Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada – Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30684 u jagħti n-numru ta' direct orders fil-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) bejn l-2001 u Marzu 2013? Jista’ jelenka l-valur oriġinali tagħhom u jgħid kemm irċevew fi ħlasijiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #31023 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għas-Saħħa

Test Strips lid-dijabetiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibdew jingħataw test strips b’xejn lid-dijabetiċi li jieħdu l-insulina? Jista’ jgħid meta se jingħataw lancets biex jittaqbu u monitor li jaqbel mat-test strips?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Novembru tas-sena li għaddiet pazjenti dijabetiċi tat-tip 1 bdew jingħataw 4 test strips b’xejn kuljum filwaqt li dawk il-pazjenti dijabetiċi tat-tip 2 li huma fuq l-insulina ser ikunu qed jieħdu dawn it-test strips b’xejn minn aktar tard din is-sena.

Il-Mosta – Triq Dun Mikiel Scerri – wiċċ ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir il-wiċċ ġdid tat-Triq Dun Mikiel Scerri fil-Mosta? Jista’ jgħid ukoll taħt min taqa’ r-responsabilità tal-wiċċ ġdid ta’ din it-triq; jekk hux tal-Gvern Ċentrali jew tal-kunsill lokali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq taqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali u għaldaqstant huwa mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Applikazzjoni għaċ-Ċittadinanza – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjonijiet għaċ-Ċittadinanza jiġu pproċessati mill-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan Identity Malta. Għaldaqstant, l-applikanta għandha tirreferi l-mistoqsijiet tagħha lill-uffiċjali fi ħdan il-Unit imsemmi. Jingħad ukoll illi ladarba tittieħed deċiżjoni finali, din tkun ikkomunikata lill-applikanta.

Identity Malta – proċeduri għal persuni ta’ nazzjonalità barranija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal finijiet ta’ ħruġ ta’ Karta tal-Identità, xi proċedura qed tħaddem u x’passi qed tieħu Identity Malta meta jirriżultalha li persuna ta’ nazzjonalità barranija, tintsab li qed tuża indirizz mingħajr l-approvazzjoni tas-sid? Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li hemm sabiex dawn is-sidien ikunu jistgħu jneħħu lil dawn il-persuni bħala reġistrati fuq il-proprjetà tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuni ta’ nazzjonalità barranija ma japplikawx għal Karta tal-Identità, iżda għall-dokument ta’ residenza. Kull ċittadin ta’ pajjiż terz ikollu bżonn jissottometti mal-applikazzjoni tiegħu dokumentazzjoni marbuta mal-indirizz. Din tinkludi l-kuntratt tal-kiri jew tax-xiri tal-proprjetà. Fil-każ ta’ kirjiet, tintalab ukoll konferma bil-miktub minn sid il-kera permezz ta’ formola separata. Sidien jew persuni oħra li jindunaw li xi persuna qed tuża indirizz mingħajr awtorizzazzjoni jistgħu jagħmlu rapport kemm lil Identity Malta kif ukoll lill-Pulizija. Meta l-Aġenzija tiskopri li verament kien hemm abbuż relatat mal-indirizz, isir rapport lill-Pulizija u l-applikazzjoni kkonċernata tiġi rrifjutata. L-Address Management System li ddaħħlet fis-sistemi elettroniċi t’Identity Malta matul l-2016 qed tagħmilha aktar diffiċli għal kwalunkwe persuna, Maltija jew barranija, li tinqeda b’indirizz li ma tkunx awtorizzata sabiex tuza. Wieħed irid ifakkar ukoll li persuna barranija ma tistax tiġbor permess ta’ residenza jekk ma tippreżentax il-korrispondenza li Identity Malta tkun batet fil-proprjetà indikata fl-applikazzjoni. Sidien ta’ proprjetà li jkollhom persuni rreġistrati fuq il-proprjetà tagħhom u ma jibqgħux joqgħodu hemm jistgħu javżaw lill-Identity Malta sabiex jittieħdu l-passi meħtieġa. F’kazi fejn l-Aġenzija ma ssibx koperazzjoni mill-persuni kkonċernati, il-permess ta’ residenza jiġi miċħud jew irrevokat, filwaqt li l-każ jingħadda lill-Pulizija.

