Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jibda x-xogħol fuq il-Pont tal-Mistra, dan anke għall-fatt li x-xita li għamlet fl-aħħar xhur kompliet ħolqot aktar problemi ta' sigurtà fuq l-istess pont?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun iktar speċifiku fuq il-post u l-periklu previst fl-imsemmija triq.
Jista' l-Ministru jara li tul it-Telgħa tax-Xemxija jsiru t-tiswijiet meħtieġa fuq partijiet mill-bankina fuq iż-żewġ naħat tat-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġimgħat li għaddew saru numru ta’ tiswijiet bħala parti mill-programm kontinwu ta’ manutenzjoni. Tiswijiet oħra jsiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist.
Il-Mellieħa – Triq il-Kbira – parkeġġ għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta, jara jekk tul Triq il-Kbira fil-Mellieħa hemmx parkeġġ adegwat riservat għall-persuni b'diżabilità?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi Triq il-Kbira, Mellieħa ma hemm l-ebda’ parkeġġ riservat għall-persuni b’diżabilita’ iżda fi Triq Ġorg Borġ Olivier li tagħmel ma’ Triq il-Kbira, hemm żewġ parkeġġi riservati għal tali skop.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu r-rapporti dwar serq li saru lill-pulizija fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar (Buġibba u Qawra nklużi) sena b’sena bejn Jannar 2014 u Jannar 2017?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid għalfejn il-ħatra taċ-Chairperson attwali tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) saret biss għal sena? Ma taħsibx li terminu daqstant qasir jista’ jimpinġi fuq l-awtonomija taċ-Chairperson liema persuna għandha r-responsabilità tad-direzzjoni tal-MCCAA?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-ħatra tac-Chairperson tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) kienet tkun għal sena anke fil-każ tac-Chairperson preċedenti.
Għawdex – Ix-Xagħra – Vjal it-Tmienja ta’ Settembru – xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Vjal it-Tmienja ta’ Settembru fix-Xagħra, Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex — persuni f'position of trust
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29335, jista’ l-Ministru jgħid min kienu t-13-il persuna f’position of trust li ġew maħtura fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013? Jista’ jgħid min huma s-sebgħa persuni li fadal f’din il-pożizzjoni llum? Jista’ jgħid kemm minn dawk il-persuni ingaġġati f’position of trust illum, huma impjegati taċ-Ċivil u f’liema grad huma impjegati llum?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa mistieden jiġi l-Ministeru sabiex nelenkalu min huma l-persuni in kwistjoni.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29539, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq Triq Marsalforn fix-Xagħra, Għawdex tkompliex mill-kunsill lokali? Jekk le, jista' jgħid jekk it-tender għal dan ix-xogħol inħariġx u jgħid kemm se jiġi jiswa x-xogħol fuq l-istess triq? Jista' jgħid jekk sakemm isir ix-xogħol, il-kunsill hux beħsiebu jara li jissewwew il-ħofor perikolużi li fiha din it-triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra li x-xogħol fuq Triq Marsalforn għadu ma tkompliex. It-tender ħareġ it-Tlieta 21 ta’ Frar bix-xogħol mistenni jiġi jiswa madwar € 300,000.
Infurmat ukoll mill-Kunsill Lokali li sakemm isir ix-xogħol, il-kunsill beħsiebu jsewwi il-ħofor perikolużi li fiha.
Awtorità għall-Ippjanar – applikazzjonijiet għat-twaqqigħ ta’ binja
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru tal-applikazzjoni li saret mal-Awtorità tal-Ippjanar biex titwaqqa’ l-Freedom Press u l-bini tal-madwar? Jista' jgħid min għamel ix-xogħol ta' twaqqigħ, taħmil u ġarr ta' materjal? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan ingħatax b'tender jew b'direct order? Kemm sewa b'kollox dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu tenders fis-sena 2016 għax-xiri ta' karta u materjal ieħor ġewwa l-Istamperija tal-Gvern? Jista’ jgħid kemm kien il-valur ta’ kull tender li kien mogħti u jista’ jgħid ukoll min kienu l-kuntratturi li ngħataw dawn it-tenders?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Fis-sena 2016 hareġ tender wiehed (1) għax-xiri ta’ karta għall-valur ta’ EUR 14,813.10 lill-kuntrattur JPF Trading Ltd.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għadha bla bonus?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ tal-persuna msemmija ġie maħdum u s-Sinjura ġiet infurmata permezz ta’ ittra mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward dritt ta’ bolol li ħallset?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija titħallas l-Għotja għall-Anzjani ta’ €300. Filfatt tħallset mal-ewwel pagament li sar fl-4 ta’ Frar 2017.
