Junction tal-Marsa – rilokazzjoni tal-fabbriki li ser jitwaqqgħu
Question
Jista' l-Ministru jgħid sa meta għandhom jiġu rilokati l-fabbriki li ser jitwaqqgħu minħabba l-Junction tal-Marsa?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-negozjati dwar ir-rilokazzjoni tal-fabbriki li se jitwaqqgħu minħabba l-Junction tal-Marsa waslu fi stat avvanzat.
Organizzazzjonijiet volontarji – ħaddiema taċ-ċivil li ġew seconded
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30750, jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-organizzazzjonijiet volontarji li magħhom ġew seconded il-ħaddiema taċ-ċivil?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-organizzazzjonijiet volontarji huma KOPIN (Koperazzjoni Internazzjonali), M3P (Malta Media Memory Preservation), Nature Trust (Malta) u The Gaia Foundation.
Servizz Pubbliku – post ta’ messaġġier — riżultati
Question
B'referenza għall-aħħar eżami li sar għall-post ta' Messaġġier mas-Servizz Pubbliku, li r-riżultat tiegħu ġie ppubblikat f'Novembru 2016, jista' l-Prim Minsitru jgħid x'inhi r-raġuni li ħadd minn dawk li għaddew mill-eżami ma għadu ġie promoss għal dan il-post? Jista' jgħid meta hu maħsub li se jibda il-proċess biex jiġu appuntati dawk li għaddew?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm proċessi li għaddejin quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u li jitlestew din il-gimgha. Il-ħatriet għandhom joħorgu fil-jiem li gejjin.
Transport Malta – Applikazzjoni għall-finanzjament ta’ toroq fil-kampanja minn Fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta hux ser tkun qiegħda tapplika, jew jekk hux diġà applikat għall-finanzjament ta' toroq fil-kampanja skont l-iskema li tħabbret mis-Segretarju Parlamentari Ian Borg għall-finanzjament ta' xogħol fit-toroq fil-kampanja, mill-fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (MIZZI, JOE)
Ninfoma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta bħalissa qiegħda fl-istadju ta’ applikazzjoni sabiex jiġu ffinanzjati numru ta’ toroq rurali madwar Malta.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn twaħħlu bus shelters madwar Malta u Għawdex, bejn l-2013 u llum? Fejn twaħħlu, lokalità b’lokalità? Liema bus shelters oħra huma mistennija li jitwaħħlu, fejn u meta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li minn Marzu 2013 twaħħlu żewġ canopies kbar fejn wieħed ikun jista’ jistkenn mill-elementi waqt li jkun qiegħed jistenna l-karrozzi tal-linja. Dawn il-canopies twaħħlu ġewwa l-Isptar Mater Dei u fil-Ferry Terminal taċ-Ċirkewwa.
Infurmat ukoll li twaħħlu 17-il
bus shelter
ġdid fil-lokalitajiet sussegwenti:
Fgura
2
Marsaskala
2
Marsa
1
Qawra/ Buġibba
1
Birkirkara/ Fleur De Lys
3
Sliema
4
Ta’Xbiex
1
Mtarfa
1
Qrendi
1
Rahal Ġdid
1
Hekk kif kont aċċennajt drabi oħra, Transport Malta kienet qed tiltaqa’ ma’ diffikultajiet mal-kuntrattur eżistenti sabiex jiġu installati bus sheltersġodda. Għaldaqstant Transport Malta, fl-aħħar tas-sena li għaddiet, ħarġet Request for Proposal ġdida sabiex tkun tista’ twaħħal numru ta’ bus sheltersġodda madwar Malta u Għawdex. Jien infurmat li din ir-Request for Proposals qiegħda fi stat avvanzat ta’ aġġudikazzjoni.
