Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jattendu studenti f’kull lokalità fejn qed jingħata s-servizz Klabb 3 – 16 u x’inhuwa l-ħlas ta’ kull student li jagħmel użu minn dan is-servizz?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi li t-tagħrif mitlub hu kif muri fit-tabella hawn taħt, kif se nsemmi:
Centre Name
Active Children
Attard
70
B'Kara
64
B'Bugia
28
Fgura
39
Ħamrun
30
Ħaż-Żabbar
34
Ħaż-Żebbuġ
36
Luqa
26
M'Skala
85
Mellieħa
72
Mġarr
43
Mosta
65
Naxxar
59
Paola
64
Pembroke
102
Qormi SG
44
Rabat
19
San Ġwann
73
Santa Venera
40
Siġġiewi
23
Sliema
59
St Julians
19
San Pawl il-Baħar
108
Valletta
13
Żejtun
35
Żurrieq
45
Victoria
15
Xagħra
8
Total
1318
Ir-rata ta’ ħlas hija ta’ €0.80 kull siegħa.
Jista’ l-Ministru jindika f’liema Ċentri LEAP qed jingħata servizz fil-komunità mill-Awtorità tad-Djar? Jista’ jgħid ukoll kemm-il darba jingħata dan is-servizz matul ix-xahar u f’liema ħin u ġurnata jingħata?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hija kif miġbura fit-tabella t’hawn taħt:
ĊENTRU LEAP - REĠJUN
Ġurnata li fiha jingħata is-servizz fil-komunità mill-Awtorità tad-Djar
ĦIN
Ċentru LEAP Qawra
Kull nhar ta’ Erbgħa
8:00 – 12:00
Ċentru LEAP Cottonera
Darba fix-xahar kull nhar ta’ Erbgħa
8:00 – 12:00
Ċentru LEAP Kirkop
Darba fix-xahar kull nhar ta’ Erbgħa
8:00 – 12:00
Ċentru LEAP Msida
Darba fix-xahar kull nhar ta’ Erbgħa
8:00 – 12:00
Ċentru LEAP Qormi
Darba fix-xahar kull nhar ta’ Erbgħa
8:00 – 12:00
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jiġi ffirmat il-ftehim kollettiv il-ġdid għall-ħaddiema fis-Settur Pubbliku li skada f'Diċembru tal-2016? Jista’ jgħid jekk f'dan il-ftehim kollettiv hiex se tiġi indirizzata l-problema ta' pagi baxxi li qed jiffaċċjaw ħaddiema li qegħdin fi skali 15, 16, 17, 18, 19, u 20, peress li persuna li qiegħda bħala Skrivana fi skala 16 qed tispiċċa b'paga ta' madwar €900 nett fix-xahar meta wieħed jaqta' l-bolla u taxxa, u Skrivani fi gradi inqas qed jispiċċaw b'madwar €800 fix-xahar biss, u ma jistgħux ilaħħqu mal-ispejjeż ta' kuljum?
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – White Papers
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-White Papers kollha maħruġa mill-Ministeru tiegħu matul din il-leġislatura?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant, tispeċifika x’dokumenti qiegħda titlob. Il-Ministeru tiegħi ħareġ numru ta’ dokumenti u strateġiji li kienu ukoll miftuħa għal konsultazzjoni pubblika, f’din il-leġislatura li pero’ ma kienux strettament White Papers.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mill-iskema maħruġa mill-Awtorità tad-Djar fis-sena 2008 fejn l-Awtorità tad-Djar kienet tagħti għotja sa massimu ta’ 30% tal-pagamenti annwali tas-self għall-perjodu tal-ewwel 10 snin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, kienu 36 persuna li bbenefikaw mill-Iskema tal-2008 maħruġa mill-Awtorita’ tad-Djar li kienet toffri għotja fuq il-pagamenti tas-self lill-applikanti.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema ta’ infurzar?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Pulizija tad-Distrett tkellmu mal-persuna ikkonċernata u minn naħa tagħhom ser jieħdu azzjoni għall-infurzar tal-liġi, relatat ma’ l-ilment tal-istess persuna.
Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward kumpens dwar triq li għaddiet mill-proprjetà tiegħu snin ilu però l-Gvern preċedenti baqa' ma ħallasx lis-sidien?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill- Onorevoli Interpellant biex jindika l-art in kwistjoni fuq pjanta jew jagħti aktar dettalji.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward kumpens dwar triq li għaddiet mill-proprjetà tiegħu snin ilu però l-Gvern preċedenti baqa' ma ħallasx lis-sidien?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat minn Transport Malta li nvestigat dan il-każ u ma sabitx lok għal xi kumpens minn naħa tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq Valletta f'Ħal Qormi, il-parti minn ħdejn id-daħla tal-Qormi FC sa ħdejn id-dawra għal Triq il-Kanun għadha ma ġietx two-way għar-residenti hekk kif kienet approvata minn Transport Malta u mit-Traffic Management and Roads Safety Directorate iktar minn erba' xhur ilu hekk kif muri fil-korrispondenza u l-pjanta li qed jingħataw separatament?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’każi bħal dawn Transport Malta hija l-Awtorità li tapprova, iżda mhux li timplimenta tali mmaniġġar tat-traffiku.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq Valletta f'Ħal Qormi, il-parti minn ħdejn id-daħla tal-Qormi FC sa ħdejn id-dawra għal Triq il-Kanun għadha ma ġietx two-way għar-residenti hekk kif kienet approvata minn Transport Malta u mit-Traffic Management and Roads Safety Directorate iktar minn erba' xhur ilu hekk kif muri fil-korrispondenza u l-pjanta li qed jingħataw separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji sabiex persuna tgawdi minn Protezzjoni Sussidjarja? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-kriterji li jwasslu sabiex persuna titlef din il-protezzjoni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li persuna eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja tfisser ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li ma tikkwalifikax bħala refuġjat imma li tagħti raġunijiet sostanzjali sabiex jitwemmen li l-persuna interessata, jekk tirritorna lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħha, jew fil-każ ta’ persuna mingħajr stat tiffaċċja riskju veru li ssofri dannu serju.
Għall-fini tal-att dwar ir-refuġjati, "dannu serju" tfisser:
(a) il-piena tal-mewt jew eżekuzzjoni; jew
(b) tortura, piena jew trattament mhux uman jew degradanti li applikant iġarrab fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu; jew
(ċ) theddida serja u individwali għall-ħajja ta’ persuna ċivili jew kull persuna minħabba fi vjolenza indiskriminata f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat internazzjonali jew intern.
Il-protezzjoni sussidjarja għandha tintemm jekk il-Ministru ikun sodisfatt, wara li jikkonsulta mal-Kummissarju, li dawk iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-għoti ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja ma jkunux baqgħu jeżistu jew ikunu daqstant inbidlu li ma tkunx meħtieġa aktar ebda protezzjoni.
Għandu pero jitqies jekk il-bidla fiċ-ċirkostanzi tkunx waħda daqstant sinifikanti u ta’ xorta mhux temporanja li l-persuna eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja ma tkunx għadha aktar tiffaċċa riskju kbir ta’ danni gravi.
Il-Ministru għandu jirrevoka jew jiċħad milli jġedded l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew ta’ persuna apolidi jekk:
(a) wara li tkun ingħatat status ta’ protezzjoni sussidjarja, hija kien imissha tiġi eskluża jew tiġi eskluża milli tkun eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja skont l-artikolu 17(1); jew
(b) meta hija qarrqet bil-fatti jew ħalliet barra xi fatti, inkluż meta setgħet użat dokumenti foloz, dan kien ikun deċiżiv għall-għoti ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja.