Jista’ l-Ministru jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persons of trust fil-Ministeru tiegħi jokkupaw dawn il-karigi: Chief of Staff; Assistant Private Secretary, Communication Secretary, Secretariat Officers, Co-ordinating Officer; Customer Care Officers; Members of the Secretariat Pool; Secretariat Messenger; Secretariat Messenger/Charwomen; Personal Driver/Security Officer.
Jista’ l-Prim Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karigi jew ix-xogħol li jagħmlu l-positions of trust kif mitlub minnu huma hawn annessi:
Logistics Co-Ordinating Officer
Personal Assistant
Secretariat Officer
Estate Manager
Head of Secretariat
Administrative Coordinator
Personal Driver
Employee Relations Coordinator
Coordinator
Assistant Coordinator
Impact Assessment Coordinator
Receptionist
Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Positions of trust
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali l-persuni ngaġġati f’ position of trust huma mxerdin fid-diversi sezzjonijiet tal-Ministeru, inkluż dawk li ġew ingaġġati għall-Presidenza ta’ Malta.
L-informazzjoni konċernata qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-Aġenzija LESA
Question
Jista’ l-Ministru jgħid l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali (AKL) li jaqgħu taħt is-Seg. Par. Responsabbli mill-Kunsilli Lokali kemm ħadu flus ras għar-ras għal kull Reġjun, kemm ilhom Reġjuni u sa meta bdiet tiffunzjona l-Aġenzija LESA (Local Enforcement System Agency) maqsuma sena b'sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Kunsilli lokali – kirjiet ta’ siti minn fejn joperaw
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm jitħallsu kirjiet ta' siti minn fejn joperaw il-kunsilli lokali, u jekk minn dawn il-kirjiet jirriżultax li hemm konflitt ta' interess?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-informazzjoni li ssottommettejt fit-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari 28570.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-irwol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Meta beda l-impjieg tiegħu u f'liema skala jinsab u jekk kenitx saret sejħa pubblika għal dak il-post?
Response (VELLA, GEORGE)
L-uffiċċjal li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant għandu rwol ta' First Secretary, li hu ekwivalenti għal skala 9 fis-Servizz Pubbliku. L-impjieg tiegħu beda fl-1 ta' Marzu 2012, fir-rwol ta' Second Secretary wara sejħa pubblika li saret fil-5 ta' April 2011.
Għawdex – Ir-Rabat – Triq il-Vajringa — xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq il-Vajringa fir-Rabat t’Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Vitals Global Healthcare – ħlas għal xogħlijiet fl-Isptar Karin Grech u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali li tħallset il-Vitals Global Healthcare għal xogħol li għamlet fl-Isptar Karin Grech fis-snin 2015 u 2016, sena b’sena? Kemm kien l-ammont totali li tħallset il-Vitals Global Healthcare għax-xogħol li għamlet fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fis-snin 2015 u 2016, sena b’sena?
Sptar Karin Grech u Sptar Ġenerali t’Għawdex — sodod
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm sodod fl-Isptar Karin Grech fis-snin 2015 u 2016, sena b’sena? Kemm kien hemm sodod fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fis-snin 2015 u 2016, sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2016 kien hemm 130 sodda għall-kura akuta, 54 sodda għall-kura psikjatrika u 121 sodda LTC fl-isptar Ġenerali t’Għawdex filwaqt li fl-isptar Karen Grech kien hemm 270 sodda.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward skema ta’ housing?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont l-Iskema Sir Sid Darek proprjeta’ tal-Uffiċċju Konġunt (Joint Office) ma tistax tinbiegħ taħt l-iskema. Għalhekk l-applikazzjoni ta’ din il-persuna ma setgħetx tiġi proċessa peress li r-residenza hija mikrija mill-Uffiċċju Konġunt.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ pensjonanti f’Malta u f’Għawdex? Jista’ jgħid liema tip ta’ pensjoni qed jieħdu dawn il-pensjonanti? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-pensjonanti jirrisjedu f’Għawdex?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ pensjonanti f’Malta u f’Għawdex skont it-tip ta’ pensjoni li jirċievu huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.
