Legislature:
Category:
Reset
Active:

Applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija li għaddew mill-istadji kollha meħtieġa u jonqoshom biss il-firma tiegħu? Jista’ jgħid kemm minnhom saret l-applikazzjoni għalihom fis-sena 2015 jew qabel u ta' liema sena hi l-aktar applikazzjoni li ilha pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Persuni li jkunu jħallsu l-kontribuzzjonijiet – bonus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bonus li jitħallas kull sena lil numru ta’ persuni li jkunu ħallsu l-kontribuzzjonijiet imma li ma ħallsux biżżejjed biex jikkwalifikaw għall-pensjoni, tibqax tingħata meta dawn il-persuni jagħlqu l-75 sena u jikkwalifikaw għall-għotja ta’ €300 persuni li jkunu għadhom jgħixu d-dar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-bonus li jitħallas kull sena lil numru ta’ persuni li ma jkunux ħallsu kontribuzzjonijiet biżżejjed biex ikunu intitolati għall-pensjoni, jingħata sakemm dawn l-istess persuni jagħlqu l-75 sena u wara jikkwalifikaw għall-għotja ta’ €300 jekk ikunu għadhom jgħixu ġewwa darhom.

Breakwater tal-ġebel — ħsarat

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentar 31007, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istess rapporti li hemm indikati fir-risposta?

Response (MIZZI, JOE)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar – Tal-Veċċja – xogħol ta’ tiswija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru kkonkludiex xi investigazzjoni dwar il-passi li jridu jittieħdu biex fl-inħawi Tal-Veċċja, San Pawl il-Baħar, fejn matul ix-xhur li għaddew kienet waqgħet parti mill-blat ta' wieħed mill-għerien li hemm hemmhekk? Billi issa qed jerġa' joqrob is-sajf, u allura jerġa' jibda l-għawm, jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux se jsir xi xogħol ta' tiswija qabel ix-xhur tas-sajf?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 28804.

San Pawl il-Baħar – Survey tal-blat

Question

Billi taħt it-Torri ta' Wignacourt, San Pawl il-Baħar, fil-livell tal-baħar jidher li tħaffer għar pjuttost kbir taħt l-istess torri, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk reċentement sarx xi survey tal-blat f'dan il-post? Jekk fil-fatt ma sarx tali survey, jista' jieħu l-passi neċessarji biex fl-istess inħawi jsir survey tal-blat indikat, u dan biex jiġi aċċertat jekk hemmx periklu nkella le, u biex ukoll jekk jirriżulta periklu jittieħdu l-passi neċessarji biex tali periklu jitneħħa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser jiġi mqabbad perit tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet biex imur jagħmel rapport dwar is-sit.

San Pawl il-Baħar – Manholes — covers

Question

Billi jidher li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma m'għandhiex l-informazzjoni kollha marbuta man-numru ta' manholes li għandha fil-lokalità kollha ta' San Pawl il-Baħar, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jiġi assigurat li dawn l-istess manholes ikollhom il-covers tagħhom preċiż mal-livell tat-triq, u dan biex ma jkunx hemm periklu għas-sewwieqa li jgħaddu minn fuq dawn l-istess tappieri? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta (TM) tgħaddix informazzjoni dwar ħsarat fuq dawn it-tappieri lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma , u jekk iva meta ġew mgħoddija l-aħħar rapporti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta hija responsabbli minn toroq arterjali u distributorji. Dawn it- toroq jiġu spezzjonati perjodikament, u tali kwestjonijiet fl-infrastruttura ta’ entitajiet oħra jiġu rappurtati lill-istess entitajiet.

