55
April
46
Mejju
56
Gunju
62
Lulju
51
Awwissu
46
Settembru
41
Ottubru
49
Novembru
46
Dicembru
36
Total
590
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm familji u tfal li qed jibbenefikaw miċ-Children’s Allowance sal-aħħar pagament tal-2016 u kemm kienet in-nefqa fuq din l-allowance?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, 40,315 familja u 60,725 tfal ibbenefikaw mic-Children’s Allowance, filwaqt illi n-nefqa fuq din l-allowance għall-2016 kienet ta’ € 41,829,983.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni sal-lum li applikaw u ġew intitolati għall-In-Work Benefit? Jista’ jgħid kemm kienet iż-żieda fuq l-2015? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa fuq dan il-benefiċċju għas-sena 2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ persuni li sallum applikaw u ġew intitolati għall-In Work Benefit kien ta’ 3,586, b’żieda ta’ ta’ 868 benefiċċjarji fis-sena 2016 fuq is-sena 2015.
Inżid ukoll illi n-nefqa fuq dan il-benefiċċju għas-sena 2016 kienet ta’ €2,379,423.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li jirċievu l-Għajnuna Soċjali fi tmiem Diċembru 2014, 2015 u 2016? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni sabu jew instabilhom xogħol?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirċievu pensjoni kontributorja fi tmiem Diċembru 2016 u kemm hu n-numru ta’ pensjonanti li qed jieħdu l-istess pensjoni llum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ persuni li kienu jircievu pensjoni kontributorja sa tmiem Diċembru 2016 kien ta’ 84,057 filwaqt illi llum in-numru żdied għal 84,271.
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – każijiet investigati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew investigati każi ta’ abbużi fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fl-2015 u fl-2016? Jista’ fl-istess waqt jgħid kemm kien in-numru ta’ każijiet f’kull sena li nstab li kien hemm tassew abbuż?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment għall-Investigazzjoni ta’ Frodi ta’ Benefiċċji, fl-2015 investiga 947 każ, li minnhom 345 kienu bi ksur tal-Att Dwar is-Sigurtà Soċjali. Fis-sena 2016 ġew investigati total ta’ 1,012-il każ, li minnhom 330 kienu bi ksur tal-Att Dwar is-Sigurtà Soċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm interns mal-Ministeru tiegħu? Kif intgħażlu? Kemm jaħdmu u kemm jitħallsu? X’durata għandu l-kuntratt tagħhom?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 12 il-intern jaħdmu mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
Dawn ġew ingaġġati wara
outreach
fl-Università ta’ Malta fejn l-istudenti tal-aħħar sena ġew imħajjra jibgħatu s-CV tagħhom lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Uffiċċjali għolja mill-Ministeru kellhom laqgha ma’ kull student individwali, u minn fosthom intgħażlu l-aħjar 18-il student. Minnhom s’issa irriżenjaw sitta minħabba li sabu xogħol
full-time
jew għażlu li jkomplu l-istudji tagħhom.
Huma marbutin li jaħdmu 20 siegħa fil-gimgħa u jitħallsu r-rata ta’ €5.77 fis-siegħa. Il-ħlas tagħhom ma jistax jeċċedi l-ammont ta’ €6,000 bħala total matul il-kuntratt tagħhom. Il-kuntratt jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2017.
