Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sezzjoni tal-Kuntratti u Xiri fi ħdan id-Direttorat tal-Finance & Administration tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura fl-2016, ħarġet 175 direct order li jammontaw għall-valur ta’ €1,465,771.91 (VAT eskluża).
Il-Grand Harbour Regeneration Corporation ħarġet 25 direct order li jammontaw għal €896,872.90 (VAT eskluża)
Fir-rigward ta’ Transport Malta, tlabt biex l-informazzjoni mitluba, tinġabar.
L-Onor. Interpellant għandu jkun informat li d-direct orders ingħataw skont ir-regolamenti ta’ procurement tal-Gvern.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għoti ta’ Direct Orders sar skont kif jitolbu r-regolamenti finanzjari dawn jiġu ppublikati fil-Gazzetta tal-Gvern kull sitt xhur skont Avviż Legali 296/2010 kif emendat skont artiklu 20(2) u skont Avviz Legali 352/2016, artiklu 111(2).
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ftehim eżistenti għas-sigurtà fil-Korsa tal-Marsa bejn il-pulizija u l-Malta Racing Club? Kemm ikun hemm pulizija waqt it-tiġrijiet? Kemm minnhom jitħallsu mill-Malta Racing Club u kemm jitħallsu mill-Korp?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li, waqt illi s-sigurta` fil-korsa tal-Marsa hija responsabilita` tal-Pulizija, ma jeżisti l-ebda ftehim għal dan il-għan bejn il-Pulizija u l-Malta Racing Club. L-ammont ta’ pulizja li jkunu preżenti waqt it-tiġrijiet jiġi deċiz abbażi ta' assessment illi jsir dwar it-tiġrijiet jew attivitajiet li jkunu ser isiru, li fost elementi oħra jinkludi l-kobor u l-importanza tal-avveniment. Waqt dawn l-attivitajiet numru ta' uffiċċjali li jkunu preżenti jitħallsu mill-Korp waqt illi ammont ieħor jitħallsu bħala extra duty mill-Malta Racing Club. Hemm drabi fejn minħabba attivitajiet oħra li jkollu l-Korp fi bnadi oħra, numru ta' pulizija li jkunu extra duty jkollhom jiżdiedu u meta dan jiġri il-ħlas tagħhom isir mill-Malta Racing Club.
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema għases jew units jittieħdu l-pulizija li jkunu xogħol waqt il-meetings tat-tiġrijiet taż-żwiemel fil-Korsa tal-Marsa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li, l-korsa tal-Marsa tinsab fil-konfini tad-distrett tal-Pulizija ta' Ħal Qormi. Għaldaqstant il-pulizija dettaljati waqt it-tiġrijiet taż-żwiemel ikunu dawk illi jagħmlu għassa f’dan id-distrett. Madankollu, kif inhi l-prassi f'kull attivita` fejn is-servizz tal-pulizija jkun meħtieġ, meta id-daqs jew l-importanza tal-attivita` tkun tali li il-ħtieġa ta' aktar pulizija tkun neċessarja, dawn ikunu dettaljati minn distretti jew sezzjonijiet oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Konsulenzi minn Avukat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara Marzu 2013 il-Ministeru tiegħi ma tax xogħol legali jew konsulenzi lill-avukat imsemmi jew lid-ditta legali tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna illi d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ma ngħatat l-ebda xogħol legali u l-ebda xogħol ta’ konsulenza f'xi dipartiment jew fi kwalunkwe entità pubblika oħra li taqa' taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għat-Turiżmu, sad-data li fiha qed titwieġeb din l-interpellanza.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Konsulenzi minn Avukat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol legali lill-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament, fil-perjodu msemmi.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Konsulenzi minn Avukat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li l-ebda entità fid-dekasteru tiegħu ma tat xi xogħol legali bi hlas lil-avukat li d-dettalji dwaru qed jinghataw separatament, jew mid-ditta legali tieghu.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali -Konsulenzi minn Avukat
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Konsulenzi minn Avukat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li fis-sena 2013 u fl-2014 ma kien hemm l-ebda xogħol legali jew ta’ konsulenzi.
Il-Ministeru, fis-sena 2015 bejn Ġunju u Diċembru ħallas l-ammont ta’ €1672.65 u fl-2016 għax-xhur ta’ Frar, Marzu, Mejju u Lulju ħallas l-ammont ta’ €722.75.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Youth Activity Center għandha miftuħa l-Aġenzija Żgħażagħ madwar Malta u Għawdex? F'liema lokalitajiet huma? Meta nfetħu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bħalissa Aġenzija Żgħażagħ għandha żewġ Youth Activity Centres li qegħdin f’Marsaxlokk u Ħad-Dingli. Infurmat li Villa Psaigon, Ħad-Dingli reġa’ infetaħ fid-9 ta’ Ġunju 2012 filwaqt li ta’ Marsaxlokk kien diġà miftuħ qabel m’għadda taħt ir-responsabbiltà tal-Aġenzija Żgħażagħ.
Jista’ l-Ministru jgħid x’għamel dan il-Gvern sabiex ikompli jtejjeb il-kwalità tal-għajnuna legali?
Response (BONNICI, OWEN)
Dan il-Gvern ħass il-ħtieġa li l-għajnuna legali tittejjeb u tissahhah.
Għaldaqstant ġiet ikkrejata, u eventwalment stabbilita kemm bil-liġi u kif ukoll fil-prattika, aġenzija apposita sabiex independentement mill-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali, bħala prosekutur fil-kaw¿i, u mill-Qorti, bħala l-e¿ekuttiv tal-ġustizzja, persuni eleġibbli għall-għajnuna legali jkunu jistgħu japplikaw mal-Aġenzija.
L-Aġenzija qed tibda ¿¿omm
database
ta' kulmin japplika sabiex ikun assistit fil-kamp ċivili u fil-futur anke dawk tal-kamp kriminali. Matul dawn l-aħħar sentejn saret ħidma sabiex l-Aġenzija jkollha struttura amministrattiva sabiex taqdi l-esiġenzi tagħha u tespandi skont il-b¿onnijet tas-soċjeta` tal-ġurnata.
Ħarġu wkoll vakanzi għal po¿izzjonijiet li qed jimtlew, fosthom tal-Avukat Kap tal-Għajnuna Legali u staff ieħor amministrattiv. Matul is-sena 2016 saret ħidma sabiex l-onorarja mi¿era tal-Avukati u Prokuraturi Legali tal-Għajnuna Legali, li kienet ilha ma tiġi riveduta għaxar snin, u cioe` sa mill-2007, ti¿died bit-triplu, li fil-fatt kwa¿i triplat b’effett minn Ottubru 2016.
Matul is-sena, 2017, qed issir ħidma sabiex tiġi emendata l-liġi ħalli l-funzjoni amministrattiva li biha jiġu assenjati l-avukati u l-prokuraturi legali tiġi kompletament f’idejn l-Aġenzija u b’hekk il-proċess jiġi dejjem iktar simplifikat u konsegwentement iktar spedit.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ibbenefikaw studenti tal-primarja mill-iskema tal-Heritage Malta li toffri dħul b’xejn fis-siti storiċi tal-Heritage Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li sa issa kien hemm 8,411 student tal-iskejjel primarji li applikaw sabiex jissiebħu f’din l-iskema ta’ Heritage Malta.
Informazzjoni liċ-ċittadin dwar l-ispejjeż tal-kawża tiegħu quddiem il-Qorti Ċivili
Question
Jista’ l-Ministru jispjega x’passi ttieħdu sabiex iċ-ċittadin ikollu informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-kawża tiegħu quddiem il-qorti ċivili in real time?
Response (BONNICI, OWEN)
Id-Dipartiment tal-Ġustizzja ħadem sabiex jintroduċi sistema li biha ċ-ċittadin ikun aġġornat dwar l-ispejjez li jkunu qed isiru fil-kawżi tal-qrati ċivili. B’kollaborazzjoni mal-MITA ħadem fuq sistema msejħa eFees li l-għan tagħha huwa li timmodernizza l-mod kif jinħaddmu t-taxxi tal-kawżi u jingħata aċċess għalihom liċ-ċittadin. Dan kien jikkonsisti billi l-ispejjeż tar-reġistru inkorsi matul l-andament tal-kawża jiġu riflessi mill-ewwel fit-taxxa tal-ispejjeż (bill of costs). B’hekk il-parti fi kwalunkwe stadju tkun infurmata dwar l-ispejjeż tar-reġistru, u d-drittijiet tal-avukati u prokuraturi legali jinħaddmu meta l-kawża tkun deċiża. Din tlestiet u bdiet titħaddem f’Diċembru 2015.