Transport Malta – stallazzjoni ta’ pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta hux se tinstalla pelican lights matul il-front ta' Buġibba u l-Qawra, fejn jirriżulta li fil-fatt hemm il-ħtieġa ta' dawn l-istess lights?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li pelican crossings fuq toroq tal-Kunsilli huma proposti mill-Kunsilli. Il-proposti mbagħad jiġu approvati, jew le, minn Transport Malta. Preżentament Transport Malta għadha kif approvat pelikan crossing f’din il-medda. Ix-xogħlijiet fuq din il-crossing issa jsiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist.
Leg 12 PQ #31519 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Dħul ta’ 50 ċenteżmu — proġetti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux se jinbeda xi proġett partikulari li se jiġi ffinanzjat mid-dħul li kien hemm s’issa mill-50 ċenteżmu ħlas tat-turisti għal kull lejl li turist iqatta' f'lukanda? Billi oriġinarjament kien intqal li l-Gvern kien se jagħmel top up ta' madwar żewġ miljuni fuq il-flus li jinġabru minn dan is-sors, jista' jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt hux se jkun hemm dan it-top up annwali, u jekk iva, jista' jassigura li dawn il-fondi fil-fatt jiġu użati għall-proġetti mressqa mill-kunsilli lokali, billi jidher li l-fondi li se jinġabru mill-50 ċenteżmu mhux se jintefqu fuq proġetti li huma prijorità fil-lokalitajiet rispettivi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 25615, datata 25 ta’ Mejju u numru W460, datata 10 ta’ Ottubru 2016.

Ir-Rabat – Triq Ġorġ Borg Olivier — Zebra Crossing

Question

Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni mill-aktar fis biex iż-zebra crossing li hemm fit-Triq Ġorġ Borg Olivier kważi kantuniera ma' Triq il-Kulleġġ titressaq iżjed 'l isfel, peress li tinsab eżattament kif iddur ma' kantuniera u tista’ tkun ta' periklu għal min jaqsam it-triq, u kif ukoll għas-sewwieqa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Traffic Management Unit ser jistudja u jevalwa din il-proposta biex jikkonkludi fuq l-aħjar soluzzjoni f’dan ir-rigward.

Ir-Rabat – Hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrapurtati hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali ġewwa r-Rabat (Malta) mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘l hawn? Kemm minnhom issolvew?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ serq irrapurtat minn djar u stabbilimenti lill-Pulizija fir-Rabat bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Jannar 2017 kien jammonta għal 38 każ, illi minnhom wieħed ġie solvut. Ma kienx hemm hold ups irrapurtati fl-istess perjodu.

Ħaż-Żebbuġ – Hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrapurtati hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali ġewwa Ħaż-Żebbuġ mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘l hawn? Kemm minnhom issolvew?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li kien hemm 13 -il rapport ta’ serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali rrappurtati lill-Pulizija f’Ħaż Żebbuġ bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Jannar 2017 u tlieta minnhom ġew solvuti. Ma kienx hemm każi ta’ hold ups fl-istess perjodu.

Ħad-Dingli – Hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrapurtati hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali ġewwa Ħad-Dingli mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘l hawn? Kemm minnhom issolvew?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li kien hemm tlett rapporti ta’ serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali rrappurtati lill-Pulizija f’Ħad Dingli bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Jannar 2017 u dawn għadhom mhux solvuti. Ma kienx hemm każi ta’ hold ups irrappurtati fl-istess perjodu.

L-Imtarfa – Hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrapurtati hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali ġewwa l-Imtarfa mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘l hawn? Kemm minnhom issolvew?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ serq irrapurtati minn djar u stabbilimenti lill-Pulizija fl-Imtarfa bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Jannar 2017 kien jammonta għal tlieta u dawn għadhom mhux solvuti. Ma kienx hemm każi ta’ hold ups irrapurtati fl-istess perjodu.

L-Imġarr – Hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrapurtati hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali ġewwa l-Imġarr mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘l hawn? Kemm minnhom issolvew?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li kien hemm ħames rapporti ta’ serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali rrappurtati lill-Pulizija fl-Imġarr bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Jannar 2017 u dawn għadhom mhux solvuti. Ma kienx hemm rapporti ta’ hold ups fl-istess perjodu.
Leg 12 PQ #31534 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Local Plan Review

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Local Plan Review huwiex imminenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li x-xogħol fuq ir-reviżjoni komprensiva tal-Pjanijiet Lokali kollha għal Malta u Għawdex kompla għaddej u issa qed ikun hemm focus fuq numru ta’ issues li huma ta’ natura aktar strateġika u li jinħtieġ ġbir ta’ aktar informazzjoni u evalwazzjoni ta’ options differenti