CEO ta’ Heritage Malta – bejgħ ta’ kotba minn sit elettroniku Malti
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk is-CEO ta’ Heritage Malta ta xi permess speċjali sabiex individwu fi grad maniġerjali fl-istess Aġenzija jbiegħ kotba ġodda bl-isem ta’ Atlas – Mercator: Merchant routes and trade cities in the Mediterranean minn sit elettroniku prominenti Malti? Jekk fil-pożittiv, jista’ jgħid għaliex dawn il-kotba (li kienu parti minn proġett tal-Ewropa) qegħdin jinbiegħu minn dan is-sit elettroniku? Jista' jagħti rendikont ta' kemm il-ktieb ġie mibjugħ s'issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta ma ta l-ebda permess sabiex jinbiegħu xi kotba minn fuq l-ebda sit elettroniku. Madanakollu l-ebda membru tal-istaff ma’ għandu bżonn l-ebda permess sabiex ibigħ xi ktieb jew affarijiet oħra li huma proprjetà personali tiegħu kif u meta jgħoġbu.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ġodda ttieħdu f’dawn l-aħħar xhur fejn tidħol indafa ġewwa l-Belt Valletta? Xi kemm qed jiġi stmat li jiswa dan is-servizz?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għat-Tindif flimkien mal-Valletta Services Directorate, hejja pjan ta’ tindif u ħasil ta’ toroq madwar il-Belt Valletta, kemm fiż-żona kummerċjali kif ukoll fiż-żoni residenzjali. It-tindif u ħasil addizzjonali fiż-żoni residenzjali, hija inizjattiva totalment ġdida li qed tittieħed mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura. Qed jintużaw kimiċi apposta għal ħasil ta’ dawn it-toroq, flimkien ma’ bowsers u high pressure washers sabiex isir tindif professjonali kif għandu jkun.
Matul dawn l-aħħar ġimgħat żdiedu wkoll in-numru ta’ kenniesa li jnaddfu ż-żoni kummerċjali fil-belt kapitali matul il-jum. Ġie mwaqqaf grupp ġdid ta’ ħaddiema, li qed inaddfu u jiġbru skart anke fil-ħinijiet ta’ matul il-lejl.
F’dawn l-aħħar ġimgħat, ittieħdet inizjattiva ġdida oħra, ta’ tindif ta’ culverts u kanali tal-ilma tax-xita fiż-żoni kollha tal-Belt Valletta. Dan ix-xogħol kien evidenti li kien ilu ma jitwettaq għal ammont ta’ snin, mill-entita’ responsabbli sabiex jitnaddfu dawn is-sistemi madwar il-lokalita’.
Dawn l-inizjattivi mid-Direttorat għat-tindif huma kollha addizzjonali għal dawk il-funzjonijiet li l-Kunsill Lokali Valletta huwa obbligat li jwettaq. Dan ix-xogħol kollu minn naħa tad-Direttorat għat-Tindif huwa stmat li se jiġi jiswa' man-nofs miljun ewro fis-sena.
Il-Mosta – Żona taż-Żokrija – Triq Camillo Sciberras — tindif
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk bir-regolamenti preżenti tal-Awtorità għall-Ippjanar, jistgħux jinżammu responsabbli l-applikanti tal-bini li qed isir f’Żona fiż-Żokrija fuq in-naħa ta’ Triq Camillo Sciberras il-Mosta sabiex dawn is-sidien li bnew dawn il-blokok ta’ appartamenti jieħdu azzjoni konġunta sabiex inaddfu l-open spaces mill-iskart tal-bini li ħallew wara li sar dan il-bini? Fl-istess areas, l-istess sidien jistgħu jinżammu responsabbli u jintalbu biex jagħtu wiċċ tarmak lit-toroq tal-madwar il-blokok tal-bini li sar u li tkissru minħabba l-bini li sar?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li min spezzjoni li saret minn uffiċjali tal-Awtorità irrizulta li parti mis-sit indikata fejn hemm materjal inert hemm applikazzjoni pendenti ma’ l-Awtorità ghal zvilupp ta’ apartamenti. Fuq parti ohra tas-sit indikat bdew proċeduri sabiex jigi identifikat is-sid biex jigi mgiegħel inaddaf il-materjal u skart iehor peress li qed ikun ta’ ditriment ta’ l-inhawi. Rigward tal-bżonn li ċertu toroq fl-inhawi jingħataw wicc tarmak, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din it-talba lil awtoritajiet kompetenti li huma nkarigati mill-manutenzjoni tat-toroq.