Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30174 u jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni taħt is-somma ta' €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2016 u jistax jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija skont kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tajjeb li nippreċiża li l-ammonti mogħtija jindikaw persuni indvidwali li jistgħu jinkludu koppji li għandhom żewġ pensjonijiet bejniethom u li flimkien jaqbżu l-ammont imsemmi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30177 u jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni sal-aħħar tas-sena 2016 u jista’ jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija skont kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport ġie diskuss u ppreparat mill-Offender Assessment Board taħt l-artikolu 4 tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta’ Malta tul is-snin 2013, 2014 u 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minkejja li l-liġi kienet ilha li daħlet fis-seħħ mis-sena 2011, ninsab infurmat li kien biss għal Settembru 2013 illi daħlu l-ewwel każi. B'kollox minn Settembru 2013 ġew diskussi u preparati 180 rapport.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni maħtura bħala Skrivani tal-Parole taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta' Malta tul is-sena 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm skrivan wieħed.
Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – informazzjoni mgħoddija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba hux qed ikun hemm l-informazzjoni mgħoddija ai termini tas-subartikolu (c) tal-artikolu 7 tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta' Malta? Jekk iva, jista’ jindika kemm-il-darba?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li minn Marzu 2013 s’issa, l-iskrivan tal-Parole kellu 596 laqgħa, però mhux kull priġunier kien interessat sabiex japplika għall-Parole.
Il-maġġoranza tal-priġunieri, l-applikazzjoni ttieħdet erba’ xhur qabel id-data ta’ l-eliġibilità tal-Parole, ħlief f’dawk il-każijiet fejn ikun hemm ċerti ċirkostanzi li jipprevenu li dan jsir, bħal f’każijiet fejn ikun hemm arrest preventiv qabel tingħata s-sentenza, jew ċirkostanzi oħra li minħabba f’hekk tkun impossibbli li l-applikazzjoni tittieħed erba’ xhur qabel id-data ta’ l-eligibilità.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Marsaxlokk li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet? Kemm kienet l-ispiża sal-aħħar tal-2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016, l-Awtorità tad-Djar kellha 2 persuni minn Marsaxlokk li ibbenefikaw mis-sussidju tal-kera. L-ispiża għal dan il-perjodu kienet ta’ €1,416.68.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni; u jekk hemm, jelenka l-persuni mingħajr ma jiżvela l-identità; li kienu involuti f’inċidenti tat-traffiku aktar minn darba, fejn l-inċidenti rriżultaw f’fatalità, korriment jew diżabilità lill-vittmi rispettivi? Għal kull persuna, jista’ jgħid ukoll l-inċident li kien involut fihom bħala sewwieq, id-data ta’ kull inċident u l-impatt fuq il-vittma?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tispeċifika jekk hijiex qed tirreferi għall-persuni li jkunu tressqu l-Qorti.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward arretrati?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-uffiċċju kkonċernat fi ħdan l-Education Logistics and Support Unit għaddej b’ħidma sabiex jinqatgħu l-arretrati. Infurmat li ħlasijiet u pagamenti qed jinħarġu b’mod regolari.
Jista' l-Ministru jieħu azzjoni peress li persuni li kienu jieħdu l-mistura Risperdal 1mg, issa qed jingħataw mistura Risperidone u qed ikollhom jixtru l-mistura Risperdal minn buthom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-mistura Risperdal hija Risperidone.
Ministeru għal Għawdex – rapport dwar allegazzjonijiet ta’ serq
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm, il-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, irċevew rapporti u informazzjoni dwar allegazzjonijiet ta’ serq mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kienu jikkonċernaw dawn ir-rapporti u allegazzjonijiet u x’azzjoni ttieħdet f’kull każ? Jista’ jagħti din l-informazzjoni separatament dipartiment b’dipartiment?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of Mist Parl 31726 (Final) - Rapport Dwar Allegazzjonijiet ta' Serq.pdf
Awtorità dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – ilmenti formali fl-Uffiċċju tal-Konsumatur f’Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk fl-aħħar ġimgħat itteħdietx deċiżjoni mill-Awtorità dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) li ma jistgħux isiru iżjed ilmenti formali fl-Uffiċċju tal-Konsumatur f'Għawdex u li min irid jagħmel ilment ta’ dan it-tip, irid imur fl-uffiċċju f'Malta anke jekk jirrisjedi f'Għawdex? Tista' tgħid għaliex meta jkun ser isir proċess ta' medjazzjoni, dan issa ma jistax isir aktar f'Għawdex u konsumatur jew negozjant Għawdxi jrid bilfors imur Malta?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ma ttieħdet l-ebda deċizjoni mill-Awtorità sabiex ma jsirux aktar ilmenti fl-Ufficju tal-Konsumatur f’Għawdex. Konsumaturi Għawdxin jisgħtu jirreġistraw l-ilmenti tagħhom billi jċemplu jew iżuru l-Ufficju tal-Konsumatur f’Għawdex. Hija prassi normali li tul il-proċess tar-rikonċiljazzjoni la l-konsumatur u lanqas in-negozjant ma jkun preżenti. Dan il-proċess isir permezz tat-telefon u tal-emails. Rigward il-medjazzjoni li ssir taħt ir-Regolamenti dwar is-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR) tal-Konsumatur (ADR Residwa), fejn huwa mistenni li kemm il-konsumatur kif ukoll in-negozjant ikun preżenti, din tista ssir kemm fl-Uffiċju tal-Konsumatur f’Għawdex kif ukoll f’dak ta’ Malta skont il-preferenza tal-partijiet u skont iċ-cirkustanzi pertenenti għall-każ partikolari.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-pilloli Olanzapine 5mg hemmx minnhom fl-Ispiżeriji tal-Gvern? Jista’ jgħid ukoll jekk humiex imniżżla fix-Schedule V?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-pilloli Olanzapine 5mg huma mniżżla fil-formularju tal-gvern u jinsabu in stock fl-ispiżeriji tal-Gvern.
