B'referenza għall-intervista ma' Dr Nadine Delicata li dehret f'The Malta Independent on Sunday tal-Ħadd 2 t’April 2017, jista' l-Ministru jikkonferma li fil-fatt il-binja tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex mhux se titwaqqa u dan il-bini se jsirlu xogħol ta' tisbiħ (refurbishment), biex jakkomoda kura fit-tul (Long Term Care)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi b'investiment qawwi pazjenti Għawdxin ser ikollhom sptar akut mibni ġdid, kif ukoll sptar ta' rijabilitazzjoni u ta' long term care. Dawn ta' l-aħħar ser isiru fejn illum hemm l-isptar eżistenti.
B'referenza għall-intervista ma' Dr Nadine Delicata li dehret f'The Malta Independent on Sunday tal-Ħadd 2 t’April 2017, jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-Women's Hospital hijiex il-Mother & Baby Hospital li kien irrefera għaliha l-Ministru fil-ġimgħat ta' qabel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Mother and Child Hospital u l-Women’s Health Department huma żewġ proġetti differenti.
Vitals Global Heathcare – servizzi ta’ Dermatoloġija
Question
B'referenza għall-intervista ma' Dr Nadine Delicata li dehret f'The Malta Independent on Sunday tal-Ħadd 2 t’April 2017, issa li Dr Delicata qed tikkonferma li fil-fatt is-servizzi ta’ Dermatoloġija se jkunu f'idejn il-Vitals Global Heathcare u allura se jkunu privatizzati, għalfejn il-Ministru ħarab milli jagħti risposta ċara fil-mistoqsijiet parlamentari 31993 u 32210 fuq dan is-suġġett?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizzi tad-Dermatoloġija mhux ser ikunu privatizzati imma ser ikunu parti mill-PPP bejn il-Gvern u l-VGH, waqt li s-servizzi għal pazjenti Maltin u Għawdxin ser jibqaw mingħajr ħlas.
Għawdex – xogħol ta’ kostruzzjonni fuq l-Isptar il-Ġdid
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq l-Isptar il-ġdid f'Għawdex (mhux fuq l-Iskola ta' Barts)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li fl-aħħar ġimgħat beda’ x-xogħol ta' kostruzzjoni tal-iskola medika ta' Barts, la darba joħorġu l-permessi tal-Awtorita’ tal-Ippjanar, jibda x-xogħol fuq il-kumplament tal-kampus tal-isptar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħadu flus ir-reġjuni miċ-ċitazzjonijiet fis-sentejn qabel ma twaqqfet il-LESA u kemm ħadu flus minn mindu saret ir-riforma tal-wardens taħt dan il-Gvern? Jista’ jgħid kemm qed tiswa flus il-LESA kull sena, bl-ispiża maqsuma bejn salarji u spejjeż oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Skejjel tal-Istat – applikazzjoni għal leave minn għalliema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema fl-iskejjel tal-Istat li applikaw għal-leave biex jippruvaw impieg alternattiv minn Settembru 2016 sa Marzu 2017? Jista’ jgħid ukoll x'suġġetti jgħallmu dawn l-għalliema? Kemm minnhom ingħataw dan il-leave u kemm kien in-numru ta' dawk li ma ngħatawx dan il-leave? Jista’ jgħid għaliex kien hemm għalliema li ma ngħatawx dan il-leave?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Settembru 2016 u l-aħħar ta’ Marzu 2017 kien hemm ħames (5) għalliema mill-iskejjel tal-istat li applikaw għal-leave biex jippruvaw impjieg alternattiv.
Bħala suġġetti tnejn (2) kienu jgħallmu l-e-Learning Centre, tnejn (2) l-Ingliż u waħda (1) l-ġeografija. Dan il-leave ingħata lil tliet (3) għalliema u tnejn (2) ġew rifjutati. Ir-raġuni li dan il-leave ma ngħatax kienet li, minħabba n-nuqqas ta’ għalliema fis-suġġett, ma kienx hemm għalliema biex jieħdu posthom u l-Ministeru ma jħossx li huwa ġust li jħalli lit-tfal tal-klassi mingħajr għalliema.