Ta’ min ifakkar li l-għotja ta’ €250 li qed issir referenza għaliha mill-Onor. Interpellant b’mod separat, hija applikabbli għal dawk il-persuni li jkunu ħallsu aktar minn 5 snin bolol u ma jikkwalifikawx għal pensjoni kontributorja u li għandhom bejn it-62 sena u l-75 sena.
Peress li fi klawsola 5.4.2 tal-ftehim settorjali tal-Pulizija tal-2012 bit-titlu “New Salary Structure and Conditions for the Police Force (GHQ Circular No.50/2012) hemm indikata specialization allowance ta’ €279.53 fis-sena, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni kemm hu t-total ta’ membri fil-Korp tal-Pulizija li jibbenefikaw minn din l-allowance? Jista’ jagħti dettalji f’liema sezzjonijiet/distretti huma stazzjonati dawn il-membri tal-Korp li jibbenefikaw minn din l-istess allowance?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li din l-ispecialisation allowance qed jieħduha għaxar membri tal-Korp. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.
San Pawl il-Baħar – Triq l-Imħar – wires tad-dawl imdendla
Question
Billi jidher li fi Triq l-Imħar, kantuniera ma’ Triq in-Nakkri, San Pawl il-Baħar hemm wires tad-dawl li qegħdin perikolużi wara li kienu ddendlu fit-triq, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn il-wires jitwaħħlu kif suppost, biex jiġi evitat il-periklu fl-inħawi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-wires indikati mhumiex tal-Kumpanija.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-policy applikata mill-Enemalta għal dak li jirrigwarda tqegħid ta' bozoz ġodda fit-toroq arterjali u distributorji li għandna f'Malta? Min iwaħħal dawn l-istess bozoz l-ewwel darba, u min ikun responsabbli biex jagħmel kull maintenance li jkun hemm bżonn fuq dawn l-istess bozoz?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat li Enemalta m’hijiex responsabbli għat-tqegħid jew manutenzjoni ta’ bozoz ġodda peress li snin ilu dan ix-xogħol għadda f’idejn għadd ta’ entitajiet konċernati, fosthom kunsilli lokali u awtoritajiet oħra. Hemm biss ftit bozoz antiki li twaħħlu fil-passat u li l-manutenzjoni tagħhom għadha f’idejn Enemalta plc.
Meta titwaħħal bozza ġdida, l-entità konċernata tinforma lil Enemalta permezz ta’ applikazzjoni apposta, biex din tiġi mqabbda mas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku tal-pajjiż. Wara li jitqabbdu, il-manutenzjoni tibqa’ f’idejn l-entità li tkun waħħlithom. Meta dawn l-entitajiet jiltaqgħu ma’ diffikultajiet fil-provvista tal-elettriku għal dawn l-istess dwal, jikkuntattjaw lil Enemalta permezz ta’ proċedura stabbilita, biex it-tekniċi ta’ Enemalta jwettqu t-tiswijiet meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara r-riforma mħabbra dwar il-pensjonijiet hemmx il-ħsieb li l-istess grupp jissokta jaħdem għal aktar titjib f’dan il-qasam? Jekk iva, għandu xi pjanijiet għall-Grupp ta’ Strateġija dwar il-pensjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Grupp għall-Istrateġija tal-Pensjonijiet mistenni jerġa’ jissokta x-xogħol tiegħu fit-tieni nofs ta’ din is-sena biex jibda jħejji ir-rapport strateġiku li jmiss, li skont l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, irid jitpoġġa fuq il-mejda ta’ din il-Kamra sal-aħħar tal-2020. Minkejja dan, il-Gvern xorta se jibqa’ mpenjat li jdaħħal miżuri ta’ fejda u titjib għall-pensjonanti kollha fil-Baġit li ġej u l-oħrajn ta’ warajh
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ persuni li qed jirċievu pensjoni mhux kontributorja?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li jirċievu Pensjoni mhux Kontributorja (Pensjoni tal-Età), sad-data li fiha qed tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari huwa ta’ 4776
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-pensjonanti li qed igawdu mir-riforma fil-pensjonijiet fir-rigward tal-Pensjoni Minima Nazzjonali? X’inhi l-medja ta’ żieda fil-ġimgħa li bdew igawdu dawn il-pensjonanti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.