Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #29750 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — direct orders

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern kif mitlub mill-Public Procurement Regulations.
Leg 12 PQ #29752 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li talab kienet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern.

Ħal Qormi – Triq il-Vitorja – karozzi tal-linja jgħaddu mimlija

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 28050 li kienet titlob lill-Ministru jara għaliex il-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Triq il-Vitorja, Ħal Qormi, speċjalment f'peak hours, qed jgħaddu minn Ħal Qormi diġà mimlija u/jew mingħajr seats vojta biex wieħed ipoġġi bilqiegħda, u b’referenza għat-tweġiba tal-istess Ministru li Transport Malta se tkun qed tinvestiga biex tirrimedja fejn possibbli u wara li jidher li l-problema għadha spiss l-istess, jista’ l-Ministru jgħid meta u kif se jirrimedja s-sitwazzjoni fl-interess tar-residenti Qriema?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-aħħar stħarriġ li sar minn diversi bus stops mill-lokalità ta’ Ħal Qormi, liema stħarriġ sar bejn it-tlettax u s-sbatax kif ukoll bejn l-għoxrin u l-erbgħa u għoxrin ta’ Frar 2017, jiġifieri fuq medda ta’ ġimgħatejn, kien hemm ġurnata waħda biss fejn xi passiġġieri ma’ ttellawx fuq il-karozza tal-linja minħabba li kienet mimlija. Dawn il-passiġġieri telgħu fuq il-karrozza tal-linja li kien imiss. Ninsab infurmat ukoll li Transport Malta ħa tkun qed tkompli bil-moniteraġġ fuq is-servizz tat-trasport pubbliku minn din il-lokalità.

Pulizija — Extra duty on payment fil-Korsa taż-Żwiemel tal-Marsa

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Pulizija li jaħdmu extra duty on payment fil-korsa taż-żwiemel tal-Marsa ilhom ma jitħallsu minn Ġunju 2016? Min mhux fil-fatt iħallas, il-Marsa Racing Club jew huwa l-korp stess li qed iżomm dawn il-ħlasijiet b'lura? Kemm hemm pulizija li għandhom jitħallsu u kemm għandhom jitħallsu? Meta fil-fatt se jitħallsu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li, l-ħlas tal-extra duty on payment għall-perjodu bejn Ġunju 2016 sa Diċembru 2016 tħallas mas-salarju ta’ Frar 2017.
Leg 12 PQ #31034 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

SportMalta – ħsarat fil-Qormi Sports and Fitness Park

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Malti għall-Isport/SportMalta hux konxju mit-telqa u l-ħsarat li hemm fil-Qormi Sports & Fitness Park fi Triq Manwel Dimech/Triq l-Imdina, Ħal Qormi, fosthom gates imkissrin u ħofor fis-safety tiles? Peress li dawn il-ħsarat mhumiex sempliċiment xhieda ta’ telqa u traskuraġni iżda huma wkoll ta’ periklu għas-saħħa u s-sigurtà tat-tfal u ż-żgħażagħ li jiffrekwentawhom, jista’ jgħid meta se ssir l-manutenzjoni neċessarja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li mhux minnu li l-outdoor gym ta' Ħal Qormi huwa fi stat ta' telqa u traskuraġni kif jixhdu r-ritratti li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u li ttieħdu jumejn wara li saret din il-mistoqsija. Infurmat ukoll li l-manutenzjoni fl-outdoor gym ta’ Ħal Qormi hija waħda kontinwa bħal dik tal-outdoor gym ta’ Ta Qali. SportMalta tista’ tikkonferma li ma hemm l-ebda telqa u periklu f’dan l-outdoor gym. Sa mill-2012 il-KMS kien impjega ħaddiem li x-xogħol tiegħu hu li jagħmel manutenzjoni f’dawn il-faċilitajiet tant li ġie mogħti allowance biex minn Assistant Maintenance jilħaq is-salarju ta’ Maintenance Officer. Dan il-ħaddiem għadu jagħmel xogħlu sal-lum. Fl-istess waqt issir spezzjoni ta’ dawn l-istess faċilitajiet mill-management darba kull ġimgħatejn.

Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx – rappreżentant għall-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lil min innomina biex jirrappreżenta l-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali fuq il-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx kif stabbilit mil-liġi li għaddiet unanimament mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016? F’liema data eżatta saret din in-nomina?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Dr. Marisa Scerri (Direttur Ġenerali (Politika Soċjali) hija r-rappreżentanta tal-Ministeru tal-Familja U Solidarjeta’ Soċjali fil-Kunsill dwar Stili ta’ Hajja Sana u Mard li ma Jitteħidx. In-nomina saret fis-17 ta' Marzu 2016.

Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx – rappreżentant għall-Ministeru għall-Ġustizzja, Kulturà u Gvern Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lil min innomina biex jirrappreżenta l-Ministeru fil-qasam tal-Gvern Lokali fuq il-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx kif stabbilit mil-liġi li għaddiet unanimament mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016? F’liema data eżatta saret din in-nomina?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-uffiċjal magħżul biex jirrapreżenta lill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali fuq Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana, hu d- Direttur Ġenerali (Gvern Lokali). In-nomina saret fis-27 ta’ Ġunju 2016.

Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx – rappreżentant għall-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lil min innomina biex jirrappreżenta l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali fuq il-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx kif stabbilit mil-liġi li għaddiet unanimament mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016? F’liema data eżatta saret din in-nomina?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Dr. Matthew Psaila huwa r-rappreżentant tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta` Nazzjonali. In-nomina saret fis-27 ta’ Ġunju 2016.
Leg 12 PQ #31133 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

SportMalta – Ta’ Qali – ħsarat — Outdoor Gym

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Malti għall-Isport/SportMalta hux konxju mit-telqa u l-ħsarat li hemm fl-Outdoor Gym f Ta’ Qali, peress li dawn il-ħsarat mhumiex sempliċiment xhieda ta’ telqa u traskuraġni iżda huma wkoll ta’ periklu għas-saħħa u s-sigurtà tat-tfal, iż-żgħażagħ u l-adulti li jiffrekwentawhom? Jista’ jgħid meta se ssir il-manutenzjoni neċessarja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li SportMalta għamlet bosta sight inspections fl-outdoor gym f’Ta’ Qali. Dan isir b’mod regolari. Minħabba l-elementi l-art tar-rubber sofriet ħsarat. Infurmat li l-kuntrattur ser jerġa’ jirranġa din l-art sa din il-gimgħa. Rigward il-manutenzjoni, fl-aħħar xhur saru interventi fuq erba’ magni u ż-żewġ roti. Dawn ġew maqlugħa minn posthom, ittieħdu fil-kumpless ta’ Ħal Kirkop u l-Pixxina Nazzjonali u saru interventi fuqhom fejn ġew imnaddfa mis-sadid, mibdula biċċiet tal-ħadid u reġgħu ġew imwaħħla fi żmien erba’ ġimgħat. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ritratti li jixhdu dawn l-interventi. Infurmat ukoll li fl-istess ħin SportMalta qegħdin f’kuntatt mal-fornituri barranin rigward il-garanzija fuq dan l-apparat.
Leg 12 PQ #31134 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