Ħal Tarxien – Triq il-Fieres — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat u x’kundizzjoni tinsab Triq il-Fieres f’Ħal Tarxien u jekk kemm-il darba huwiex se jsir xi xogħol fuqha tul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31150.
Leg 12 PQ #31080 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare – żieda ta’ ħaddiema

Question

B’referenza għal rapport fil-media nhar is-7 ta’ Frar 2017, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ ħaddiema u professjonisti se jiġu impjegati mal-Vitals Global Healthcare? Jekk in-numru hux se jiżdied b’150 sa’ Ġunju 2017 jew hux se jiżdied b’100 biex jitla’ għal-150 sa Ġunju 2017?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Vitals Global Healthcare ser tkun qed tkompli timpjega numru ta’ professjonisti sabiex jiżdiedu s-servizzi offruti mingħajr ħlas għall-pazjenti Għawdxin u Maltin waqt illi jidħlu fis-seħħ servizzi ta' turiżmu mediku.
Leg 12 PQ #31081 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare – ingaġġ ta’ infermiera

Question

B’referenza għal rapport fil-media nhar is-7 ta’ Frar 2017, minħabba n-nuqqas ta’ infermiera f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Vitals Global Healthcare hux se jimpjegaw infermiera minn barra minn Malta jew hux se jimpjegaw infermiera li jaħdmu mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa għaddej proċess sabiex infermiera Għawdxin li bħalissa qed jaħdmu Malta, fiż-żmien li ġej ikollhom impjieg f'Għawdex stess.
Leg 12 PQ #31082 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Laqgħat biex ħaddiema tal-Gvern imorru jaħdmu mal-Vitals Global Healthcare

Question

B’referenza għal rapport fil-media nhar is-7 ta’ Frar 2017, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fl-aħħar ġranet ta’ Jannar 2017 u fl-ewwel ġranet ta’ Frar 2017 saru laqgħat fis-sala t’isfel fil-Ministeru tas-Saħħa biex ħaddiema tal-Gvern jintalbu jmorru jaħdmu mal-Vitals Global Healthcare? Il-Ministru ma jħossx li laqgħat bħal dawn m’għandhomx isiru fil-Ministeru iżda f’postijiet oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul iz-zmien imsemmi minnha saru diversi laqgħat mal-ħaddiema tal-isptar San Luqa bejn l-Amministrazzjoni tar-Riżorsi Umani tal-Ministeru għas-Saħħa u l-ħaddiema. L-imsemmija laqgħat seħħew sabiex il-ħaddiema jingħataw serħan il-moħħ li kienu ser jibqaw ħaddiema tal-gvern bil-kundizzjonijiet tas-servizz pubbliku.
Leg 12 PQ #31083 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Laqgħat fil-Ministeru – Azzjoni Industrijali

Question

B’referenza għal rapport fil-media nhar is-7 ta’ Frar 2017, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-laqgħat li saru fil-Ministeru bejn l-aħħar ta’ Jannar 2017 u l-bidu ta’ Frar 2017 wasslu għall-azzjoni industrijali għax il-ħaddiema ħassewhom urtati li l-Ministru qed imur lura minn kellmtu peress li l-ħaddiema kollha se jibqgħu fuq il-payroll tal-gvern u li l-kundizzjonijiet tagħhom mhux se jinbidlu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31082.
Leg 12 PQ #31084 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