Huwa ppjanat li jitwaħħlu 60 bus shelters ġodda fil-lokalitajiet sussegwenti:
Lokalita’
Numru ta' Bus Shelters
Triq il-Kosta St. Paul’s Bay, Naxxar (Salina and Baħar iċ-Ċagħaq)
9
Fgura
3
Buġibba/ Qawra
2
Naxxar
2
Triq Aldo Moro, Marsa
1
Luqa
3
Mosta
2
San Ġwann
3
Msida
1
Tal-Qroqq 2, Msida
1
Siġġiewi
3
Xgħajra
2
Birżebbuġia
1
Balzan
1
Attard
2
Gudja
2
Mtarfa
2
Marsaskala
1
Mġarr
2
Tarxien
2
Żejtun
4
Għajnsielem
2
Xgħara
1
Għarb
1
Munxar
1
Żurrieq
1
Qormi
3
Ħaż-Żebbuġ
2
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li ssir ir-reviżjoni tal-ħinijiet tal-karozzi tal-linja, wara li l-kumpanija tat-trasport pubbliku li qed topera llum, issa ilha ċertu żmien taħdem? Liema rotot ġodda huma mistennija li jibdew joperaw, u meta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2015 kien ġie introdott in-network il-ġdid tat-trasport pubbliku fejn dan in-network kien fisser żieda medja ta’ 400 vjaġġ kuljum, l-introduzzjoni ta’ 24 rotta ġdida kif ukoll modifiki f’43 rotta eżistenti. Dan it-tibdil kien żied il-kilometraġġ tan-network b’madwar 2.5 miljun kilometru fis-sena.
Is-sena li għaddiet komplejna nirfinaw dan in- network billi immodifikajna jew estendejna ċertu rotot, daħħalna rotot ġodda kif ukoll għamilna modifiki fuq il-frekwenza ta’ rotot oħra. Fis-sajf konna wkoll immodifikajna frekwenzi fuq ċertu rotot sabiex dawn jirriflettu aħjar id-domanda li jġib miegħu dan l-istaġun.
Bl-introduzzjoni tat-transport card, magħrufa aħjar bħala t-Talinja Card, issa qed ikollna għad-dispożizzjoni tagħna stampa aktar ċara tan-numru ta’ passiġġieri li jkunu qed jagħmlu użu mis-servizz tat-trasport pubbliku. Sabiex l-analiżi ta’ din l-informazzjoni tkun aktar eżatta, wieħed irid janalizza din l-informazzjoni fuq perjodu ta’ żmien. B’din l-informazzjoni wieħed jkun jista’ jidentifika rotot fejn il-frekwenza hija adekwata, għandha bżonn li tiżdied jew saħansitra titnaqqas f’ċertu ħinijiet jew perjodi minħabba nuqqas ta’ patrunaġġ.
Fil-ġranet li ġejjin huwa wkoll mistenni li jitħabbru xi tibdil f’ċertu rotot.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — entitajiet - kawżi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ma kellha l-ebda konfront indirizzat dirett lejha minn meta twaqfet f’April 2016 sa issa pero’ ġiet kjamata in kawża f’erba’ kawżi dwar ċirkustanzi u, jew materja li ppreċedew l-ERA filwaqt li l-WasteServ ġiet kjamata in kawża fuq 5 ċirkustanzi f’dawn l-aħħar ħames snin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — entitajiet - kawżi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni dwar in-numru ta' kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitatajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi f'dawn l-aħħar ħames snin qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma lill-Onor. interpellant li kien għad jonqos tingħata informazzjoni mill-Università ta' Malta. Dan it-tagħrif ikun jista' jingħata bħala informazzjoni addizzjonali hekk kif tingħatali din l-informazzjoni. Infurmat ukoll li l-entitajiet l-oħra fil-Ministeru tiegħi ma kellhomx kawżi fil-konfront tagħhom.
(
Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 8585 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 492, nhar l-Erbgħa 8 ta' Marzu 2017)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
It-tagħrif li talab dwaru l-Onor. Interpellant jidher hawn taħt:
Numru ta’ kawżi fil-konfront ta’ awtoritajiet/entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Finanzi
Awtorità/Entità
Ġurisdizzjoni
2012
2013
2014
2015
2016
Malta
Financial
Services
Authority
Tribunal
dwar Servizzi Finanzjarji
2
2
1
3
10
Qorti
1
1
-
1
-
Malta
Stock
Exchange
Qorti
3
2
1
1
1
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.
Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur — ilmenti li jsiru minn konsumaturi fuq il-ġurnali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur isegwix l-ilmenti li jsiru minn konsumaturi fuq il-ġurnali? Jekk dan ma jsirx, tista’ l-Ministru tispjega għalfejn dan ma jsirx?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur isegwi kull ma jkun hemm fil-ġurnali u fejn ikun il-każ jieħu passi kif meħtieġ.
Uffiċċju għall-Kompetizzjoni — Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid, minn mindu daħlu fis-seħħ ir-regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet permezz ta’ Avviż Legali 294 tal-2002 u kif sussegwentement emendat, kemm, sena b’sena, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ħareġ deċiżjonijiet f’dan ir-rigward u liema setturi tal-ekonomija dawn kienu jikkonċernaw?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ma għandux statistika ta' kemm ħareġ deċiżjonijiet minn mindu daħlu fis-seħħ ir-regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet permezz ta’ Avviż Legali 294 tal-2002.
Nirreferi lill-Onor. Interpallant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30594 fejn hemm in-numru ta' deċiżjonijiet li ħareg l-Uffiċċju sena b'sena minn meta saru l-emendi fl-2011.
Is-setturi tal-ekonomija konċernati kienu dawk tal-manifattura u l-industrija tas-servizzi.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ċirkostanzi, minn Marzu 2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fejn id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni), wara li jkun notifikat minn qabel dwar konċentrazzjoni u wara l-valutazzjoni tas-suq konċernat li d-Direttur Ġenerali jkun għamel, ħareġ deċiżjoni fejn m’approvax dik il-konċentrazzjoni notifikata? Jekk kien il-każ, tista’ l-Ministru tgħid meta kien dan?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ma kienx hemm ċirkostanzi fejn id-Direttur Ġenerali ħareġ deċiżjoni fejn m’approvax il-konċentrazzjoni notifikata.
Malta Competition and Consumer Affairs Authority – ingaġġ ta’ impjegati ġodda
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda mal-Malta Competition and Consumer Affairs Authority, xahar b’xahar, minn Jannar 2013 sal-lum? Tista’ tgħid kemm u liema minnhom ġew ingaġġati wara sejħa pubblika u kemm iddaħħlu fuq bażi ta’ xi forma ta’ fiduċja mingħajr sejħa pubblika?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Malta Competition and Consumer Affairs Authority – ingaġġ ta’ impjegati ġodda
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huma, liema huma u xi gradi huma l-pożizzjonijiet fi ħdan il-Malta Competition and Consumer Affairs Authority li ġew mimlija permezz ta’ ingaġġ ġdid minn Jannar 2013 sal-lum? Tista’ tgħid kemm u liema minnhom ġew ingaġġati wara sejħa pubblika u kemm iddaħħlu fuq bażi ta’ xi forma ta’ fiduċja mingħajr sejħa pubblika? F’kull każ, tista’ telenka l-kwalifiki ta’ kull persuna li qed tokkupa dawn il-karigi? F’kull każ, tista’ tgħid mil-liema lokalità ġejjin l-individwi li mlew dawn il-karigi? F’kull każ, tista’ tgħid x’inhu l-pakkett ta’ salarju u perkaċċi marbut ma’ kull pożizzjoni?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba li tista' tingħata.
Malta Competition and Consumer Affairs Authority – ingaġġ ta’ impjegati ġodda permezz ta’ sejħa interna
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huma, liema huma u xi gradi huma l-pożizzjonijiet fi ħdan il-Malta Competition and Consumer Affairs Authority li ġew mimlija permezz ta’ sejħa interna minn Jannar 2013 sal-lum? F’kull każ, tista’ telenka l-kwalifiki ta’ kull persuna li qed tokkupa dawn il-karigi? F’kull każ, tista’ tgħid mil-liema lokalità ġejjin l-individwi li mlew dawn il-karigi? F’kull każ, tista’ tgħid x’inhu l-pakkett tas-salarju u perkaċċi marbut ma’ kull pożizzjoni?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba