Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għassa ta’ Ħal Qormi – nuqqas ta’ riżorsi umani

Question

Fid-dawl tal-mewġa ta’ serq u kriminalità li għaddejja f’Ħal Qormi u l-ilmenti tal-pulizija li m’għandhomx biżżejjed riżorsi biex jaħdmu, jista’ l-Ministru jgħid x’nuqqas ta’ riżorsi umani hemm fl-għassa ta’ Ħal Qormi u kif qed jaħseb li jirrimedja dan in-nuqqas? Jista’ jikkonferma li fid-distrett hemm tal-anqas spettur anqas milli suppost? Jista’ jikkonferma li fil-weekend qed jittieħdu pulizija minn Ħal Qormi biex jintbagħtu Paceville u biex jagħmlu fixed points? Jista’ jgħid kemm suppost ikun hemm uffiċjali fl-għassa ta’ Ħal Qormi u b’kemm anqas fil-fatt qed jispiċċaw, meta l-mewġa tas-serq qed tikber u meta l-pulizija ta’ Ħal Qormi ġieli qed ikollhom ikopru area mill-Imrieħel sa Lapsi?

Response (ABELA, CARMELO)

Qabel xejn nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istatistika` ma turix dak li qed jallega fil-bidu tal-mistoqsija tiegħu. Minkejja dan, il-Pulizija ta’ Ħal Qormi qed tagħmel l- isforzi kollha biex trażżan kull tip ta’ reat inkluż is-serq minn din il-lokalita`u f’dawn l-aħħar xhur kien hemm persuni li tressqu l-Qorti akkużati b'reati relatati ma’ serq. Rigward l-Ispetturi fil-preżent hemm numru ta’ spetturi li se jiġu maħtura ħalli l-Korp ikollu aktar riżorsi umani f’dan ir-rank partikolari. Infurmat ukoll illi meta l-esiġenzi tas-servizz jiddettaw hekk, xi Pulizija jittieħdu Paceville fi tmiem il-ġimgħa u li jagħmlu xi fixed point duties ukoll.

Ħal Qormi — Għassa tal-Pulizija – riżorsi materjali allokati

Question

Fid-dawl tal-mewġa ta’ serq u kriminalità li għaddejja f’Ħal Qormi u l-ilmenti tal-pulizija li m’għandhomx biżżejjed riżorsi biex jaħdmu, jista’ l-Ministru jgħid x’nuqqas ta’ riżorsi materjali hemm allokati għall-għassa ta’ Ħal Qormi? Il-Ministru kif qed jaħseb li ser jirrimedja dan in-nuqqas? Jista’ jgħid jekk hux minnu li l-pulizija qed jaħdmu b’karozza li l-gear tagħha ma jidħolx?

Response (ABELA, CARMELO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 31444, inżid ngħid illi taħt din l-amministrazzjoni l-karozzi għall-pulizija żdiedu. Dwar din il-vettura partikolari, ninsab infurmat illi diġa ġiet imsewwija.

Siġġiewi – Għassa tal-Pulizija – pulizija assenjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ir-risposta li ta l-istess Ministru fil-Parlament li d-distrett tal-pulizija li jinkludi s-Siġġiewi huwa l-anqas distrett li għandu pulizija assenjati miegħu, jinkwadrax fil-policy tal-ġlieda kontra l-mewġa ta’ kriminalità dejjem tikber? Jista’ jgħid kemm-il darba l-għassa tal-pulizija tas-Siġġiewi qed tkun magħluqa jew mingħajr pulizija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li, kif diġa kelli l-opportunita` nwieġeb, id-Distrett tal-Pulizija li miegħu jinkludi is-Siġġiewi għandu riżorsi li huma bbażati skont l-esiġenzi tal-lokal, għalkemm żieda fin-numru ta’ uffiċċjali jista’ jiġi kkunsidrat f’dan id-distrett, jekk l-eziġenzi hekk jitolbu. Barra minn dan, tajjeb li ngħid illi dak li qed jallega l-Onorevoli Interpellant, li fil-lokalita` tas-Siġġiewi kien hemm xi żieda ta’ kriminalita` mhux minnu skont l-istatistika li ġejt mogħti. Jekk għandu xi figuri li juru l-kontra, nitolbu li jgħaddihomli.
Leg 12 PQ #31454 Sitting 492 2017-03-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Dipartiment tad-Dermatoloġija — pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm attendew pazjenti fid-Dipartiment tad-Dermatoloġija tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fis-sena 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ pazjenti li żaru d-Dipartiment tad-Dermatoloġija fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex fl-2016 kien 1,526.

