Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #31087 Sitting 489 2017-03-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Il-problema tal-obeżità f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-problema tal-obeżità f’Malta qed tiswa lil pajjiżna bejn 45 u 50 miljun ewro fis-sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għas-Saħħa qed jikkollabora fi studju sabiex isiru estimi tal-ispiża assoċjata mal-problema tal-obezita’ f'Malta. Skont stima preliminarja, jidher li n-nefqa tista' tlaħħaq madwar 44 miljun ewro fis-sena, skont il-metodoloġija wżata fl-istudju.
Leg 12 PQ #31088 Sitting 489 2017-03-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Att tal-2016 dwar il-Promozzjoni ta’ Stili ta’ Ħajja Sana u Kura ta’ Mard li ma Jitteħidx

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn għadhom ma ġewx ippubblikati l-erba’ Avviżi Legali li kellhom jiġu ppubblikati sabiex l-Att tal-2016 dwar il-Promozzjoni ta’ Stili ta’ Ħajja Sana u Kura ta’ Mard li ma Jitteħidx li għadda b’vot unanimu mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016 jibda jitħaddem kif kien miftiehem aktar minn sena ilu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31295.
Leg 12 PQ #31089 Sitting 489 2017-03-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Pjan ta’ Malta għall-Presidenza tal-Ewropa — Att tal-2016 dwar il-Promozzjoni ta’ Stili ta’ Ħajja Sana u Kura ta’ Mard li ma Jitteħidx

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-pjan ta’ Malta għall-Presidenza tal-Ewropa nkludiex l-Att tal-2016 dwar il-Promozzjoni ta’ Stili ta’ Ħajja Sana u Kura ta’ Mard li ma Jitteħidx?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tispeċifika għal liema pjan qegħda tirreferi.
Leg 12 PQ #31090 Sitting 489 2017-03-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mis-6 ta’ Jannar 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm-il darba ltaqa’ l-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx? Min huwa ċ-Chairman u min huma l-membri?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31295 filwaqt li ninfurmaha illi c-chairperson tal-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx imsemmi hija Dr. Charmaine Gauci.
Leg 12 PQ #31091 Sitting 489 2017-03-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aġenda tal-laqgħat kollha li kellu l-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx mis-6 ta’ Jannar 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumitat msemmi minnha ltaqa’ 7 darbiet minn Awwissu li għadda u minbarra li ġie indirizzat minni bħala Ministru għas-Saħħa, l-Onor. Robert Cutajar deputat tal-oppożizzjoni u numru ta’ esperti tekniċi relatati mas-suġġett, iddiskuta materji dwar dieta’, xorb u eżercizzju waqt il-laqgħat tiegħu.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Positions of trust

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?

Response (VELLA, GEORGE)

Il-positions of trust fil-Ministeru tiegħi huma : Chief of Staff Private Secretary Personal Assistant & Head Customer Care Co-ordinating Officer 2 Secretariat Officers Secretariat Messenger Driver/Security
Leg 12 PQ #31173 Sitting 489 2017-03-01 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Positions of trust

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant, il-karigi/xogħol illi tat-tlett persuni f’position of trust fil-Ministeru għat-Turiżmu huma: Deputy Chief of Staff, Ministry Coordinator u Secretariat Officer.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Positions of trust

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni fil-Ministeru tiegħi li huma bħala position of trust jokkupaw dawn il-pożizzjonijiet; Chief of Staff Private Secretary 2 Secretariat Messenger 3 Secretariat Officer 2 Personal Drivers / Security Officers Secretariat Messenger / Charwoman

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Positions of trust

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Persuni mressqa l-Qorti fuq reati ta’ stupru

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30290 u jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' stupru matul l-2016 u x'kienu s-sentenzi mogħtija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016, tressqu għaxar persuni l-Qorti fuq akkużi ta’ stupru. Dawn kienu kollha rġiel, erbgħa ta’ nazzjonalita` maltija u sitta barranin. Kien hemm każ wieħed biss fejn persuna ta’ nazzjonalita` barranija li kienet imressqa, ġiet illiberata mill-akkużi, l-każijiet l-oħra għadhom sub-judice.