Pensjonijiet tad-Diżabilità — tipi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tibdiliet kien hemm fid-disability pension u x’tipi jeżistu (issa) u kif se jsir l-assessjar tal-każijiet u minn min se jsir l-assessjar? Jista’ jgħid kif u jekk hux se jkunu means tested, u jekk id-diżabilità tingħatax skont il-kundizzjoni speċifika jew jekk hux skont il-kwantità ta’ inkapaċità (skont l-Indiċi Barthel) tkun xi tkun il-kundizzjoni li persuna jkun ibati minnha? Jista’ jsemmi ċifri tat-tipi varji ta’ dan il-benefiċċju?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, bis-saħħa tar-riforma fl-Assistenza ta’ Diżabilità nħolqu tlett livelli: · Assistenza Mi ż juda għal Di ż abilità Severa – fejn persuna li tkun tbagħti minn diżabilità skont l-iskali fil-liġi u jkun ċertifikat minn Bord Multi Dixxiplinarju minn 0 sa 4 skont l-iskala Barthel jitqies eleġibli għal din l-assistenza. Din l-assistenza mhix means tested . Peress li hu benefiċċju ġdid għad ma jistax jingħata n-numru ta’ benefiċjarji. · Assistenza għal Di ż abilità Severa – Dan huwa l-istess benefiċċju li kien hemm qabel u sabiex persuna tikkwalifika, minbarra t-test tal-mezzi, irid ikollha diżabilità skont dak elenkat fl-iskeda tal-liġi tas-Sigurtà Soċjali. L-ammont ta’ benefiċjarji huwa ta’ 3307. · Assistenza għal Di ż abilità – Dan huwa benefiċċju ġdid għal persuni li għandhom riġel jew driegħ nieqes jew ma jiffonzjonax. Dan il-benefiċċju huwa means tested . Peress li dan huwa wkoll benefiċċju ġdid għad ma hemmx statistika dwar in-numru ta’ benefiċjarji.

Benefiċċju għall-persuni li jduru bil-ġenituri tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk mara miżżewġa ta’ età qabel il-pensjoni li tkun qiegħda ddur b’wieħed jew tnejn mill-ġenituri tagħha jew ta’ żewġha fl-istess domiċilju hijiex intitolata għal xi benefiċċju? Dan il-benefiċċju jkun means tested u jiddependi jekk il-mara jew żewġha jaħdmux? Dan il-benefiċċju jiddependi wkoll mill-kundizzjoni ta’ saħħa fiżika jew mentali tal-anzjan jew anzjana li qiegħda tiġi kkurata? Jekk ikun qed jingħata dan il-benefiċċju, l-anzjani jistgħu japplikaw biex joqogħdu f’dar residenzjali? Jekk l-anzjani huma ta’ ‘l fuq minn 75 sena, xorta jieħdu t-€300 fis-sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont il-parametri l-ġodda tal-Allowance Miżjuda għal Carers, persuna miżżewġa tista’ tapplika sabiex tieħu ħsieb lil ġenituri tagħha jew tal-konjuġi jekk ikunu qegħdin jgħixu fl-istess indirizz. Din l-allowance mhix means tested u min ikun qed jieħu ħsieb il-pazjent ma jridx ikun qed jaħdem. Il-pazjent jiġi sottomess għall-Bord Multi Dixxiplinarju li jara l-każ skont il-Barthel Index jew il-Mini-Mental State Examination. Ir-riżultat ta’ dipendenza tal-Barthel Index irid ikun fil-kategorija ta’ bejn 0 – 8 u r-riżultat ta’ dipendenza tal-Mini-Mental State Examination irid ikun fil-kategorija ta’ bejn 0 – 9. Il-pazjent jista’ japplika sabiex joqgħod f’dar residenzjali, iżda l-allowance miżjuda għal carers tieqaf hekk kif jibda jgħix f’dar residenzjali. Jekk l-anzjan ikun għadu jgħix fil-komunità, però mhux f’dar residenzjali, jibqa’ eliġibbli għall-għotja ta’ €300 fis-sena.
Leg 12 PQ #31539 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: STEPHEN SPITERI To: Ministeru għas-Saħħa