Villaġġ tal-karnival — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jelenka fiex waslu l-preparamenti fuq ix-xogħlijiet tal-Villaġġ tal-Karnival?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex fejn jirrigwarda l-proġett tal-Villaġġ tal-Karnival jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat. Fil-frattemp, biex ikun jista’ jinbeda l-imsemmi proġett, saru xogħlijiet fil-Garaxx tal-Gvern fil-Marsa biex temporanjament jakkomodaw il-workshops li riedu jiġu zgumbrati biex jinbeda ix-xogħol ta’ twaqqiegħ fejn ser jinbena l-Vilaġġ tal-Karnival. Inħarġet ukoll tender biex jinbnew faċilitajiet ġodda għall-mastrudaxxi u ħaddieda f’sit f’Kordin. Din it-tender bħalissa tinsab fl-istadju ta’ evalwazjoni.

Permess għar-residenza – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara jistax jiġi indikat il-permess tar-residenza tal-mara li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għax din il-persuna, wara li żżewġet Malti, telqitu mingħajr ma għadhom għaddew ħames snin mid-data taż-żwieġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Identity Malta ma tistax tati informazzjoni speċifika dwar applikazzjonijiet partikolari għall-permessi ta’ residenza jekk kemm-il darba t-talba ma tkunx ġejja mill-applikant innifsu.

Divorzju — każijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi li ntroduċiet id-divorzju f'pajjiżna kemm kien hemm deċiżjonijiet mill-Qrati tagħna li fihom ingħata d-divorzju sena b'sena sal-aħħar tas-sena 2016? Kemm minn dawn kienu mill-Qrati ta' Għawdex sena b'sena sal-aħħar tas-sena 2016? Fl-istess snin kemm kien hemm deċiżjonijiet tal-Qrati li taw separazzjoni sena b'sena sal-aħħar tas-sena 2016? Kemm minn dawn id-deċiżjonijiet ta' separazzjoni kienu mill-Qrati f'Għawdex sena b'sena sal-aħħar tal-2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-każijiet ta’ divorzju approvati b’deċiżjoni tal-Qrati ta’ Malta u Għawdex minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi li introduċiet id-divorzju f’pajjiżna sal-aħħar tal-2016 huma kif muri fit-tabella hawn taħt: Sena Talba għal Divorzju milqugħa Malta Talba għal Divorzju milqugħa Għawdex Minn Ottubru sa Diċembru 2011 42 2 2012 432 18 2013 349 11 2014 320 7 2015 354 22 2016 367 12 Total 1864 72 Id-deċizjonijiet milqugħa mill-Qrati ta’ Malta u Għawdex li taw separazzjoni fil-perjodu hawn fuq indikat huma kif muri fit-tabella hawn taħt: Sena Talbiet għal Separazzjoni Personali Malta Talbiet għal Separazzjoni Personali Għawdex Minn Ottubru sa Diċembru 2011 42 21 2012 713 57 2013 790 56 2014 833 60 2015 911 64 2016 885 62 Total 4174 320 Dawn il-figuri jirreferu kumplessivament għal kawżi deċiżi kif ukoll għal digrieti li bihom il-partijiet ġew awtorizzati jersqu fuq kuntratt ta’ separazzjoni personali.

Żwiġijiet bil-knisja u biċ-ċivil

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet mill-2010 sal-aħħar tas-sena 2016 sena b' sena? Kemm minn dawn iż-żwiġijiet kienu bil-knisja u kemm minnhom kienu biċ-ċivil? Kemm minn dawn iż-żwiġijiet li saru mis-sena 2010 sas-sena 2016 saru f'Għawdex sena b' sena? Fil-każ ta' żwiġijiet f'Għawdex kemm minnhom kienu bil-knisja u kemm minnhom kienu ċivili?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

ID Card – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx diffikultà biex tinħareġ l-ID Card tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Identity Malta ma tistax tati informazzjoni speċifika dwar applikazzjonijiet partikolari għall-permessi ta’ residenza jekk kemm-il darba t-talba ma tkunx ġejja mill-applikant innifsu. Ninsab infurmat li ser isir kuntatt mal-applikant sabiex jingħata l-aħħar informazzjoni dwar l-applikazzjoni tiegħu.

Telgħet ix-Xemxija – tiswijiet fuq bankini

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru t-tiswijiet meħtieġa fuq il-bankina fuq iż-żewġ naħat tat-Telgħet ix-Xemxija, liema bankini f'partijiet minnhom huma ta' periklu kemm għar-residenti kif ukoll għan-nies li jagħmlu użu minnhom?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 31342.

Telgħet ix-Xemxija – stallazzjoni ta’speed camera

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed tiġi kkunsidrata li terġa' titwaħħal speed camera f'Telgħet ix-Xemxija?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba biex din l-ispeed camera tigi kkunsidrata. Tali talbiet għandhom jiġu sottomessi lill-LESA skont il-proċedura stabbilita’.