SportMalta – manutenzjoni regolari fl-Outdoor Gym ta’ Ta’ Qali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Malti għall-Isport/SportMalta hux iwettaq programm ta’ manutenzjoni regolari fl-Outdoor Gym f Ta’ Qali? Min qed jieħu ħsieb din il-manutenzjoni? Kull meta ssir il-manutenzjoni? X’manutenzjoni saret fuq il-post mill-2013 sal-lum? Kemm swiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat minn SportMalta li fl-outdoor gym f’Ta’ Qali issir manutenzjoni b’mod regolari. Il-magni li hemm installati diġà sarilhom intervent ta’ manutenzjoni u bħalissa reġgħu inqalgħu ftit magni oħra sabiex jiġi deċiż jekk għandhomx jiġu rranġati jew mibdula. Sa mill-2012 il-KMS kien impjega ħaddiem li x-xogħol tiegħu hu li jagħmel manutenzjoni f’dawn il-faċilitajiet tant li ġie mogħti allowance biex minn Assistant Maintenance jilħaq is-salarju ta’ Maintenance Officer. Dan il-ħaddiem għadu jagħmel xogħlu sal-lum. Fl-istess waqt issir spezzjoni ta’ dawn l-istess faċilitajiet mill-management darba kull ġimgħatejn. Il-manutenzjoni swiet lil SportMalta hekk: 2013 €4,463.93 2014/15 €800 2016 €3,285 Dawn iċ-ċifri ma jinkludux xiri ta’ materjal bħal żejt u żebgħa li jinxtara minn darba għall-oħra biex issir il-manutenzjoni regolari. Infurmat ukoll li matul din is-sena s'issa ntefqu madwar €4,500 li jinkludu tiswijiet fuq l-art tar-rubber.
Leg 12 PQ #31135 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Sport Malta – manutenzjoni tal-Adventure Park High Ropes f’Ta’ Qali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Malti għall-Isport/SportMalta hux iwettaq programm ta’ manutenzjoni regolari fl-Adventure Park High Ropes f’Ta’ Qali? Jista’ jgħid kif u minn min qed jitmexxa l-Adventure Park High Ropes ta’ Ta’ Qali u kif? Kull meta qed ikun miftuħ? Min qed jużah?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-adventure park high ropes bħalissa huwa magħluq u fiż-żmien li ġej ser tinħareġ espressjoni ta’ interess biex jiġi amministrat mal-privat. Fil-pjan strateġiku biex tiġi salvata dak iż-żmien il-KMS, l-entità ma kinetx tiflaħ spiża ta’ €630 pagi biss fil-ġimgħa minbarra spejjeż oħra biex tmexxih. Dan il-proġett qatt ma kellu l-intenzjoni li jkun b’xejn u d-deċiżjoni li jingħata b’xejn fil-weekends biss ma kinetx sostenibbli.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Positions of trust

Question

Tista’ l-Ministru telenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tagħha?

Response (DALLI, HELENA)

Il-persuni li huma position of trust fil-Ministeru huma; Communications Secretary, Personal Driver / Security Officer.
Leg 12 PQ #31194 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Konsulenzi minn Avukat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenzi mogħtija lill-persuna msemmija matul il-perjodu indikat jammonta għal €20,089. Dawn il-konsulenzi ngħataw fl-2016 u fl-2017 lill-ARMS Ltd.
Leg 12 PQ #31195 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva - Konsulenzi minn Avukat

Question

Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31194.

Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Konsulenzi minn Avukat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma xtara ebda servizzi legali mill-avukat konċernat jew mid-ditta legali tiegħu fil-perjodu msemmi.

Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej - Konsulenzi minn Avukat

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru permezz tas-segretarjat parlamentari jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?

Response (GRECH, LOUIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 31196.
Leg 12 PQ #31357 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – toroq – xogħlijiet b’kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'toroq hemm ippjanati li jsiru f'Għawdex bil-kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea minn issa sas-sena 2020? Jista' jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq kull triq li se ssir b'kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea u meta hu mistenni li jispiċċa l-istess xogħol fuq kull triq?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li aktar informazzjoni se tingħata fix-xhur li ġejjin.

Tiswijiet ta’ strutturi perikolużi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru interventi ta’ tiswija ta’ strutturi perikolużi bejn l-2008 u Marzu tal-2013, u kemm saru interventi ta’ din ix-xorta bejn April 2013 s’issa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, skont informazzjoni li għandha l-Awtorita’ tad-Djar, matul il-perjodu minn Jannar 2008 sa Marzu 2013 saru 1347 intervent ta’ tiswijiet u xogħlijiet relatati ma struttura tal-bini waqt li minn April 2013 sal-aħħar ta’ Frar 2017 saru 1923 intervent tal-istess natura ta’ tiswijiet.