Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati biex il-fabbriki li se jitwaqqgħu minħabba l-junction tal-Marsa, jiġu rilokati? Jista' jgħid f'liema lokalità se jiġu rilokati?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li n-negozjati msemmija diġa waslu fi stat avvanzat. Dettalji dwar dan jistgħu jingħataw aktar tard.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hawnx għalliema li jgħallmu l-braille lill-persuni li jkunu neqsin kemm mid-dawl kif ukoll mis-smiegħ? Jista' jgħid fejn dawn il-persuni jistgħu jmorru biex jingħataw dan is-servizz?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm tliet għalliema fi ħdan id-Dipartiment Servizzi għall-Istudent li jgħallmu l-braille lil studenti li huma neqsin mid-dawl. L-għalliema ta’ dan is-servizz jagħtu s-sapport tagħhom lil tfal u studenti jew fid-djar jekk ikunu pre-school age jew inkella fl-iskejjel meta dawn l-istudenti jkunu fit-tagħlim obbligatorju.
Billi ħdejn ir-roundabout tas-Salini, direzzjoni lejn il-Coast Road, qed ikun hemm, b'mod frekwenti, inċidenti tat-traffiku, li qed jirriżultaw minħabba d-disinn tal-junction f'dik id-direzzjoni, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dik il-junction partikulari tiġi rranġata?
Response (MIZZI, JOE)
Ma nħossx li hu ġust li l-Onor. Interpellant jgħid li l-inċidenti li qegħdin iseħħu ħdejn ir-roundabout tas-Salini huma riżultat tad-disinn tal-junction fid-direzzjoni lejn Baħar ic-Ċagħaq.
Filwaqt illi nirrikonoxxu li sew id-disinn kif ukoll it-toroq kollha jistgħu jiġu mtejba, u dan l-argument ireġi sew għat-toroq f’Malta kif ukoll barra minn Malta, għandna l-obbligu li nkunu korretti u nammettu li nċidenti tat-traffiku huma primarjament riżultat ta’ sewqan eċċessiv u/jew nuqqas ta’ attenzjoni waqt is-sewqan.
Jista’ wieħed jargumenta li l-infrastruttura tista’ tnaqqas l-inċidenti jew timminimizza d-danni, pero’ huma rari ħafna l-każi fejn wieħed jista’ jgħid li l-infrastruttura kienet kawża ta’ xi inċident.
Awtorità għall-Ippjanar – units ta’ abitazzjoni – permess ta’ bini
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' units ta' abitazzjoni li bħalissa hemm l-applikazzjoni għall-permess tal-bini għalihom quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar, f'San Pawl il-Baħar (lokalità kollha)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li din għandha quddiemha erbgħa u sebgħin (74) applikazzjoni relatati ma’ bini, alterazzjonijiet jew estensjonijiet ta’ residenzi li s- sit tal-iżvilupp jaqa’ fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ma żżommx l-informazzjoni relatata ma’ numru ta’ ‘units’ b’mod li tista tiġi estratta u kkowtata ma’ din ir-risposta .
San Pawl Nawfragu – xogħlijiet fuq resurfacing fuq it-triq
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol ta’ resurfacing fuq it-triq li twassal minn fejn il-Knisja ta' San Pawl Nawfragu sa ħdejn il-ground tal-football tas-Sirens FC (it-tul kollu)? Min se jkun il-kuntrattur li ser iwettaq dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq taqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali. L-Awtorità għadha ma rċeviet l-ebda fondi jew struzzjonijiet biex tipproċedi b’dawn ix-xogħlijiet. Għadaqstant ma hemm l-ebda kuntrattur assenjat minn Transport Malta fuq dan ix-xogħol.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – mains u servizzi tal-ilma
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jibdew ibiddlu l-mains (fejn meħtieġ) u s-servizzi tal-ilma għad-djar fit-triq tax-xatt, minn ħdejn il-Knisja ta' San Pawl Nawfragu sa ħdejn il-ground tal-football tas-Sirens? Min mistenni li jwettaq dan ix-xogħol?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li mhux qed tikkonsidra li tagħmel xogħlijiet fit-triq imsemmija sakemm mhux ser isir wiċċ it-triq.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’xogħol se jsir fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta, Tarġa Gap, Mosta? Jista’ jagħti tagħrif dwar x’wassal biex fl-inawgurazzjoni ta’ dan ix-xogħol, il-Kunsill Lokali tal-Mosta ma kienx mistieden b'mod uffiċjali, u minflok kien mistieden il-minority leader?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li xogħlijiet ippjanati għall-Ġnien l-Għarusa tal-Mosta huma: tħawwil ta siġar indigeni, tneħħija ta siġar u pjanti mejta jew morda, tiswija u restawr ta ħitan u ġibjun li hemm fis-sit, installazjoni ta’ post and rail fencing, tkomplija ta’ landscaping, tqegħid ta’ pavimentar ġdid, tqegħid ta’ bankijiet, gazebo u planters u installazjoni ta’ sistema tad-dawl. Is-sindku tal-Kunsill Lokali tal-Mosta kien mistieden għall-inawgurazzjoni.