FMS — impjegat

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwa impjegat mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) u li għandu paga ta’ €45,000 fis-sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija minnha huwa mpjegat mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u li l-paga bażika tiegħu hi ta' €30 elf fis-sena.
Leg 12 PQ #31085 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — impjegat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid eżattament x’inhu xogħol l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Ministeru tas-Saħħa jew f’xi waħda mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru tas-Saħħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija minnha jagħmel xogħol ta' customer care kif ukoll jikkoordina proġetti li jiġu mogħtija lilu.
Leg 12 PQ #31120 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

Awtorità Maltija tat-Turiżmu – branding u attività ta’ marketing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess imsemmi fid-diskors tal-baġit biex l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu ġġedded il-branding u l-attività ta’ marketing ta’ Malta fis-swieq barranin?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għal diversi snin, l-istrateġija ta’ reklamar barra l-pajjiż kif ukoll Branding ġdid għall-Awtorita’, ġew ripetutament imwarrba. Il-marka u l-messaġġ ta’ riklamar barra minn Malta ma nbidilx għal diversi snin u issa qed jinħass iktar il-bżonn ta’ bidla. Il-proċess tar-Request for Proposals (RFP) għat-tiġdid tal-branding u advertising creatives tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu fi swieq barranin ġie varat fl-ewwel jiem ta’ Jannar 2017 u mill-informazzjoni li rċivejt nista’ nikkonferma li aktar minn 300 agenzija minn madwar id-dinja, inkluż minn Malta, rreġistraw u talbu d-dokument li l-Awtorita’ ppreparat. L-Awtorita’ diġa’ bdiet tirċievi sottomossjonijiet u dan l-istadju għalaq il-Ħamis, 16 ta’ Frar 2017. L-istadju li jmiss hu li s-sottomisjonijiet jiġu evalwati u minn hemm jintgħażlu l-aħjar proposti sabiex dawn ikunu eżaminati minn focus groups professjonali fis-swieq prinċipali.
Leg 12 PQ #31121 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

Destinazzjoni għat-turiżmu — progress

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar jekk sarx progress biex Malta u Għawdex ma jibqgħux destinazzjoni għat-turiżmu tat-terza età imma jibdew jappellaw ukoll għal dawk ta’ età żgħar?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi jekk wieħed iħares lejn il-figuri ta’ turisti li ħaru Malta f’dawn l-aħħar erba’ snin, jinnota li l-volumi ta’ turisti ħdiedu f’kull kategorija ta’ eta’. Kif turi t-tabella t’hawn taħt, Malta tappella għal diversi etajiet ta’ turisti. Madanakollu, ir-rata ta’ tkabbir ta’ turisti ta’ etajiet iżgħar, partikolarment bejn 25-44, hija akbar. Fil-fatt, bejn is-snin 2013 u 2016, iż-żieda medja annwali f’din il-kategorija ta’ eta’ kienet ta 11%. Din iż-żieda hija relativement akbar minn dik ta’ etajiet oħra. Fis-sena 2016, l-akbar kategorija ta’ turisti li żaru Malta kienet bejn il-25 u l-44 sena, żieda ta’ 14.9% meta mqabbla mas-sena 2015. Nistgħu ninnutaw ukoll li 70% taż-żieda totali tat-turisti li ġew Malta fis-sena 2016, taqa’ taħt il-katgorija ta’ turisti li għandhom bejn 0 sa 44 sena. Ta’ min jinnota illi, filwaqt li kien hemm żieda fil-volumi ta’ turisti li għandhom ‘il fuq minn 65 sena, il-market share f’din il-kategorija naqset minn 14.3% fis-sena 2013 għal 13.5% fis-sena 2016. Tabelli f’din l-informazzjoni qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #31122 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

