Billi l-binja u l-art ta’ madwar ta’ dak li kien is-Selmun Palace Hotel jidher li m’għadhomx iktar fuq il-kotba tal-Air Malta, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar min issa qed jamministra din il-proprjetà? Kemm ilha tiġi amministrata minn din l-entità? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk din il-proprjetà hux ser tinbiegħ lil xi ħadd?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-proprjetà qed tiġi amministrata minn kumpanija b’ishma mill-Ministeru għall-Finanzi u ‘Malta Industrial Parks’. It-trasferiment ta’ Selmun Palace Hotel għadda mingħand l-Air Malta għand din il-kumpanija fl-24 ta’ Marzu 2016. Qiegħed jitħejja l-proċess sabiex, eventwalment, il-proprjetà tinħareġ għall-bejgħ.
Jista' l-Ministru jieħu azzjoni sabiex jiġi stallat bus shelter fit-triq tal-Irdum ta' Ħad-Dingli, biswit iż-żoni tal-Kappella tal-Madalena, liema żona tospita mijiet ta’ turisti u Maltin, li jużaw transport publiku, u jkunu esposti għall-elementi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta se tkun qed tevalwa dan is-suġġeriment.
Skola MA Refalo Sixth Form College — xogħlijiet ta' ristrutturar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa mistenni li se jqum ix-xogħol ta' ristrutturar tal-iskola Sir MA Refalo Sixth Form College Għawdex sabiex parti minn din l-iskola tkun tista' tintuża minn Barts Medical School? Jista' jgħid jekk dawn l-ispejjeż humiex se jitħallsu mill-Gvern jew inkella minn Vitals Global Healthcare? Kemm studenti huwa mahsub li se jagħmlu użu minn din l-iskola fl-ewwel sena tagħha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett mhux qiegħed jiġi implimentat mill-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta' Għada u għaldaqstant il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol mhuwiex f'pożizzjoni li jagħti d-dettalji dwar l-ispejjeż involuti.
Sptar Mater Dei – rapporti konnessi mal-Qasam tas-Saħħa
Question
B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 31452, jista' l-Ministru jgħid x'rapport jew rapporti konnessi mal-Qasam tas-Saħħa ġew mqabda jagħmlu NexiaBT u jista' jpoġġi kopja tiegħu jew tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kuntratt tal-kumpanija msemmija minnu kien għal advisory services.
B'referenza għar-risposta jew aħjar in-nuqqas ta' risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 31453, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn huma flus pubbliċi li tħallsu lill-kliniċi privati kif din l-informazzjoni ma tistax tingħata fil-Parlament? Jista' jagħti s-somma totali kemm ħallas il-gvern lill-isptarijiet u l-kliniċi privati għal xogħol li dawn għamlu lill-Gvern bħala ammont totali għal kull sena fis-snin 2013, 2014, 2015 u fis-sena 2016?
B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 31406, jista' l-Ministru jgħid fil-preżent, kemm-il persuni hemm jaħdmu fil-Qasam tal-Gaming mal-265 kumpanija indikati minnu? Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’ referenza għal mistoqsija numru 31889 nirreferu l-Onor. Interpellant għall-istatistika maħruġa regolarment mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, kif ukoll għall-Interim Performance Report maħruġ mill-Awtorità li jinsab fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità (http://www.mga.org.mt/consultations-publications).
Kopja tal-Interim Performance Report qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jara f'liema stadju wasal il-każ rigward fidi ta' ċens li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ċ-ċenswalisti l-ġodda ta’ dan il-fond se jkunu qegħdin jigu nfurmati formalment, permezz ta’ ittra, illi huma saru ċ-ċenswalisti rikonoxxuti mad-Dipartiment fuq dan il-fond u għaldaqstant ikunu jistgħu jħallsu l-lawdemju dovut lill-istess Dipartiment.
Sadanittant it-talba tal-istess persuni sabiex jifdu c-cens gravanti l-fond ma tistgħax tigi milqugħa għalissa, minhabba illi talbiet simili jigu aċċetati biss taht Skemi speċifiki maħruġa mill-Uffiċċju Kongunt minn żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li talab qiegħda ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern kif mitlub mill-Public Procurement Regulations.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li jiena tajt għall-mistoqsija parlamentari 28692 fejn diġà ingħatat l-informazzjoni mitluba, fid-dettal.
Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Risposta għall-mistoqsija parlamentari 29764 hija kif ġej:
Nru. Ta Direct Orders
Ammont
Malta Freeport
Nil
5230
Malta Gaming Authority
19
1166946
Gaming Malta
Nil
MCA
24
253806.04
MITA
105
3495997.46
MMA
Nil
MCDMS
4
€62,843.01 *
* B’referenza ghal MCDMS parti mic-cifra ndikata tinkludi spejjez ghal kiri ta’ karozzi li l-kuntratt tagħhom jiskadi fl-2017
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Konsulenzi minn Avukat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l’ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma tat xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Konsulenzi minn Avukat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninsab infurmat li l-persuna kkunċernata ma ingħatat l-ebda xogħol mill-Ministeru tiegħi jew minn xi entità li taqa’ taħti.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali - Konsulenzi minn Avukat
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninsab infurmat li l-persuna kkunċernata ma ingħatat l-ebda xogħol mill-Ministeru tiegħi jew minn xi entità li taqa’ taħti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara Marzu 2013 ma kien hemm l-ebda entità fid-dekasteru tiegħi li tat xogħol legali jew talbet konsulenzi mill-avukat msemmi jew mid-ditta legali tiegħu.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Konsulenzi minn Avukat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat illi, wara Marzu 2013, il-persuna indikata mill-Onor. interpellant ma ngħatat ebda xogħol legali jew xogħol ta' konsulenza f'xi dipartiment jew f'xi entità pubblika li taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport - Konsulenzi minn Avukat
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 31208.