Pensjoni tad-Diżabilità – applikazzjoni u vverifikar — tibdiliet
Question
Jista’ l-Ministru jispjega t-tibdiliet li saru fl-applikazzjoni, fl-ivverifikar, fl-ipproċessar u fl-għoti tal-pensjoni tad-diżabilità peress li jidher li hemm erba’ kategoriji ta’ din il-pensjoni u minflok tissemma’ l-kundizzjoni, it-tabib jew l-ispeċjalista jrid iniżżel il-Barthel Index u l-Mini-Mental State Exam?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, permezz tal-Baġit 2017 ġiet introdotta riforma fil-Penjoni għall-Diżabilità. Fl-ewwel lok ir-referenza għall-pensjoni ġiet eliminata u minflok issa qiegħda tissejjaħ assistenza.
L-ewwel livell ta’ assistenza ġie introdott għall-ewwel darba b’effett minn Jannar 2017 u tissejjaħ Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa. Din l-assistenza mhijiex means tested u tingħata lil dawk il-persuni b’diżabilità li l-kundizzjoni tagħhom tifforma parti mill-proviżjonijiet elenkati fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali u jissodisfaw riżultat ta’ bejn 0 sa 4 tal-Barthel Index.
It-tieni livell ta’ assistenza tissejjaħ Assistenza għal Diżabilità Severa u l-kundizzjonijiet huma dawk li kienu jeżistu sal-lum, jiġifieri persuna b’diżabilità trid tissodisfa l-kundizzjoni medika kif elenkata fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali u kif ukoll it-test tal-mezzi. Persuna li tikkwalifika għall-Assistenza għal Diżabilità Severa tista’ taħdem u d-dħul minn xogħol ma jiġix ikkunsidrat għall-finijiet tat-test tal-mezzi.
Kategorija oħra hija l-Assistenza għal Persuni b’Vista Batuta u fuq l-istess parametri tal-Assistenza għal Diżabilità Severa , hija soġġetta għat-test tal-mezzi u d-dħul minn xogħol ma jiġix ikkunsidrat.
Assistenza oħra li ġiet introdotta għall-ewwel darba b’effett minn Jannar 2017 hija l-Assistenza għal Diżabilità. Persuna tista’ tapplika għal din l-assistenza jekk tissodisfa l-kundizzjoni medika ta’ paraliżi totali permanenti jew malfunzjoni gravi totali permanenti jew marda totali permanenti, sew jekk inhi kkawżata b’amputazzjoni jew mod ieħor, ta’ driegħ jew riġel wieħed. L-Assistenza għal Diżabilità hija soġġetta għat-test tal-mezzi u d-dħul minn xogħol ma jiġix kkunsidrat.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward xogħlijiet fix-shaft ta’ flat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jirriżultax li l-Awtorità tad-Djar kienet irċeviet ilment mingħand l-inkwilin imsemmi. Madanakollu, sar kuntatt mal-inkwilin, fejn huwa stess ikkonferma li m’hemm l-ebda ħsarat fil-katusi. Huwa ġie mgħarraf li xogħlijiet ta’ manutenzjoni ordinajra bħal żebgħa, taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-inkwilin.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra minn min kien kompost l-interviewing board fl-għażla tal-Kap Uffiċjal Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Interviewing board kien magħżul hekk:
Għall - ewwel sessjoni kienu:
Ms Nancy Caruana bħala Chair
Mr Edmond Tabone
Mr Lino Debono
Minħabba li s- Sur Lino Debono ma setgħax ikompli minħabba problemi ta’ saħħa, għat-tieni u t-tielet sessjoni kien sostitut minn Mr Laurence Flask.
Knisja tax-Xemxija – xogħol fit-triq quddiem il-bus shelter
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex tissewwa t-triq billi hemm ħofra eżatt quddiem il-bus shelter li hemm ħdejn il-Knisja tax-Xemxija, li qed tikkawża problemi lil min ikun fuq il-bus stop minħabba l-ilma li jittajjar fuq in-nies?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-talba ġiet riferuta lil Transport Malta għal kull azzjoni li hemm bżonn tittieħed.
