Heritage Malta – ħaddiema li jattendu konferenzi u esebizzjonijiet barra minn Malta
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27826, jista’ l-Ministru jispeċifika kemm ħaddiema ta' Heritage Malta attendew xi konferenza barra minn xtutna minn Marzu 2013 s’issa? Jista' jgħid fuq liema suġġetti kienu dawn il-konferenzi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li minn Marzu 2013 sa issa kien hemm għoxrin okkażjoni meta uffiċjali ta’ Heritage Malta attendew jew taw preżentazzjoni waqt konferenza. L-okkazjonijiet kienu varji u s-suġġetti kienu jinkludu arkeoloġija, arti, IT, proġetti partikolari, storja militari u marittima.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni ħa jerġa’ jinfetaħ għall-ħabta ta' Settembru 2017 filwaqt li l-MUŻA ħa jinfetaħ f'Jannar tal-2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif diġà ngħad diversi drabi huwa ppjanat li l-Ipoġew jinfetaħ matul din is-sena filwaqt li l-MUZA jinfetah matul l-2018.
MUŻA – Request for Proposal for Concept and Related Product Design
Question
B'referenza għas-sejħa li ħarġet Heritage Malta bl-isem ta' Request for Proposals for Concept and Related Product Design for MUŻA HM28/7/2016, jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li taw kontribut fit-tfassil ta' dan id-dokument?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li d-dokument imsemmi ġie mhejji bil-kontribuzzjoni tal-kuraturi kkonċernati kif ukoll ta’ uffiċjali fid-dipartiment tal-marketing tal-aġenzija.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27813, jista' l-Ministru jgħid għaliex l-uffiċċju tal-HR fi ħdan Heritage Malta ma nkoraġġiex lill-ħaddiema tal-istess Aġenzija sabiex jattendu għal din l-inizjattiva ferm relevanti għal xogħolhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-uffiċċju tal-HR fin ħdan Heritage Malta għamel ix-xogħol kollu li kellu jagħmel f’każijiet bħal dawn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu talbiet ta’ petizzjonijiet taħt is-sistema kif stabbilita fl-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja Kap. 291 tal-Liġijiet ta’ Malta? Kemm minnhom daħlu direttament u elettronikament? Kemm minnhom ġew milqugħa u kemm ġew miċħuda?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu wara r-rapport li deher fil-ħarġa tal-24 ta’ Frar 2017 tal-Orizzont dwar qatran li nxteħet mal-irdum ta’ ħdejn Għar Ħasan?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li Uffiċċjali mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi spezzjonaw is-sit wara r-rapport fil-gazzetta u kkonfermaw li dan iż-żejt kien l-istess li kien ġie mitfugħ fuq l-Irdum tal-Mara ħdejn Għar Ħasan numru kbir ta’ snin ilu. Ma kienx hemm żejt frisk li seta’ intefa’ riċentement.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw u ngħataw b’donazzjonijiet kotba lil-librerija pubblika ta’ Raħal Ġdid tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa tul l-istess 2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika ta' Raħal Ġdid tul is-sena 2016 inxtraw 160 ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 657 ktieb ingħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 27,803 kotba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-parole taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta Malta, tul is-sena 2016? Kemm minnhom ġew milqugħa u kemm le? Kemm minnhom ġew revokati?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, ninsab infurmat li kien hemm total ta’ 70 talba, 20 Liċenzja tal-Parole li ġew milqugħa, 48 li ma ġewx milqugħa u 2 li ġew revokati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Bord tal-Parole taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta’ Malta fis-sena 2015 u 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fis-sena 2015, il-Bord iltaqa’ 16 -il darba u fl-2016 iltaqa’ 11 -il darba.
Jista’ l-Ministru jgħid minn min huwa preżentament kompost il-Bord tal-Parole taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta’ Malta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord huwa kompost mill-membri kif kien ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern 19,125 datata 20 ta’ Awissu 2013.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'fondi għandha disponibbli l-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi? Xi proġetti hu mistenni li tkun qed twettaq din is-sena? Fejn se jkunu dawn l-investimenti? Billi ma jidhirx li hemm fondi speċifiċi fil-budget ta' din is-sena, jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li l-Fondazzjoni tingħata fondi mhux diġà budgeted għal din is-sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-Vot tal-Baġit tal-Ministeru għat-Turiżmu, fejn l-ammont ta’ fondi allokati għall-Fondazzjoni għall-Iżvilupp ta’ Żoni Turistiċi huma diġa’ disponibbli b’mod pubbliku fuq is-sit elettroniku www.finance.gov.mt. Il-proġetti illi ser jiġu mwettqa mill-Fondazzjoni din is-sena, jiġu mħabbra fil-mument opportun.