Pensjonanti - Frar 2017
Malta
Għawdex
Total
Pensjoni tal-Età mhux kontributorja
3,534
491
4,025
Pensjoni kontributorja tal-Irtirar
53,669
4,282
57,951
Pensjoni tar-Romol
14,415
1,125
15,540
Pensjoni tal-Invalidita'
2,970
617
3,587
Total ta' Pensjonanti
74,588
6,515
81,103
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru totali ta' tfal li qed jirrisjedu fi Djar tal-Knisja? Jista' jgħid liema huma dawn id-djar, minn min huma mmexxija u kemm hemm tfal f'kull dar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hemm total ta’ 154 tifel u tifla, żgħażugħ u żgħażugħa li qed jirrisjedu fi Djar tal-Knisja. Il-lista ta’ hawn taħt tindika liema huma dawn id-djar, minn min huma mmexxija u t-total ta’ tfal f’kull dar.
Isem tad-Dar tal-Knisja
Min Imexxi d-Dar tal-Knisja
Numru ta’ tfal
Dar Sagra Familja, Zabbar
Uffiċċju Ejjew Għandi
11
Fra Diegu Home, Hamrun
Uffiċċju Ejjew Għandi
14
St Joseph Home, Zabbar
Uffiċċju Ejjew Għandi
5
St Joseph Home,Sta Venera
Assistant Director
14
Dar Don Bosc, Balzan
Salesians
5
St Patrick’s Home, Sliema
Salesians
27
Dar Arka, Għajnsielem, Għawdex
5
Dar Osanna Pia, Sliema
Salesians
2
Dar tal-Providenza, Siggiewi
Service Co-ordinator
1
Angela House, Gwardamangia
Ursuline Sisters
25
Fatima Home, Sliema
Ursuline Sisters
4
St Rita Home, Tarxien
Ursuline Sisters
15
Ursuline Creche, Sliema
Ursuline Sisters
21
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-medja ta' persuni miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kull sena fis-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016? Kemm kienet il-medja ta' persuni miżmuma li kienu ta' nazzjonalità barranija u kemm ta' nazzjonalità Maltija kull sena? Kemm hemm persuni fil-Faċilità bħalissa u kemm minnhom huma ta' nazzjonalità barranija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li din hija l-medja ta’ persuni miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kull sena fis-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016.
Sena
Medja Nazzjonalita Barranija
Medja Nazzjonalita Maltija
Total
2012
203
368
571
2013
209
372
580
2014
207
368
575
2015
202
363
565
2016
224
335
559
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30704 u jgħid x’kien il-valur tal-investiment li nġab lejn Malta, bejn is-snin 2014 u 2016?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ammont ta’ investiment barrani li sar matul is-sena 2014 kien ta’ €41 miljun. Din il-figura hija bbażata fuq investiment li ġie verifikat minn ‘tax returns’ li rċeviet il-Korporazzjoni u minn rendikont ta’ investiment li diġa twettaq u li fuqhom il-Korporazzjoni tagħat għajnuna. Dan l-ammont jeskludi nvestiment ieħor magħmul minn negozji li ma talbu l-ebda għajnuna lill-Korporazzjoni.
L-ammont ta’ investiment għas-sena 2015 jiġi stabbilit matul din is-sena, wara li l-Korporazzjoni tirċievi rendikont ta’ investiment li jkun ġie ddikjarat minn negozji rispettivi fit-‘tax return’ tas-sena 2016. Bl-istess mod, l-investiment li sar fis-sena 2016 jiġi stabbilit matul is-sena 2018.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati biex il-fabbriki li se jitwaqqgħu minħabba l-junction tal-Marsa, jiġu rilokati? Jista' jgħid f'liema lokalità se jiġu rilokati?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.