Lukandi — rendikont

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm kien hemm lukandi f’Malta fis-sena 2016 li ma kenux konformi mar-regolamenti? Min huma s-sidien u/jew l-operaturi tagħhom? U jekk ottemporawx ruħhom? X’għamlet l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu bħala infurzar f’dan ir-rigward?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ lukandi f’Malta illi nstabu mhux konformi mar-Regolamenti matul is-sena 2016 kienu sbatax (17). Ta’ min wieħed jirrimarka li l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu għamlet diversi spezzjonjiet fil-lukandi in kwistjoni, kif ukoll laqgħat ma’ operaturi li ma kinux qed jilħqu l-istandards rikejsti mil-liġi. Dan sar bil-għan ewlieni li jittejjeb il-prodott li jkun qed jiġi offrut lit-turist. Minn dawn is-sbattax–il lukanda, l-azzjonijiet legali li ttieħdu mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu kienu ta’ għaxra kontra tmien (8) operaturi. L-informazzjoni dwar il-lukandi in kwistjoni u s-sidien u/jew operaturi rispettivi tagħhom huma kif jidhru fit-tabella illi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #31123 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Valletta – strateġija — għanijiet ewlenin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-għanijiet ewlenin wara l-istrateġija għall-Belt Valletta ppubblikata ftit tal-ġimgħat ilu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-għan prinċipali wara l-istrateġija ghall-Belt Valletta huwa li tindirizza l-isfidi ta’ belt kapitali b’mod kordinat filwaqt li tlaqqa’ flimkien il-ħtiġijiet tal-belt ma’ dawk tar-residenti, in-negożji u dawk kollha li jżuruha jew jaħdmu fiha. L-istrateġija hija msejsa fuq viżjoni waħda u fit-tul, li tlaqqa’ flimkien it-trattament denju li jisthoqqilha belt kapitali ta’ livell ta’ wirt dinji tal-UNESCO, man-neċessitajiet ta’ dawk li jgħixu fiha, dawk li jmexxu negożju fiha, u dawk li jżuruha għal xogħol, xiri jew divertiment. L- istrateġija titratta zoni differenti tal-Belt Valletta, inklużi dawk fil-periferija, bil-għan li l-bżonnijiet ta’ kull żona jiġu indirizzati fl-ambitu ta’ istrateġija waħda. Tinkorpora wkoll bosta proposti dwar oqsma bħal proprjetà fil-Belt, l-aktar inħawi bi ħtieġa urġenti ta’ riġenerazzjoni, it-trasport u l-immaniġġar. Din l- istrateġija tfasslet b’konsultazzjoni pubblika fuq medda ta’ sitt xhur mal-istakeholders konċernati kif ukoll mal-pubbliku u giet ippubblikata f’Diċembru 2016.

Applikazzjoni għaċ-Ċittadinanza – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni ta’ ċittadinanza?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet għaċ-Ċittadinanza jiġu pproċessati mill-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan Identity Malta. Għaldaqstant, l-applikant għandu jirreferi l-mistoqsijiet tiegħu lill-uffiċjali fi ħdan il-Unit imsemmi. Nixtieq ninfurmah ukoll li ladarba tittieħed deċiżjoni finali, din tkun ikkomunikata direttament lill-applikant.

Tarxien – Triq is-Sorijiet – xogħol fit-triq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30847 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jara li l-parti ta’ Triq is-Sorijiet, Tarxien (quddiem l-ex club tar-Rainbows, qabel il-bieb tal-ġenb tal-Iskola tal-Immaculate Conception) tiġi asfaltata mill-iktar fis peress li hija fi stat ħażin wisq u saret ta’ periklu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li għal din is-sena l-Kunsill Lokali se jkun qed jagħmel xogħol fi Triq Annetto Caruana.

Tarxien – Triq il-Fieres – xogħol fit-triq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30848 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jara li Triq il-Fieres, Ħal Tarxien tiġi asfaltata mill-iktar fis, peress li hija fi stat ħażin wisq u saret ta’ periklu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31150.

Tarxien – Triq Santa Tereża – xogħol fit-Triq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30849 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u ċjoè: Jista’ l-Ministru jara li Triq Santa Tereża, Ħal Tarxien tiġi asfaltata mill-iktar fis, peress li hija fi stat ħażin wisq u saret ta’ periklu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31150.