Fondazzjoni Richmond – servizzi offruti – fondi mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk is-servizzi offruti mill-Fondazzjoni Richmond li qed jirċievu fondi mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm ġew allokati flus din is-sena għal kull servizz mogħti minn din l-NGO u x’irid wieħed jagħmel biex jagħmel użu minn dawn is-servizzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizzi mogħtija mill-Fondazzjoni Richmond li huma megħjuna finanzjarjament mill-Gvern jinkludu akkommodazzjoni provduta għall-pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali fi tlett hostels li jinsabu f’Ħal Qormi, Ħ’Attard u Raħal Ġdid. Dar il-Merill f’Ħal Qormi, Villa Rubery ġewwa Ħ’Attard u l-Hostel f’Raħal Ġdid joffru servizz ta’ akkomodazzjoni għal 34 pazjent. Dawn il-pazjenti jingħatalhom ukoll servizz ta’ kura għal 24 siegħa kuljum. Jingħatalhom is-sapport meħtieġ minn Carers speċjalizzati fil-qasam tal-kura tas-Saħħa Mentali. Ninfurmah ukoll li wara li l-pazjenti jkun sarilhom diversi follow ups u aktar tard assessment minn tim multidixxipplinarju, dawn ikunu jistaw jgħixu kemm jista’ jkun indipendenti fi djarhom jew f’wieħed mill- hostels tal-Fondazzjoni Richmond filwaqt li xorta jkunu qed jieħdu l-kura u s-sapport minn nies professjonali f’dan il-qasam.

Psychology and Family Therapy Services — professjonisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-Psychology and Family Therapy Services? Jista’ jgħid kemm hemm professjonisti joffru dawn is-servizzi u kemm kien hemm familji li bbenefikaw minn dawn is-servizzi mis-sena 2014 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej: · Fis- Psychology Team bħalissa hemm 5 impjegati jaħdmu full-time, 11 jaħdmu part-time jew siegħat mnaqqsa u waħda li qiegħda fuq unpaid leave. In-numru ta’ persuni u familji li ħadem magħhom Is- Psychology Team , huwa kif ġej: 2014: 278 persuna, 2015: 287 persuna u 38 familja, 2016 (sa Ġunju): 179 persuna u 17-il familja. · Fil-Family Therapy Services bħalissa hemm 3 impjegati full-time, 3 part-time jew b’sieghat imnaqqsa u waħda fuq unpaid leave. In-numru ta’ persuni u familji li ħadmu magħhom il-ħaddiema tal-Family Therapy Services, huwa kif ġej: 2014: 93 persuna, 2015: 132 persuna u 23 familja, 2016 (sa Ġunju): 101 persuna u 6 familji.

Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità – Servizz ta’ Outreach

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-servizz ta’ Outreach mogħti mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità? Jista’ jgħid x’għandu wieħed jagħmel biex jirċievi dan is-servizz u kemm hemm klijenti li bħalissa qed jirċievu dan is-servizz u jekk hemmx xi waiting list?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, is-servizz ta’ Outreach jikkonsisti f’assessjar minn tim professjonali bħal infermiera, social worker u terapisti. Mill-assessjar joħroġ jekk l-klijent għandux bżonn li jiġi assistit minn carers. L-għan tas-servizz huwa li l-klijent jerġa’ jikseb l-indipendenza tiegħu. Minn naħa l-oħra qed naraw ukoll li t-talba għall-għajnuna ta’ Respite ġewwa d-dar tal-klijent żdiedet drastikament minn sena għal sena, fil-fatt ser jibda servizz ġdid li tħabbar fil-baġit ta’ Respite fid-dar. Bħalissa ma hemmx waiting list għas-servizz ta’ Outreach. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, fis-sena 2016, kienu 50 klijent li għamlu użu mis-servizz ta’ Outreach.