Legislature:
Category:
Reset
Active:

Marsaxlokk – librerija pubblika — kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw u ngħataw b’donazzjonijiet kotba lil-librerija pubblika f’Marsaxlokk tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa tul l-istess 2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika ta' Marsaxlokk tul is-sena 2016 inxtraw 315-il ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 915-il ktieb ingħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 23,786 ktieb.
Leg 12 PQ #31661 Sitting 492 2017-03-08 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Marsaxlokk — Berġa tas-Saħħa - servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi qegħdin jiġu pprovduti fil-Berġa tas-Saħħa ġewwa Marsaxlokk? Jista’ jgħid kemm persuni użaw dawn is-servizzi tul is-sena li għaddiet u xi spejjeż ta’ manutenzjoni saru fl-istess żmien?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fil-Berġa ta’ Marsaxlokk jingħata servizz ta’ tabib tal-familja u t’ infermiera. Dawn is-servizzi jinkludu teħid ta’ pressjoni, kitba ta’ riċetti għal-mediċini, kura ta’ mard mhux ikkomplikat, analiżi tal-urina u analiżi taz-zokkor. Kien hemm 1,748 persuna li attendiet għal xi servizz fil-berġa ta’ Marsaxlokk fl-2016.

Marsaxlokk – persuni li rċevew l-In Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna residenti f’Marsaxlokk, irċevew l-In work benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika wkoll dan skont is-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni residenti Marsaxlokk li rċevew l-In Work Benefit matul is-sena li għaddiet kien ta’ 12, li minnhom 6 kienu ġenitur singlu ta’ sess femminili.

Offender Assessment Board — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Offender Assessment Board taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta’ Malta tul is-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li kien hemm 44 laqgħa.

Offender Assessment Board — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Offender Assessment Board taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta’ Malta tul is-snin 2013, 2014 u 2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li saru dawn il-laqgħat kif ġej; Fl-2013(minn Settembru sa Diċembru{il-Bord kien appuntat f’Awissu}) - 13 –il laqgħa Fl-2014 - 35 laqgħa Fl-2015 - 43 laqgħa

Offender Assessment Board — rapport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport ġie diskuss u ppreparat mill-Offender Assessment Board taħt l-Artikolu 4 tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta’ Malta tul is-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li kien hemm 68 każ illi ġie diskuss u ppreparat.
Leg 12 PQ #31677 Sitting 492 2017-03-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Art quddiem l-Iskola Primarja ta’ Ħal Tarxien

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-art ta’ quddiem l-Iskola Primarja ta’ Ħal Tarxien hijiex proprjetà tal-Gvern jew tal-Privat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindika fuq pjanta l-art eżatta li qed jirreferi għaliha.
Leg 12 PQ #31684 Sitting 492 2017-03-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward operazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ qed ikun segwit.

Att III tal-2014 – persuni li ġew eżenti minn responsabilità kriminali fil-konfront ta’ minuri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31370 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30948, jista’ l-Ministru almenu jgħid kemm ir-rapport sar fis-sena 2015 u fis-sena 2016 separatament minn xulxin kontra persuni minuri ta’ taħt l-14-il sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li minn verifiki li saru, jirriżulta li fis-sena 2015 saru wieħed u erbgħin (41) rapport u fis-sena 2016 saru tlieta u tletin (33) rapport.

Rapporti ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30949 u 30674 u jgħid kemm-il rapport kien hemm dwar vjolenza domestika fis-sena 2016 u kemm minnhom ġew investigati? Jista’ jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq vjolenza domestika fis-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li kif diġa ġie mwieġeb f’mistoqsija simili, skont is-sistema elettronika tal-Pulizija kien hemm elf, mitejn u tnejn u sebghin (1272) każ ta’ vjolenza Domestika, li ġew irrapurtati lill-pulizija matul is-sena 2016. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-każijiet fejn irriżulta ksur tal-liġijiet relatati ma’ dawn ir-reati, il-persuni responsabbli dejjem jiġu nvestigati u jittressqu l-Qorti. Peress illi ma tinżammx sistema ta’ data elettronika ta’ dawn ir-reati bid-dettalji mitluba fil-mistoqsija, mhux possibli li jingħataw l-ammonti eżatti ta’ kemm minn dawk responsabbli tressqu l-Qorti.
Leg 12 PQ #31719 Sitting 492 2017-03-08 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Artijiet – Fortizza Campbell

