Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kumpaniji tal-Gaming — liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji tal-Gaming li kellhom liċenzja biex jaħdmu f’Malta sal-aħħar tal-2012? Jista’ jgħid kemm kienu jħaddmu nies dawn il-kumpaniji?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Sal-aħħar tal-2012 kien haw 275 kumpanija tal-Gaming liċenzjati ġewwa Malta b’ total ta’ 410 liċenzja. Sal-aħħar ta’ Jannar 2017 in-numru ta’ kumpaniji tal-Gaming kien ilaħħaq 265 b’ total ta’ 522 liċenzja. Is-settur illum il-ġurnata huwa wieħed aktar matur u konsolidat li wassal għal żieda fl-ammont ta’ liċenzji u tnaqqis fin-numru ta’ kumpaniji.

Child Daycare Centres liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn Child Daycare Centres liċenzjati f’Malta kull sena fis-snin 2010, 2011 u 2012?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Għaqdiet mhux governattivi li bbenefikaw miċ-ċittadinanza b’investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħidilna kemm ibbenefikaw għaqdiet mhux governattivi mill-iskema ta’ ċittadinanza b’investiment minn meta daħlet fis-seħħ s’issa?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 30084.

Sistemi teknoloġiċi fil-qasam tal-Ġustizzja

Question

Jista’ l-Ministru jelenka s-sistemi teknoloġiċi li ġew introdotti minn dan il-Gvern fil-qasam tal-Ġustizzja?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ sistemi teknoloġiċi li ġew introdotti fil-qasam tal-Qrati tal-Ġustizzja mill-2013 sallum.
Leg 12 PQ #31451 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Għawdex — Skola Sir M. A. Refalo Sixth Form College - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa mistenni li se jqum ix-xogħol fuq ir-ristrutturar tal-Iskola Sir M. A. Refalo Sixth Form College Għawdex sabiex parti minn din l-iskola tkun tista' tintuża minn Barts School? Jista' jgħid jekk dawn l-ispejjeż humiex ser jitħallsu mill-Gvern jew inkella minn Vitals Global Healthcare? Kemm studenti huwa maħsub li ser jagħmlu użu minn din l-iskola fl-ewwel sena tagħha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #31452 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – hospital waiting lists — kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ngħata lil Nexia BT fl-2015 jew fis-snin ta' qabel biex jagħmlu rapport dwar il-hospital waiting lists f’Mater Dei, liema kuntratt ingħata taħt negotiated procedure?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi waqt li l-kumpanija msemmija minnu kellha kuntratt mal-Ministeru tal-Enerġija u Saħħa, din il-kumpanija ma kinitx imqabbda tagħmel rapport dwar il-hospital waiting lists. Il-kuntratt twaqqaf f’Ġunju tal-2016.
Leg 12 PQ #31453 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet u kliniċi privati – ħlas għal xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas il-gvern lill-isptarijiet u l-kliniċi privati għal xogħol li dawn għamlu lill-Gvern bħala ammont total għal kull sena fis-snin 2013, 2014, 2015 u fis-sena 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni hija ta’ natura kummerċjali.

Dar tal-Anzjani tal-Mosta – sejħa għall-offerti/kwotazzjonijiet għal dishwasher

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx sejħa għall-offerti jew kwotazzjonijiet sabiex jinxtara dishwasher ġdid fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta wara li l-istess apparat kien ilu bil-ħsara għal kważi tliet xhur? Jekk ħarġet sejħa għall-offerti jew kwotazzjonijiet, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokumenti li juru min kienu dawk il-kumpaniji li ssottomettew l-offerta u kemm kien il-prezz ikkwotat minn kull kumpanija għal din l-istess apparat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Servizz tal-Meals on Wheels

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jiswa s-servizz tal-Meals on Wheels għal kull ġurnata u għal kull persuna (prezz imħallas minn min qed jixtri s-servizz flimkien mal-parti ssussidjata mill-Gvern) sa Jannar 2017 u kemm ġej jiswa l-istess servizz wara Frar 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Fondazzjoni Arka – għajnuna minn skema f’ikel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li l-Fondazzjoni Arka twaqfitilhom l-għajnuna minn skema f'ikel mill-Unjoni Ewropea li kienu ilhom snin jingħataw?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, skont kif hemm stabbilit fil-Programm Operattiv tal-Fond għall-Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn għall-2014-2020 (FEAD) maqbul bejn Malta u l-Kummissjoni Ewropea, dawk il-familji li jissodisfaw l-kriterji li jaqgħu taħt l-erba’ kategoriji stabbiliti biss, huma intitolati li jirċievu ikel taħt l-programm kurrenti.

Kartuna s-Safra u r-Roża – benefiċċji u servizzi

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni dwar it-tibdil li sar fil-mod kif kienu jitħaddmu u kif qed jitħaddmu llum is-servizzi u l-benefiċċji relatati mal-kartuna s-safra u dik roża?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli. Interpellant illi, sabiex persuna tinħarġilha l-Karta r-Roża trid tippreżenta f’xi uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, riċetta mingħand it-tabib tagħha, tal-mediċini li għandha bżonn. Jekk il-persuna tkun benefiċjarja ta’ Benefiċċju mhux Kontributorju, jew tkun persuna li kienet tbati mid-dijabete’ qabel Ġunju 2012 u għażlet li tibqa’ bil-karta r-roża, jew inkella tkun tgħaddi mit-test tal-mezzi, kif stabbilit fil-liġi tas-Sigurtà Soċjali, tinħarġilha l-Karta r-Roża. L-uniku tibdil li kien hemm rigward il-Kkarta r-Rroża kien fit-test tal-kapital, li minn €9,320 żdied għal €14,000 għal persuni singoli, filwaqt li minn €16,310 żdiet għal €23,300 għal koppja. Għal spjegazzjoni fuq il-Kkarta s-Ssafra, nitlob lill-Onorevoli. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru ikkonċernat.

