Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija — uffiċini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija li preżentament jaħdmu fl-uffiċini tal-Korp tal-Pulizija u x’inhi r-rank ta’ dawn il-membri?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Korp tal-Pulizija – pulizija part-timers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija part-timers preżentament fil-Korp tal-Pulizija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi ninsab infurmat li preżentament hemm 133 Kuntistabbli tar-Riserva, part-timers fil-Korp tal-Pulizija.

Heritage Malta – Bighi — overtime

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27928, jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-2015, Heritage Malta rrikorriet għal numru kbir ta' sigħat overtime għall-inawgurazzjoni tal-Forti Sant’Anġlu ladarba dan infetaħ għall-pubbliku fl-1 ta' Novembru 2016? Ma jaħsibx li kien ikun iktar għaqli jekk ix-xogħol tqassam aħjar jew jekk is-sit infetaħ uffiċjalment din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Heritage Malta – overtime

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27928, jista' l-Ministru jgħid għaliex f'dawn l-aħħar ftit snin, Heritage Malta dejjem ikollha tirrikorri għall-ħin ta' wara x-xogħol sabiex jispiċċaw ċertu proġetti ta' importanza?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Heritage Malta – expression of interest għal Senior Clerk

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27849, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jingħata taħriġ fuq il-proċeduri ta' reklutaġġ lill-ħaddiema ta' Heritage Malta li huma responsabbli minn dan il-qasam?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Heritage Malta – siti u mużewijiet — WiFi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk is-siti u l-mużewijiet ta' Heritage Malta li hemm WiFi għall-użu tal-pubbliku? Jista' jgħid meta ħa jsir il-WiFi fis-siti u l-mużewijiet l-oħra li ma għandhomx?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Heritage Malta – HR Capacity Building – curatorial support

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27840, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-HR capacity building għas-sena 2017-2018 relatat mas-sezzjoni tal-kuratorjat ta' Heritage Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Heritage Malta – talbiet ta’ rapurtaġġ

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27839, jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba ta' rapurtaġġ relatata mal-Ipoġew ta' Ħal Saflieni ġew miċħuda u jekk Heritage Malta offrietx lis-stock footage li għandha fuq dan is-sit ferm importanti għal skopijiet ta' PR u attivitajiet oħra edukattivi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li Heritage Malta ma żżommx rendikont ta’ talbiet ta’ rappurtaġġ għal kull sit partikolari. Hija policy tal-Aġenzija li ma jsirx filming fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni minħabba raġunijiet ta’ konservazzjoni. Hija prassi li l-istock footage relatat ma dan is-sit jingħata lil kull min jistaqsi għalih.

Public service obligation — Gozo Channel Transport Joint Venture – vjaġġi bil-vapuri bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31331 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għall-Public Service Obligation (PSO) u l-ftehim li kien sar bejn il-Gvern ta' Malta u l-konsorzju Gozo Channel Transport Joint Venture biex jagħmel vjaġġi bil-vapuri bejn Malta u Għawdex, liema ftehim hu validu sat-30 ta' Settembru 2017, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinħareġ sejħa oħra jew jiġi emendat il-PSO eżistenti qabel ma jeskadi dan il-kuntratt/PSO sabiex jiġi introdott il-Fast-Ferry Service bejn Malta u Għawdex?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-intenzjoni tal-Gvern hi li l-Fast Ferry Service bejn Malta u Għawdex ikun kopert fis-sejħa ġdida għall-PSO. Dan ifisser li l-PSO il-ġdid ikun ikopri kemm il-conventional ferry service (passiġġieri u vetturi) kif ukoll il-fast ferry service (passiġġieri biss).

Sea Malta – ħlas lill-ex impjegati

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 31051 rigward ħlas lill-ex impjegati tas-Sea Malta, jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Ministru konċernat?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ta’ taqax taħt ir-responsabilta’ tal-Ministeru tiegħi, għaldaqstant nitolbu jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 31051.

Ħal Tarxien – Triq iż-Żejtun – kundizzjoni ta’ triq

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 31056 rigward Triq iż-Żejtun f’Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Ministru konċernat?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ta’ taqax taħt ir-responsabilta’ tal-Ministeru tiegħi, għaldaqstant nitolbu jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 31056.

