Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skola Primarja tan-Naxxar — preżenza ta' pulizija

Question

Jista' l-Ministru jara li fil-ħin ta' dħul u ħruġ mill-Iskola Primarja tan-Naxxar, ikun hemm preżenza regolari tal-pulizija, liema preżenza fl-aħħar ġimgħat ġiet innutata li kienet nieqsa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li, saru l-verifiki mal-uffiċċjali responsabbli mid-duties tan-Naxxar, li kkonfermaw illi fil-ħin tad-dħul u l-ħruġ mill-Iskola Primarja tan-Naxxar, dejjem ikun hemm uffiċċjal tal-pulizija iddettaljat. Ninforma wkoll lil Onororevoli Interpellant illi l-Att dwar il-Kunsilli Lokali (Kap 363) jesiġi, illi l-Kunsilli Lokali għandhom jipprovdu għall-ħarsien tat-tfal tal-iskola qrib l-iskejjel.

Pont tal-Mistra – rapporti dwar ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe rapport li sar min-nies tekniċi dwar il-ħsarat/kundizzjonijiet tal-istat li jinsab fih il-pont tal-Mistra?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qatt ma rreferiet għal rapporti imma għal investigazzjonijiet li dejjem kienu ta’ natura viżwali u li s’issa indikaw li ma hemm l-ebda periklu imminenti. Intant, Transport Malta qiegħda fil-proċess li tipprepara tender sabiex jitneħħew is-siġar minn mal-istruttura u b’hekk ikun jista’ jsir studju iktar profond fuqha.

L-Imdina – Hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrapurtati hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali ġewwa l-Imdina mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘l hawn? Kemm minnhom issolvew?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li kien hemm tlett rapporti ta’ serq u dawn għadhom mhux solvuti. Ma kienx hemm kazi ta’ hold ups irrapurtati fl-istess perjodu.

Awtorità tad-Djar — skema fuq sussidju ta’ 2.5% fuq self mill-banek

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mill-iskema maħruġa mill-Awtorità tad-Djar fis-sena 2012 immirata sabiex jingħata sussidju ta’ 2.5% fuq is-self mill-Banek għax-xiri tal-ewwel residenza mingħand il-privat fuq l-ewwel €80,000 self?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, kienu 231 persuna li bbenefikaw minn sussidju ta’ 2.5% fuq is-self minn Banek taħt l-Iskema maħruga mill-Awtorita’ tad-Djar fl-2012.

Awtorità tad-Djar – għajnuna lill-għaqdiet Volontarji — servizz ta’ housing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm l-Awtorità tad-Djar assistiet għaqdiet volontarji li jipprovdu servizzi ta’ housing lill-persuni fil-bżonn fis-sena 2014? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża u f’liema forma ngħatat din l-assistenza? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn l-organizzazzjonijiet li bbenefikaw minn din l-assistenza u kemm kien l-ammont li ngħata f’kull każ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tad-Djar – għajnuna lill-għaqdiet Volontarji — servizz ta’ housing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm l-Awtorità tad-Djar assistiet għaqdiet volontarji li jipprovdu servizzi ta’ housing lill-persuni fil-bżonn fis-sena 2015? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża u f’liema forma ngħatat din l-assistenza? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn l-organizzazzjonijiet li bbenefikaw minn din l-assistenza u kemm kien l-ammont li ngħata f’kull każ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tad-Djar – għajnuna lil għaqdiet Volontarji — servizz ta’ housing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm l-Awtorità tad-Djar assistiet għaqdiet volontarji li jipprovdu servizzi ta’ housing lill-persuni fil-bżonn fis-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża u f’liema forma ngħatat din l-assistenza? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn l-organizzazzjonijiet li bbenefikaw minn din l-assistenza u kemm kien l-ammont li ngħata f’kull każ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tad-Djar – sit elettroniku – ammont ta’ viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ viżitaturi fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tad-Djar matul is-snin 2014, 2015 u 2016, sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm-il talba rċeviet l-Awtorità tad-Djar minn fuq dan is-sit fis-snin imsemmija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #31565 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-irkoppa — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, rigward operazzjoni tal-irkoppa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ qed ikun segwit.

Housing — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta' housing li ilu li applika 10 snin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Sussidju fuq kamra tal-banju — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward sussidju fuq ħsarat tal-kamra tal-banju?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna li għaliha qegħda ssir referenza applikat għal xogħlijiet li għalihom fl-2001 diġa kienet ibbenefikat minn sussidju.

pensjoni tar-romol — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward pensjoni tar-romol?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu ġie mistħarreġ u l-persuna indikata ġiet infurmata permezz ta' ittra.

Pensjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li skont ir-records se tispiċċa ta’ 63 sena u se tispiċċa b’pensjoni ta’ 10 snin bolol fejn se tispiċċa b’€65 fil-ġimgħa u taħseb li hemm xi żball?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu ġie mistħarreġ u s-Sinjura ser tkun infurmata permezz ta' ittra uffiċjali.

Għajnuna ta’ mard – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mhijiex intitolata għall-għajnuna tal-mard u dan meta d-dħul tagħha ma jaċċedix dak rikjest mil-liġi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ tal-persuna msemmija kien maħdum mill-ġdid wara li reġgħet applikat fejn issa l-kapital mhux jeċċedi dak stabbilit mill-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.

General Crime – każijiet irrapurtati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet irrapurtati bħala general crime fis-sena 2013, 2014, 2015 u 2016 sena b'sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Każijiet ta’ serq irrapurtati lill-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrapurtati lill-Pulizija sena b'sena mill-2013 sal-2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, ninsab infurmat li l-każijiet ta’ serq irrapurtati lill-Pulizija huwa kif ġej; 2013 2014 2015 2016 8469 8198 8653 8821

Każijiet ta’ serq — klassifikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-każijiet ta’ serq irrapurtati lill-Pulizija jiġux ikklassifikati f'kategoriji u tipi ta’ serq varji, u jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’inhuma dawn il-kategoriji varji ta’ serq u jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq għal kull kategorija għas-sena 2013, 2014, 2015 u 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Heritage Malta – uffiċjali ta’ sigurtà – taħriġ ta’ Customer Care

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27838, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb sabiex l-uffiċjali tas-sigurtà li huma ngaġġati ma' Heritage Malta jingħataw taħriġ bażiku ta' Customer Care? Jista' jelabora iktar dwar fiex jikkonsisti t-taħriġ bażiku li tagħti Heritage Malta lil dawn il-ħaddiema?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-uffiċjali tas-sigurtà jkollhom it-taħriġ kollu meħtieġ bil-liġi sabiex ikollhom liċenzja ta’ uffiċjali tas-sigurtà. It-taħriġ bażiku li qed issir riferenza għalih jikkonsisti f’li l-uffiċjali msemmija jkunu jafu jwieġbu mistoqsijiet bażiċi dwar is-servizzi li joffri s-sit partikolari li jkunu jaħdmu fih.

Heritage Malta — Collections Management – sistema ġdida

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27833, jista' l-Ministru jgħid x’inhu l-budget ta' Heritage Malta allokkat għas-sistema l-ġdida tal-Collections Management? Jista' jgħid meta se tiġi varata din is-sistema l-ġdida?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li ma hemmx budget speċifiku għall-collections management. F’dan l-istadju huwa prematur li wieħed jistabbilixxi ħtiġijiet finanzjarji u dati ta’ implimentazzjoni.