Question

Billi iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed issir ħsara lil dik li darba kienet il-Fortizza Campbell, f’Selmun limiti tal-Mellieħa, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-Dipartiment tal-Artijiet (issa l-Awtorità tal-Artijiet) fasslitx xi pjan partikolari għal dawn l-inħawi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet li l-istess Dipartiment mhux l-entita li tfassal pjanijiet għal propjetà tal-Gvern.
Leg 12 PQ #31720 Sitting 492 2017-03-08 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mellieħa — Pjan li jikkonċerna l-konservazzjoni tal-Fortizza Campbell

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità tal-Ippjanar, jew il-MEPA qabilha, fasslitx xi pjan partikolari għal dak li jikkonċerna l-konservazzjoni/użu tal-Fortizza Campbell fl-inħawi tal-Mellieħa? Jekk iva, x’inhu dan il-pjan u meta tfassal? Jista’ jqiegħed kopja ta’ dan il-pjan fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li fl-2006 il-MEPA inkludiet policy NWML 20 u l-mappa Map 36, fil-Pjan Lokali tal-Majjistral. Kopja ta’ dawn qed jiġu mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #31721 Sitting 492 2017-03-08 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar – ordni għal twaqqigħ ta’ bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi fejn l-Awtorità tal-Ippjanar (MEPA qabilha) ħarġet ordni ta' twaqqigħ ta' bini li kien eżistenti matul l-aħħar erba’ snin? Fejn kienu dawn il-binjiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

It-Tieni u t-Tielet Distrett Elettorali – toroq asfaltati jew resurfaced

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq kienu asfaltati jew resurfaced fit-Tieni u fit-Tielet Distrett Elettorali mill-2013 sal-lum? Jista’ jgħid liema toroq oħra fl-istess inħawi mistennija jsiru matul it-tnax-il xahar li ġejjin?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward xogħlijiet li mistennija jsiru, l-programm ta’ xogħlijiet isir abbażi ta’ prioritajiet nazzjonali, fondi disponibbli u l-proċess tal-akkwist.

San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa – tourism police

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm tourism police ser ikunu assenjati f’San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa matul dan is-sajf?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għad m’hemm l-ebda deċiżjoni dwar jekk u allura kemm ser ikunu assenjati Tourism Police fiż-żoni indikati f’din il-mistoqsija.

Korp tal-Pulizija — transfers

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu t-transfers fil-Korp tal-Pulizija li saru matul l-aħħar tnax-il xahar f’Malta u f’Għawdex?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Marzu 2016 sas-6 ta’ Marzu 2017, kien hemm mitejn u sebgħa u erbgħin (247) posting fil-Korp tal-Pulizija. Dawn kienu mqassmin kif gej; Supretendenti 2 Spetturi 12 Surġenti Maġġuri tat- Tieni Klassi 7 Surġenti Rġiel 29 Surġenti Nisa 20 Kuntistabblijiet Rġiel 126 Kuntistabblijiet Nisa 41 Kuntistabbli tar-Riżerva 10
Leg 12 PQ #31725 Sitting 492 2017-03-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Segretarjat Privat — karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qegħdin jintużaw karozzi mis-Segretarjat Privat tiegħu u jagħti wkoll in-numru tar-reġistrazzjoni u l-mudell ta' kull karozza li qed tintuża mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jista' wkoll jgħid, fejn hu l-każ, min qed juża l-istess karozzi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li fil-preżent is-Segretarjat Privat hawn dawn l-karozzi: · Mercedes (CQZ892), · Renault Megane (KBJ586), · Ford Focus (GVN989) u · electric car Renault (IBS906). Dawn il-karozzi jintużaw mid-drivers tas-Segretarjat skont l-esiġenzi.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — entitajiet - kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif jidher hawn taħt: Sena li fiha saret il-kawża fil-konfront tal-Awtorita’ / Entita’ Isem tal-Entita’ / Awtorita’ 2013 2014 2015 2016 Sal-aħħar ta Frar 2017 Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali 1 1 Nil 2 2 Awtorita’ tad-Djar 38 36 36 47 38 SAPPORT Nil Nil Nil Nil 1

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — entitajiet - kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (MALLIA, EMANUEL)

MCDMS gie mwaqqaf fid- 29t’April, 2016. GAMING MALTA NIL MGA 1 MMA NIL FREEPORT NIL MCA 3 MITA NIL

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — entitajiet - kawżi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kellha kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (DALLI, HELENA)

2013 3 2014 2 2015 6 2016 3 2017 xejn