San Pawl il-Baħar — Triq San Pawl - main tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Prim Ministru jinvestiga jekk il-main tad-drenaġġ fi Triq San Pawl f'San Pawl il-Baħar, għandux partijiet madwaru li sfrundaw, peress li għal numru kbir ta' metri hemm it-triq li sfrundat bejn wieħed u ieħor fil-linja tal-istess main tad-drenaġġ? Jista' jara li ssir spezzjoni bil-cameras fl-istess main? Meta saret l-aħħar tali spezzjoni f'din il-parti tat-triq?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-ispezzjonijiet bil-cameras saru madwar sentejn ilu u minn dakinhar ’l hawn inbidlu diversi partijiet mill-main. Il-Korporazzjoni titlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħti indikazzjoni ċara għal-liema parti ta’ Triq San Pawl qed jirreferi sabiex il-każ ikun jista’ jiġi evalwat aħjar.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – persuni ta’ fiduċja f’entitajiet
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 29612 u tgħid kemm-il persuna ngħatat impjieg bħala persuna ta’ fiduċja (person of trust) ma’ entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru rispettiv fl-2014, fl-2015 u fl-2016? Tista’ tgħid minn dawn il-persuni li ġew impjegati bħala person of trust, kemm minnhom illum qed jaħdmu bħala impjegati regolari ma’ entitajiet tal-Gvern?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li fis-sena 2014, tlett persuni ngħataw impjieg bħala persuna ta’ fiducja. Tnejn minn dawn il-persuni, illum qed jaħdmu bħala impjegati regolari ma’ entitajiet tal-Gvern.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29602 u jagħti spjegazzjoni dettaljata dwar kif ser tkun qed titħallas u lil min ser ikun qed jitħallas il-finanzjament taħt Vot 29 Information Services għas-sena 2016? Jista’ jgħid kemm-il direct order sar u lil min saru, taħt dan il-vot u jekk kienx hemm pagament li sar b’proċess ta’ tender? Din il-mistoqsija qed issir b’referenza għall-informazzjoni li qed tidher taħt Vot 5 fl-Estimi Supplimentari.
Vot 31 Professional Services għas-sena 2016 — pagamenti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29603 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar fiex kienu jikkonsistu l-pagamenti, lil minn saru u għal liema raġuni saru dawn il-pagamenti relatati mal-Vot 31 Professional Services għas-sena 2016 taħt Vot 5 kif jidher fl-Estimi Supplimentari?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29605 u jagħti spjegazzjoni lill-Kamra għal liema raġuni qed issir talba ta’ żieda ta’ €2,400,000 għal Vot 5808 EU-Africa Summit u jgħid:
a) x’pagamenti ser ikun qed isiru b’dawn iż-€2,400,000;
b) lil min ser ikunu qed isiru jew saru b’
direct orders
; u
c) x’pagamenti saru jew ser ikunu qed isiru bil-proċess ta’
tendering
għall-attività tal-
EU-Africa Summit
?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29604 u jagħti spjegazzjoni lill-Kamra għal liema raġuni qed issir talba ta’ €3,200,000 għal Vot 5365 CHOGM 2015 u jgħid:
a) x’pagamenti ser ikunu qed isiru sabiex jitħallas dan l-ammont ta’ flus mitluba;
b) lil min ser ikunu qed isiru;
c) x’pagamenti ser ikunu qed isiru jew saru b’
direct orde
r
; u
d) x’pagamenti saru jew ser ikunu qed isiru fil-proċess ta’
tendering
għall-attività ta’ CHOGM 2015?
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif kemm hu n-numru ta' quad bikes li huma reġistrati ma’ Transport Malta? Kemm minn dawn huma reġistrati bħala li jistgħu jinkrew? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta tagħmilx spezzjonijiet partikulari dwar dawn il-quad bikes?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ quad bikes li huma rreġistrati ma’ Transport Malta huwa ta’ 605. Minn dan l-ammont hemm 151 irreġistrati li jistgħu jinkrew. Fuq il-quad bikes issir spezzjoni normali.
Jista’ l-Ministru jippreżenta d-dokumenti kollha nkluż ir-rapport tal-accountant/awditur tal-laqgħa tal-Kunsill Valletta li saret fit-13 ta’ Frar 2017?
Għalliema tal-braille għall-persuni neqsin mid-dawl kif ukoll mis-smiegħ
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31301, jista' l-Ministru jwieġeb jekk hawnx għalliema li jgħallmu l-braille lill-persuni li jkunu neqsin kemm mid-dawl kif ukoll mis-smiegħ, għaliex it-tweġiba li ngħatat tittratta biss dawk li huma neqsin mid-dawl biss?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan id-Dipartiment Servizzi għall-Istudent hemm tliet għalliema li jagħtu sapport professjonali fl-iskejjel lil studenti li huma neqsin mid-dawl. Dan jinkludi wkoll it-tagħlim tal-Braille. Fejn ikun hemm każijiet ta’ tfal li jkunu neqsin kemm mid-dawl kif ukoll mis-smigħ, dawn l-istudenti jiġu segwiti kemm mill-għalliema għal studenti neqsin mid-dawl kif ukoll minn tim ta’ għalliema ta’ studenti neqsin mis-smigħ (Teachers for the Hearing Impaired). Bħalissa f’dan id-dipartiment hemm tlettax-il għalliem ta’ studenti neqsin mis-smigħ.