San Pawl il-Baħar — Triq is-Simar - wiċċ tat-tarmak
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux se jieħu passi biex Triq is-Simar, f'San Pawl il-Baħar, almenu fil-partijiet tat-triq li huma mibnija, tiġi mogħtijia wiċċ bit-tarmak? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt il-Ministeru kellux ukoll diskussjonijiet biex jiġi assigurat li s-servizz li jeħtieġ jitqiegħdu fl-istess triq ikunu mqiegħda?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta hija responsabbli għall-ewwel wiċċ ta’ toroq residenzjali skont il-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist ġaladarba dawn it-toroq ikunu ġew iffurmati mill-iżviluppaturi/residenti hekk kif huma obligati bil-liġi.
Burmarrad sa t'Alla u Ommu — applikazzjonijiet għal wiċċ ġdid
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru ssottomettiex applikazzjonijiet biex toroq li għandhom bżonn jingħataw wiċċ ġdid, bħat-triq li minn Burmarrad twassal sa' t'Alla u Ommu, hekk magħrufa bħala l-Wied taċ-Ċawsli, fil-fatt ikunu jistgħu jsiru permezz ta' fondi li qed jiġu allokati għal toroq rurali, b'finanzjament mill-Unjoni Ewropea? Jekk iva, liema toroq ġew inklużi f'dawn l-appikazzjonijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni għadha ma ġietx sottomessa u qiegħdin fi stadju ta’ preparazzjoni .
Kunsill Lokali San Ġiljan — ċelebrazzjonijiet ta' San Patrizju - permessi
Question
Jista' l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja ta' kull permess li l-Kunsill Lokali San Ġiljan ħareġ għaċ-ċelebrazzjonijiet ta' San Patrizju tas-17 ta' Marzu 2017 u li jkun indikat fihom id-data meta kull permess inħareġ u l-ammont ta' flus li tħallas mill-operatur lill-kunsill u għal xiex tħallsu l-flus u l-pjanta li l-kunsill suppost kellu li turi fejn kull operatur kellu jpoġġi l-kiosk tiegħu jew tagħha?
Kunsill Lokali tal-Mellieħa — diskussjoni fuq Ġnien tas-Salib
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li fihom ġie diskuss b'xi mod Ġnien tas-Salib fl-istess lokalità bejn l-1 ta' April 2013 u s-6 ta' April 2017, liema ġnien jinsab bejn Triq il-Kbira u Triq tas-Salib fil-Mellieħa?
Kunsill Lokali tal-Mellieħa — kopja tal-applikazzjoni għal xogħlijiet/tisbiħ ta' Ġnien tas-Salib
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-applikazzjoni li kien għamel il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa quddiem il-MEPA (li n-numru tagħha qed jingħata separatament) għal xogħlijiet ta' tisbieħ fi Ġnien is-Salib fil-Mellieħa, liema tisbieħ/xogħlijiet sal-lum jirriżulta li għadhom ma sarux?
Il-Mellieħa — Applikazzjonijiet għal reserved parking - blue badges
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm applikazzjonijiet għal reserved parking, minn persuni li għandhom blue badge, li joqogħdu l-Mellieħa, li kellhom it-talba tagħhom milqugħa matul l-aħħar sitt xhur, mill-kumitat li hu responsabbli minn dawn l-approvazzjonjiet, min-naħa ta' Transport Malta, fil-Mellieħa? Kemm għad fadal applikazzjonijiet hekk pendenti quddiem dan il-bord, fl-istess lokalità? F'liema laqgħa tal-bord ġew approvati t-talbiet li ġew approvati matul dawn l-aħħar xhur?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar sitt xhur kien hemm ħames talbiet mill-lokalità tal-Mellieħa, erbgħa għall-parkeġġ riservati u waħda għal 1.5m Keep Clear Bay.
Il-1.5m Keep Clear Bay ġiet approvata mill-Bord fil-21 ta’ Frar 2017. Tnejn mill-parkeġġi riservati ġew approvati mill-Bord fit-3 ta’ Marzu 2017, fil-waqt li t-tnejn l-oħra ma ġewx approvati mill-Bord tas-7 ta’ April 2017.
Transport Malta ma għandha l-ebda talbiet pendenti għall-parkeġġ riservat fil-lokalità tal-Mellieħa.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mill-main tal-ilma li jrid iwassal is-second class water, li se jorigina mill-impjant taċ-ċumnija, fil-fatt hu mqiegħed fil-post? Minn liema postijiet għaddej dan l-istess main, u meta hu mistenni li fil-fatt jibda jgħaddi l-ilma għal għand il-bdiewa minn dan il-main? Liema partijiet oħra li għad iridu jitqiegħdu fil-post hemm il-permessi għal dan ix-xogħol mill-Awtorità għall-Ippajanar (jew MEPA qabel)? Liema kuntratturi se jwettqu dan ix-xogħol?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma li se tingħata iktar informazzjoni fil-futur.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm art ġiet esproprjata minħabba l-bini tal-Coast Road? Fiex wasal il-proċess ta' kumpens għal dak li jikkonċerna lis-sidien ta' din l-art? Kemm hu stmat li jrid isir ħlas lil dawn is-sidien?
Billi ripetutament qed ikun hemm problemi li jinvolvu barranin f'diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, li eventwalment meta jinqabdu jagħmlu xi reati, spiss qed toħroġ il-kelma 'Kienu magħrufa mal-Pulizija', jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jiġi assigurat li dawn il-barranin 'li kienu magħrufa mill-pulizija', fil-fatt qed jiġu segwiti (mhux każijiet individwali)? Meta saru l-aħħar spezzjonijiet għall-għarrieda biex jinqabdu tali persuni li jkunu qed igħixu hawn kontra r-regoli li jikkonċernaw dan is-suġġett?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li kull meta barranin illi jkunu Malta jinqabdu jagħmlu xi reat, il-Pulizija li tkun qed tinvestiga tinforma lill-Pulizija tal-Immigrazzjoni li minn naħa tagħhom jinvestigaw lil dawn il-persuni bil-għan illi jiġi stabbilit x’permess għandhom biex ikunu Malta. Meta jirriżulta li dawn ma jkollhomx il-permess meħtieġ, jittieħdu l-passi neċessarji sabiex dawn jiġu rimpatrijati, meta jkun possibli li dan isir. Jekk dawn il-persuni jkollhom permess biex joqgħodu Malta, dan jiġi rivedut u jiġi revokat biex il-persuna tintbagħat lura pajjiżha, meta l-liġi tippermetti. Spezzjonijiet għall-barranin illi jistgħu jkunu Malta b’mod irregolari jsiru ta’ kuljum.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32295, jista' l-Ministru jispjega l-fatt kif "ċirkularijiet simili jiġu ppubblikati b’mod regolari" meta fiċ-ċirkulari li semma hu stess ngħatat informazzjoni ta' "staff movements as from 10th June 2016 to date"? Ma jaħsibx li mhux ġust li tistenna tmien xhur biex tiġi disseminata ċertu informazzjoni? Jista' jgħid x'qed isir minn Heritage Malta sabiex il-ħaddiema kollha tal-Aġenzija jiġu magħrufa min se jkunu l-kollegi ġodda?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ċirkolari simili jinħarġu meta jinħass li jkun hemm biżżejjed x’wieħed jirraporta. F’kull każ, din hija formalità. Ninforma l-Onor. Interpellant li l-arranġamenti kollha meħtiega jkunu saru u li dawk kollha ikkonċernati jkunu ilhom li ġew infurmati.
Heritage Malta — GSOs, Senior Clerks u ħaddiema tal-maintenance - uniformijiet
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32301 u ċjoè: "li preżentement is-site officers u senior clerks jixtru l-ħwejjeġ huma personalment minn fejn jogħġob lilhom", ma jaħsibx allura l-Ministru li dawk ma jistgħux jibqgħu jissejħu uniformijiet meta tara impjegati jilbsu qliezet u dbielet b'4 skali ta' kulur griż differenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li din is-sistema sa issa ħadmet mingħajr problemi ta’ xejn. F’kull każ, nerġa nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tieni parti tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32301: “Huwa mistenni li jiġi ppubblikat tender fil-ġimghat li ġejjin f’dan ir-rigward”.
B'referenza għal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 445.05, li tirregola l-ħlasijiet għad-dħul fis-siti u l-mużewijiet, kif ukoll wirjiet ta' kollezzjonijiet nazzjonali, jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta għolliet il-biljett tad-dħul għall-Ipoġew ta' Ħal Saflieni u injorat il-leġiżlatura li tirregola dan il-qasam?