San Pawl il-Baħar – manutenzjoni fit-triq li tagħti minn Xatt il-Pwales għat-Telgħet ix-Xemxija

Question

Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet lill-Transport Malta sabiex ssir manutenzjoni tant meħtieġa fuq it-triq li tagħti minn San Pawl il-Baħar (Xatt il-Pwales) sa tul Telgħet ix-Xemxija, liema triq qed tikkawża periklu kontinwu għas-sewwieqa li jagħmlu użu minnha bil-vetturi tagħhom, apparti l-ħsarat li qed jiġu kkawżati lill-istess vetturi?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jissostanzja il-pretensjoni ta’ periklu kontinwu għas-sewwieqa. Fl-istess ħin ninforma lill-Onor. Interpellant li saru diversi interventi fuq din it-triq bħala parti mill-programm ta’ manutenzjoni ta’ Transport Malta. L-interventi ser jibqgħu jsiru sabiex it-triq tinżamm fi stat tajjeb sakemm jiġu mplementati interventi permanenti.
Leg 12 PQ #31526 Sitting 492 2017-03-08 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Telgħet ix-Xemxija – ċekkjar fuq bozoz tal-arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti struzzjonijiet biex jiġu ċċekkjati l-bozoz li jinsabu mwaħħla fuq l-arbli tad-dawl li hemm tul it-Telgħet ix-Xemxija u dan peress li jirriżulta li wħud minnhom huma difettużi u jkun hemm mumenti fejn numru minnhom ikunu mitfija għal xi ħin?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn Enemalta plc li l-bozoz imsemmija ġew iċċekjati u saru xi tiswijiet fejn kien hemm meħtieġ.

Awtorità tad-Djar – Sussidju – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward sussidju mill-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant illi, sal-ġurnata li fiha qed tkun imwieġba din l-Interpellanza, ma jidhirx li l-persuna indikata għandha applikazzjoni pendenti mall-Awtorita’ tad-Djar.

Dipartiment għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — ħrieqi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex id-Dipartiment għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità mhux qiegħed jipprovdi ħrieqi lill-persuni li jbatu b’inkontinenza? Jista’ jgħid jekk fil-ġimgħa bejn l-20 ta’ Frar u s-26 ta’ Frar li għadda kienx hemm dan in-nuqqas u li l-persuni li jagħmlu użu minn dawn il-ħrieqi kellhom jixtruhom minflok?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mhuwiex minnu li d-Direttorat għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` mhux qiegħed jipprovdi ħrieqi lill-persuni li jbagħtu b’inkontinenza. Fil-ġimgħa ta’ bejn l-20 ta` Frar u s-26 ta` Frar li għadda, ma kienx hemm dan in-nuqqas fil-provista’. Madanakollu, meta’ d-Dipartiment jiġi nfurmat b'xi każijiet partikulari, fejn l-persuni li jagħmlu użu minn dawn il-ħrieqi jiġu bżonn ta’ aktar, id-Dipartiment jieħu azzjoni fl-immedjat biex fejn huwa possibbli kull inkonvenjent jigi evitat.
Leg 12 PQ #31576 Sitting 492 2017-03-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ ġie segwit.
Leg 12 PQ #31606 Sitting 492 2017-03-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

ħlas ta' bolol — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31358 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward ħlas ta' bolol?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ qed jiġi kkunsidrat.

Ħaddiem tax-xatt – ħlasijiet – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31142 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward ħlas b’lura lil missieru bħala ħaddiem tax-xatt?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 30901.
Leg 12 PQ #31646 Sitting 492 2017-03-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – konferenzi barra minn Malta

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 31253, jista’ l-Ministru jwieġeb il-partijiet mhux imwieġba ta' dik il-mistoqsija u ċjoè għal kull konferenza indikata minnu, jista’ jgħid fejn saret dik il-konferenza u min attenda min-naħa tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt: Konferenza Post fejn saret il-konferenza Attendenza 1. L-Awtoritajiet Kompetenti tal-UE dwar Sustanzi ta’ Oriġini Umana, Laqgħa tal-esperti Belġju Direttur Eżekuttiv 2. Konferenza Annwali tal-ESHRE Finlandja Deputat Kap 3. Konferenza u Taħriġ tal-ESHRE Awstrija Direttur Eżekuttiv 4. Konferenza u Taħriġ tal-ESHRE Bulgaria Direttur Eżekuttiv u Deputat Kap
Leg 12 PQ #31647 Sitting 492 2017-03-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – pazjenti miġjuba Malta bil-helicopter — ħlas

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31255, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien iħallas id-Dipartiment tas-Saħħa għal tali servizz bil-helicopter tal-Forzi Armati ta’ Malta bejn Malta u Għawdex għal kull titjira biex iġorr il-pazjenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31255.