Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-postijiet li ġew restawrati mid-Direttorat għar-restawr matul l-2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ postijiet li ġew restawrati matul l-2016, kif ukoll lista ta’ dawk il-postijiet li matul l-istess sena beda xogħol ta’ restawr fuqhom.
Wara li l-impjegati tal-Awtorità tax-Xandir kitbu lill-Prim Ministru dwar intimidazzjoni u bullying fuqhom miċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir u wara li qed iqumu dubji serji dwar il-kompetenzi tal-persuna maħtura biex tmexxi din l-Awtorità, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’laqgħat saru mal-ħaddiema dwar dan il-każ? X’passi se jittieħdu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-Prim Ministru ħa nota tal-ittra li ntbagħtet lilu mill-ħaddiema tal-Awtorità tax-Xandir u wassal dan it-tħassib liċ-Chairperson tal-Board.
Infakkrek li l-Awtorità tax-Xandir hija awtorità mwaqqfa bil-Kostituzzjoni u allura bħala tali tgawdi minn awtonomija sħiħa. Deċiżjonijiet bħal li qed jiġu diskussi filfatt huma materja u suġġett tal-Bord tal-Awtorità tax-Xandir.
Minkejja dan, il-Prim Ministru wassal il-messaġġ li deċiżjoni bħal din ghandha tittieħed b’konsultazzjoni sħiħa mal-ħaddiema biex tittieħed deċiżjoni fl-aħjar interess tal-Awtorità.
Wara li l-impjegati tal-Awtorità tax-Xandir kitbu lill-Prim Ministru dwar intimidazzjoni u bullying fuqhom miċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir u wara li l-Oppożizzjoni stqarret pubblikament li tilfet il-fiduċja li l-persuna magħżula għandha l-kompetenzi u l-ħiliet neċessarji biex tmexxi din l-awtorità importanti, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk irċeviex jew talabx għar-riżenja ta’ din iċ-Chairperson?
Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) – servizz tad-dawl mill-Enemalta — metodi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu jagħmel id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) dwar dak li ġie allegat fil-ġurnal lokali The Times of Malta fid-9 ta’ Frar 2017 rigward metodi qarrieqa sabiex konsumaturi jinqatgħalhom is-servizz tad-dawl mill-Enemalta?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li dan il-każ ma jaqax taħt il-kompetenza tal-Kunsill u għalhekk għandu jiġi investigat mill-awtoritajiet kompetenti.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu jagħmel il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur dwar dak li ġie allegat f’ġurnal lokali fid-9 ta’ Frar 2017 rigward metodi qarrieqa sabiex konsumaturi jinqatgħalhom is-servizz tad-dawl mill-Enemalta?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li dan il-każ ma jaqax taħt il-kompetenza tal-Kunsill u għalhekk għandu jiġi investigat mill-awtoritajiet kompetenti.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30473, peress li staqsejt meta saru dawn id-diskussjonijiet, tista’ l-Ministru tgħid meta saru l-laqgħat mal-Avukat Ġenerali? Tista’ tgħid ukoll kelliex laqgħat mad-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) f’dan ir-rigward u jekk iva, meta saru dawn il-laqgħat? Peress li l-Ministru kkonfermat li hemm diversi proposti leġislattivi, tista’ telenka dawn il-proposti? Tista’ tispjega għalfejn il-Ministru għaddiet proposta waħda lill-Oppożizzjoni; dik li tiġi emendata l-Kostituzzjoni?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li nhar it-18 ta’ Mejju 2016 u nhar is-27 ta’ Lulju 2016 saru laqgħat bejn uffiċjali mill-Ministeru, mill-Awtorita ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Avukat Ġenerali.
Peress li jinħtieġ zewg terzi tal-Parlament l-oppożżizjoni kienet ipprezentata bl-emendi kostituzzjonali. Il-proposti legizlattivi jitressqu fil-parlament kif ikunu finalizzati.
Draft Leniency Regulations – investigazzjoni dwar kartelli
Question
Wara li l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar Draft Leniency Regulations dwar investigazzjonijiet fuq kartelli kienu konklużi fl-2013, tista’ l-Ministru tgħid għalfejn dawn ir-regolamenti qatt ma daħħlu fis-seħħ?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Draft Leniency Regulations imsemmija minna qed jiġu reveduti minħabba s-sentenza kostituzzjonali riċenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ġie ppreparat Parole Dossier skont tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta’ Malta fl-2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fl-2016 saru wieħed u sebgħin (71) Parole Dossiers.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba rċeviex ir-rapport li għandu jiġi ppreżentat mill-Bord tal-Parole taħt is-subartikolu 3 tal-artikolu 9 skont l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta’ Malta għas-snin 2014, 2015, u 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed isiru l-verifiki meħtieġa.
Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali – rapport annwali tal-Bord tal-Parole
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba qiegħedx il-kopja tar-rapport annwali tal-Bord tal-Parole fuq il-Mejda tal-Kamra u ppreżentax tali kopja lill-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali għas-snin 2014 u 2015 skont is-subartikolu 4 tal-artikolu 9 tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta’ Malta?
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement minn min huwa kompost il-Bord għat-tnaqqis tas-sentenzi taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta’ Malta?Jista’ jgħid fuq kemm-il darba ltaqa’ tul is-sena li għaddiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Il-Bord huwa kompost minn, Dr.Henry Antoncic bħala chairman, is-Sur Charles Azzopardi, is-Sur Alfred Cachia u d-direttur tal-Ħabs, is-Sur Paul DeBattista. Matul is-sena 2016 il-Bord kellu 8 laqgħat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ġie trattat mill-Bord għat-Tnaqqis tas-Sentenzi taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta Malta?Jista’ jgħid l-eżitu tagħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema perjodu jixtieq tweġiba.
Housing Authority — problema ta' sussidju - każ ta' persuna
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-ħaddiema tal-Housing Authority fuq problema ta' sussidju?
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mill-ġdid mal-anzjani li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fejn wara li l-kuntrattur għamel intervent fis-saqaf imtlew bl-umdità?
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-omm li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ skola ta’ tifla b’diżabilità?
Response (BARTOLO, EVARIST)
B'referenza għad-dettalji li ngħataw separatament, qiegħed ngħaddi informazzjoni dwar dan il-każ direttament lill-Onor. Interpellant b'mod kunfidenzjali.
Identity Malta – applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31508 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija pendenti fil-preżent ġewwa Identity Malta? Jista’ jgħid kemm minnhom huma għal ċittadinanza biż-żwieġ, b'naturalizzazzjoni u taħt l-iskema IIP?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2010 sa Frar tal-2017, id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza irċieva total ta’ disat elef, seba’ mija u ħamsa u għoxrin (9,725) applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija. Minn dawn, elf, disa’ mija u erbgħa u disgħin (1,994) applikazzjoni għadhom qiegħdin jiġu pproċessati.
L-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija żdiedu minn sena għall-oħra, bl-aktar żieda sostanzjali tkun irreġistrata fl-2016. Is-sena li għaddiet, l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza żdiedu b’sebgħa u ħamsin fil-mija (57%) meta mqabblin ma’ dawk li d-Dipartiment kien irċieva fl-2011.
Bejn l-2010 u Frar 2017, id-Dipartiment irċieva total ta’ erbat elef, seba’ mija u tliet (4,703) applikazzjonijiet li jirrigwardaw ċittadinanza bi żwieġ jew naturalizzazzjoni, li minnhom disa’ mija u ħamsa (905) għadhom qegħdin jiġu pproċessati.
Meta wieħed iqabbel is-sena 2016 mas-sena 2011 isib illi matul is-sena li għaddiet, żdiedet b’sitt elef, disa’ mija u għoxrin fil-mija (6920%) ir-rata ta’ rifjut ta’ applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija bi żwieġ u b’naturalizzazzjoni.
Fil-każ tal-Programm ta’ Cittadinanza b’Investiment, sal-ahhar ta’ Frar 2017 kien hemm 346-il applikazzjoni li ghadhom ghaddejjin mill-fazi ta’ due diligence.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – lista ta’ dokumenti u strateġiji
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31545, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tad-dokumenti u strateġiji li kienu miftuħa għall-konsultazzjoni pubblika f'din il-leġiżlatura?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, id-dokumenti u strateġiji li kienu miftuħa għall-konsultazzjoni pubblika f’din il-leġiżlatura kienu dawn li ġejjin:
· Green Paper “A Framework for Poverty Reduction and for Social Inclusion” (January 2014);
· National Strategic Policy for Poverty Reduction and for Social Inclusion (2014-2024);
· National Children’s Policy 2016 (Consultation document September 2016);
· National Alcohol Policy document for public consultation (October 2016);
· Positive Parenting National Strategic Policy (2016-2024);
· Strengthening the Pension Strategy: A Strategy for an Adequate and Sustainable Maltese Pension System (June 2015)
· Strategy for Retirement and Financial Capability: Knowledge, Planning, Action (2017-2019).
· National Dementia Strategy;
· National Minimum Standards for Care Homes for Older People;
· National Strategic Policy For Active Ageing;
· National Policy on the Rights of Persons with Disability;
· The Malta National Disability Strategy (Consultation Document);
· Empowering Change. A National Strategy for Dementia in the Maltese Islands (2015-2023);
· National Strategic Policy for Active Ageing (2014-2020);
· Standards for Residential Services for Persons with Disability,
· Persons within the Autism Spectrum (Empowerment) Act,
· Homes for Older persons (care quality standards) Authority Bill.