Persuni mressqa l-Qorti fuq reati ta’ vjolenza

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30291 u jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' vjolenza fuq anzjani matul l-2016 u x'kienu s-sentenzi mogħtija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Persuni mressqa l-Qorti fuq drink driving

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30295 u jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq drink driving f’Malta u f’Għawdex fl-2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 kien hemm total ta’ mitejn u tlett persuni li tressqu l-Qorti fuq drink driving f’Malta u f’Għawdex.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri miżmuma fuq traffikar tad-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fuq traffikar ta' droga kull sena fis-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016? Kemm hemm persuni fil-Faċilità bħalissa kkundannati fuq traffikar ta' droga u kemm minnhom huma ta' nazzjonalità barranija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li daħlu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kemm fuq arrest kif ukoll b’sentenza huwa kif ġej; 2012 95 2013 79 2014 79 2015 92 2016 86 Fil-preżent hemm 150 priġunier illi qed jiskontaw sentenza relatata ma’ traffikar ta’ droga li 76 minnhom huma ta’ nazzjonalita` barranija.
Leg 12 PQ #31298 Sitting 489 2017-03-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Baħrija – sistema tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta s-sistema tad-drenaġġ għar-residenti tal-Baħrija se tkun qed tiffunzjona u tkun tista’ tintuża mir-residenti? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll biex qed isir dan il-proġett għall-Baħrija limiti tar-Rabat Malta iltaqgħux ma’ xi diffikultajiet u x’kienu dawn id-diffikultajiet? Jista’ jgħid kemm hu stmat li ser jiġi jiswa l-proġett tad-drenaġġ għall-Baħrija? Kemm intefqu s’issa u kemm hu stmat li jrid jintefaq fuq dan il-proġett?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-proġett tas-sistema tad-drenaġġ tal-Baħrija qiegħed fil-fażi finali tiegħu. Il-fatturi prinċipali li ostakolaw il-kors tax-xogħol kien hemm il-fatt li nstabu fdalijiet arkeoloġiċi fosthom oqbra, kif ukoll kien hemm tħaffir ta’ trinek ġot-tafal. Dan il-proġett huwa stmat li ser jiswa madwar 5 miljun ewro li minnhom s’issa intefqu 4.4 miljun ewro.

Housing – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problema fuq housing?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar, f’Awwissu tas-sena 2016 għamlet tentattiv sabiex issib post alternattiv lill-persuna kkonċernata, iżda baqgħat qatt ma resqet għall-kuntratt. Għalhekk l-allokazzjoni ġiet irtirata peress li ma wrietx interess.

Transport Malta – resurfacing ta’ toroq residenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm sar resurfacing ta’ toroq residenzjali minn Transport Malta, matul is-sena li għaddiet? Fejn sar dan ir-resurfacing?

Response (MIZZI, JOE)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

In-Naxxar – Vjal il-Labour junction — roundabout

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25018 fejn kien intqal li Transport Malta kienet bdiet tippjana sabiex tagħmel roundabout fit-tarf ta' Vjal il-Labour junction ma' Triq Franġisku Pisani fin-Naxxar, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal dan il-pjan u meta mistennija titlesta din ir-roundabout?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija ser isiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist.

Transport Malta – In-Naxxar – Triq Gaetano Vitale — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Gaetano Vitale, in-Naxxar, hijiex waħda mit-toroq li Transport Malta mistennija tagħmel matul is-sena 2017 ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta hija responsabbli għall-ewwel wiċċ ta’ toroq residenzjali skont il-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist ġaladarba dawn it-toroq jkunu ġew iffurmati mill-iżviluppaturi/residenti hekk kif huma obligati bil-liġi.