Imsida – Triq l-Irmiġġ – xogħol fuq il-ġnien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-ġnien fil-Pjazza ta’ Triq l-Irmiġġ, l-Imsida?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-proġett tal-ġnien fi Pjazza ta’ Triq l-Irmiġġ, Msida jinsabu għaddejin b’ritmu tajjeb. Ix-xogħlijiet ta’ skavar tlestew u għaddej ix-xogħol fuq il-pedamenti u kostruzzjoni ta’ ħitan. Ix-xogħol mistenni jitlesta sa l-aħħar ta’ April 2017.

Kalkara – faċilitajiet sportivi tat-tennis club u football u immaniġjar tal-ilma tax-xita — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jelenka fiex waslu l-preparamenti għax-xogħlijiet għall-immaniġjar tal-ilma tax-xita fil-lokalità tal-Kalkara, kif ukoll fil-faċilitajiet sportivi tat-tennis club u l-football?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej: Il-kuntratt biex isiru x-xogħlijiet għall-immaniġjar tal-ilma tax-xita fil-lokalità tal-Kalkara ingħata u x-xogħol mistenni jibda fix-xhur li ġejjin. Rigward it-Tennis Club , l-applikazzjoni għall-permess tinsab f’idejn il-Case Officer u mistennija tiġi deċiża fl-aħħar ta’ April 2017. Id-Dipartiment beda l-preparamenti għas-sejħa għall-offerti li mistennija tiġi pubblikata fix-xhur li ġejjin. Dwar il-Kalkara Football Ground, ix-xogħlijiet bdew ix-xahar li għadda. Bħalissa għaddej ix-xogħol relatat ma’ skavar u tħejjija għall-pedamenti. Dan ix-xogħol mistenni jitlesta għall-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena.

Xgħajra — Faċilitajiet sportivi - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti għax-xogħlijiet fuq il-faċilitajiet sportivi fix-Xgħajra?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed nistennew l-approvazjoni ta' xi tibdiliet żgħar fil-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar għall-faċilitajiet ġodda fin-Nursery tal-futbol tax-Xgħajra. Ser tinħareġ sejħa għall-offerti għal bini ta' dressing rooms u faċilitajiet oħra tal-Club.Ser isiru wkoll xi xogħlijiet ta' kostruzzjoni oħra minn ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet fl-istess perjodu, fl-istess sit. Fl-istess lokalità saru xi xogħlijiet ta’ embellishment mal- promenade fuq street lighting , fejn bdew jeħlu arbli ġodda tad-dawl.

Knisja ta’ Santa Katerina fiż-Żejtun – xogħlijiet tar-restawr taz-zuntier

Question

Jista’ l-Ministru jelenka fiex waslu l-preparamenti fuq ix-xogħlijiet tar-restawr taz-zuntier ta’ isfel tal-Knisja ta’ Santa Katerina taż-Żejtun?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li beda l-proċess għas-sejħa tal-offerti li mistennija tiġi ppublikata għal Ġunju 2017. Ix-xogħol mistenni jibda kif pjanat, għal Novembru 2017.

San Ġwann – bini ta’ uffiċini tal-kunsill lokali, ġnien pubbliku u l-klabb tal-boċċi — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jelenka fiex waslu l-preparamenti fuq ix-xogħlijiet f’San Ġwann għall-bini ta’ uffiċini tal-kunsilli lokali, ġnien pubbliku u l-klabb tal-boċċi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-permess tax-xogħlijiet ġie approvat mill-bord tal-Awtorità ta’ l-Ippjanar f’Jannar li għadda. Bdew il-preparamenti biex titlesta s-sejħa għall-offerti. Din is-sejħa għall-offerti tiġi ppublikata meta jkollna l-konferma li ġew provduti l-fondi neċessarji għal dan ix-xogħol.

Birżebbuġa – football ground u l-pitch tal-waterpolo — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jelenka fiex waslu l-proġetti tal-football ground ta’ Birżebbuġa u l-pitch tal-waterpolo u fiex jikkonsistu dawn iż-żewġ proġetti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej: Dawn iż-żewġ proġetti qed isiru skont kif assenjati mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol taħt is-sorveljanza teknika, kordinament u proċessi tal-akkwist immexxija mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet. Il-proġett tal-grawnd tal-futbol ta’ Birżebbuġa jikkonsisti f'bini ta' training ground ta' daqs 190 x 50 metru li fuqu tqiegħed turf artifiċjali u ġie fornut bi floodlights biex ikun jista' jintuża filgħaxija ukoll. Inbnew ukoll changing rooms u sala kbira taħt dan il-grawnd. Ix-xogħlijiet jinsabu fi stat avvanzat ħafna. Ix-xogħol li fadal isir huma xi rettifikazzjonijiet zgħar fil-bini. Dan mistenni jitlesta għal April 2017. Il-proġett tal-pixxina ta’ Birżebbuġa kien jikkonsisti f’bini ta’ pixxina ġdida u ta’ Club House li fiha hemm ic-changing rooms, kamra tal-kumitat, gym u restaurant. Il-proġett jinsab fl-aħħar stadji tiegħu fejn qed jiġu mlestija xi żoni fil-Club House bil-ħsieb li jibda jintuża fix-xhur li ġejjin. Għad baqa’ xi xogħol ta’ rettifikazzjoni, li wara li saret talba mill-Klabb, ġie maqbul li dawn ix-xogħlijiet isiru wara li jagħlaq l-istaġun ta’ l-għawm għal din is-sena.