Public service obligation — Gozo Channel Transport Joint Venture – vjaġġi bil-vapuri bejn Malta u Għawdex
Question
B'referenza għall-Public Service Obligation (PSO) u l-ftehim li kien sar bejn il-Gvern ta' Malta u l-konsorzju Gozo Channel Transport Joint Venture biex jagħmel vjaġġi bil-vapuri bejn Malta u Għawdex, liema ftehim hu validu sat-30 ta' Settembru 2017, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinħareġ sejħa oħra jew jiġi emendat il-PSO eżistenti qabel ma jeskadi dan il-kuntratt/PSO sabiex jiġi introdott il-Fast-Ferry Service bejn Malta u Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' voluntiera li taw is-servizz tagħhom fis-Supportline 179 bejn Jannar 2012 u Jannar 2017 (xahar b'xahar)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif miġbura fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-teatru fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule għadux jinkera għall-attivitajiet imtella' minn entitajiet privati? Jekk le għal-liema raġuni ttieħdet din id-deċiżjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-attivitajiet ġewwa San Vinċenz de Paule, li jsiru u jiġu organizzati minn San Vinċenz de Paule stess fit-teatru, żdiedu konsiderevolment. Madanakollu, jekk ikun hemm xi entità li tixtieq tagħmel attivita ġewwa it-teatru, tkun tista’ tagħmel dan billi ssir talba lill-Amministrazzjoni tar-Residenza skont il-proċedura stabbilita.
B'referenza għall-istorja li dehret fuq is-sit elettroniku tvm.com.mt fl-aħħar jiem intitolata "L-FSWS tinvestiga mad-950 każ fis-sena b'rabta ma' negliġenza tat-tfal" jista' l-Ministru jgħid kemm kienu preċiżament il-każijiet investigati fis-snin 2014, 2015 u 2016 (sena b’sena)? U fl-istess waqt jista' jgħid il-każijiet investigati fis-snin indikati mil-liema lokalitajiet kienu ġejjin dawn it-tfal?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni minnu hija kif miġbura fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-istorja li dehret fuq is-sit elettroniku tvm.com.mt fl-aħħar jiem intitolata "L-FSWS tinvestiga mad-950 każ fis-sena b'rabta ma' negliġenza tat-tfal" jista' l-Ministru jgħid kemm kienu preċiżament il-każijiet investigati bejn Jannar 2014 u Jannar 2017 (sena b’sena) u li minnhom ħareġ li l-ilment kien wieħed ġustifikat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija skont kif inhi miġbura hawn taħt:
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-istatistika tikkonċerna każijiet li għaddew minn diversi forom ta’ abbuż fuq minuri rrapurtati lis-Servizz għall-Ħarsien tat-Tfal (Child Protection Servce – CPS)
In-numru ta’ kazijiet li ħadmu magħhom il-ħaddiema tas-Servizz għall-Ħarsien tat-Tfal, skont jekk l-abbuż ġiex ivverifikat jew le, huwa kif ġej:
Abbu
ż verifikat
?
Jan-Diċ 2014
Jan-Diċ 2015
Jan- Ġunju 2016
Le
1007
1176
895
Iva
367
431
230
Total Globali
1374
1607
1125
Dawn il-każijiet setgħu kienu trasferiti minn sena għal oħra.
Fejn tidħol statistika għal aħħar 6 xhur tas-sena 2016, jiġifieri bejn Lulju u Diċembru 2016, l-informazzjoni miġbura mhijiex waħda uffiċjali, hekk kif din l-informazzjoni għadha trid tkun analizata għal xi anomaliji, għaldaqstant tista’ tvarja mill-istatistika uffiċjali finali li għad trid tiġi ippublikata. Madanakollu l-informazzjoni għal dan il-perijodu xorta waħda qiegħda tinġieb għall-attenzjoni tal-Onor. Interpellant, kif jidher hawn taħt:
Abbuż verifikat?
Lul-Diċ 2016
Le
324
Iva
24
Total Globali
348
Transport Malta – Il-Mellieħa — Triq Għar u Casa - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Triq Għar u Casa fil-Mellieħa hijiex waħda mit-toroq li se jsiru minn Transport Malta matul l-2017?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq toroq residenzjali jsiru abbażi ta’ prioritajiet nazzjonali, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist, ġaladarba jkunu ffurmati mill-iżviluppaturi jew residenti, skont l-obligi tagħhom.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward ħlas ta' bolol?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru tal-Finanzi kif filfatt hija indirizzata l-ittra li ġiet mgħoddija b’mod separat ma’ din il-Mistoqsija Parlamentari.