Dipartiment tas-Saħħa – Persuni li jieħdu r-Ritalin (Methylphenidate) u Concerta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jieħdu r-Ritalin (Methylphenidate) u l-Concerta b’xejn, mid-Dipartiment tas-Saħħa fis-sena 2016? Jista’ jelenka n-numru ta’ pazjenti li kienu ngħataw ir-Ritalin b’xejn kull sena mill-2008 sal-aħħar sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn meta ġiet introdotta l-Concerta fil-formularju tal-gvern u tingħata b'xejn lill-pazjenti, iġifieri mill-2015 sal-aħħar tal-2016 tqassmet mal-100,650 pillola filwaqt li għal-mediċina Ritalin (Methylphenidate) fl-2016 kien hemm 344,640 pillola li tqassmet mingħajr ħlas.
Jista’ l-Ministru jgħid in-numru totali ta’ kaxex tal-pilloli ta’ 20mg u 40mg ta’ Simvastatin (u kemm fiha kull kaxxa) li ngħataw b’xejn mis-servizzi governattivi tas-saħħa matul kull sena mill-2008 sal-2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja fis-sena bejn l-2013 u l-2016 ta’ kemm ingħataw b’xejn pilloli Simvastatin 20mg kienet 509,892 kaxxa ta’ 28 pillola u l-medja ta’Simvastatin 40mg fl-istess żmien imsemmi kienet 30,257 kaxxa ta’ 28 pillola. Ninfurmah ukoll illi fl-2014 ingħataw b’xejn pilloli Simvastatin 20mg 43,501 kaxxa ta’ 100 pillola u 973 kaxxa ta’ 100 pilloli Simvastatin 40mg.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-low cost airline Ryanair igawdiex minn xi sussidju jew benefiċċji vis-à-vis mal-Air Malta jew mingħand il-Gvern jew mill-Malta International Airport bħal ħlas irħas għall-użu tal-Ajruport Malti? Bħala kumpanija, ir-Ryanair tgawdi minn xi benefiċċji sussidju jew privileġi oħra li ma tgawdhiex minnhom l-Air Malta?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tal-informazzjoni li qed jitlob, inżammu l-istess prattiċi adottatti mill-amministrazzjoni preċedenti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jibdew jiġu aċċettati talbiet biex residenti jkollhom parkeġġ riservat għalihom fil-lokalità fejn joqogħdu? Liema lokalitajiet għandhom tali parkeġġi approvati minn Transport Malta (TM)? Meta hu mistenni li jkun hemm żieda f'dawn il-lokalitajiet b'tali parkeġġi riservat għar-residenti? Fil-każi fejn il-parkeġġi għar-residenti huma approvati, jista' jagħti tagħrif meta ġew approvati? Kemm kien hemm każi, u fejn kienu, jekk kien hemm, li Residents’ Parking Schemes li kienu diġà operattivi fil-fatt ħarġet ordni minn TM biex dawn l-istess skemi jitneħħew?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi meta tgħaddi l-liġi jiġu proċessati tali talbiet sottomessi mill-Kunsill Lokali. Kien hemm żewġ talbiet li ma ġewx aċċettati. Dawn tressqu mill-Kunsilli lokali ta’ Tas-Sliema u l-Ħamrun.
Transport Malta — Parkeġġi li huma regolati bil-ħin
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hemm parkeġġi li huma regolati bil-ħin, u li huma approvati minn Transport Malta (TM)? Jista' jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq li fihom il-parkeġġi fl-istess inħawi huwa rregolat bil-ħin? Jista' jagħti d-dettalji ta' liema huma dawn il-postijiet triq triq, lokalità lokalità? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk TM għandhiex applikazzjonijiet pendenti għal tali parkeġġi bil-ħin? Jekk hemm, jista’ jgħid għal fejn huma dawn l-istess talbiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Avviżi Legali relatati mal-iskemi tal-Parkeġġ Kontrollat lokalità, b’lokalità.
Kien hemm 17-il applikazzjoni għal tali parkeġġi li huma pendenti.
Attachments:PQ31739 13MAR PAPERS LAID DOC 1.pdfPQ31739 13MAR PAPERS LAID DOC 2.pdfPQ31739 13MAR PAPERS LAID DOC 3.pdfPQ31739 13MAR PAPERS LAID DOC 4.pdf