Sit arkejoloġiku tas-Silġ — ilqugħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ġew meħuda tul is-sena li għaddiet dwar is-sit arkeoloġiku magħruf bħala Tas-Silġ ġewwa Marsaxlokk? Jista’ jara li l-ilqugħ li kien sar temporanjament, jiġi rimedjat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Leg 12 PQ #31651 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema taċ-Ċivil — Unions

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-kondizzjonijiet preżenti ta’ ħaddiema fiċ-Ċivil li huma assenjati ma’ unions tal-ħaddiema? Jista’ jindika kemm hemm persuni hekk assenjati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kundizzjonijiet applikabli huma pubbliċi u jinsabu fil-Manual on Special Leaves (sezzjoni 4.1). Estratt tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. In-numru ta’ haddiema assenjati ma’ Unions huwa 27.

Ħaddiema taċ-Ċivil — Unions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kondizzjonijiet preżenti ta’ ħaddiema fiċ-Ċivil li huma assenjati ma’ unions tal-ħaddiema? Jista’ jindika kemm hemm persuni hekk assenjati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 31651.

Ħaddiema taċ-Ċivil — Unions

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-kondizzjonijiet preżenti ta’ ħaddiema fiċ-Ċivil li huma assenjati ma’ unions tal-ħaddiema? Tista’ tindika kemm hemm persuni hekk assenjati?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistqosija Parlamentari 31651.

Transport Malta – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ direct orders mogħtija minn Transport Malta minn Marzu 2013 ’il hawn u jindika għal liema skop ingħataw u l-valur ta’ kull waħda?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba, tinġabar.

Persuni involuti f’inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni; u jekk hemm, jelenka l-persuni mingħajr ma jiżvela l-identità; li kienu involuti f’inċidenti tat-traffiku aktar minn darba, fejn l-inċidenti rriżultaw f’fatalità, korriment jew diżabilità lill-vittmi rispettivi? Għal kull persuna, jista’ jgħid ukoll l-inċident li kien involut fihom bħala sewwieq, id-data ta’ kull inċident u l-impatt fuq il-vittma?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li ma te¿istix sistema elettronika li permezz tagħha tista’ tiġi elenkata l-informazzjoni estensiva li ġiet mitluba. Fl-aħħar ħames snin, mal-Pulizija biss ġew irreġistrati ħmistax-il elf, sebgħa mija u tlieta u għoxrin rapport ta’ inċidenti, li fihom hemm involuti aktar minn tnejn u tletin elf persuna. Dan barra minn inċidenti li ġew irreġistrati mat-Traffic Wardens u oħrajn illi ġew trattati permezz ta’ formoli f’incidenti ta’ Front to Rear Collisions.

Persuni involuti f’inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni; u jekk hemm, jelenka l-persuni mingħajr ma jiżvela l-identità; li kienu involuti f’inċidenti tat-traffiku aktar minn darba, fejn l-inċidenti rriżultaw f’fatalità, korriment jew diżabilità lill-vittmi rispettivi? Għal kull persuna, jista’ jgħid ukoll l-inċident li kien involut fihom bħala sewwieq, id-data ta’ kull inċident u l-impatt fuq il-vittma?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Jobsplus – dokumenti tal-identità

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30782, dwar l-użu tal-liċenzja tas-sewqan bħala forma ta' identifikazzjoni sabiex jinġabru dokumenti minn Jobsplus, u peress li l-Ministru qal li l-indirizz tar-residenza jkun meħtieġ, jista' l-Ministru jemenda l-prassi sabiex il-liċenzja tas-sewqan tkun rikonoxxuta bħala dokument ta' identifikazzjoni ġaladarba din fiha r-residenza mniżżla fuqha?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-prassi adottata mill-Jobsplus hija li individwi li jingħataw servizz mill-korporazzjoni jridu juru ċertifikat ta’ identifikazjoni li jindika wkoll ir-residenza f’pajjiżna. Il-liċenzja tas-sewqan hija minnha nnifisha liċenzja u mhijiex ikkunsidrata bħala ċertifikat uffiċċjali ta’ identifikazzjoni. Għaldaqstant il-liċenzja tas-sewqan m’hijiex se tiġi kkunsidrata bħala dokument validu ta’ identifikazzjoni.