Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #31892 Sitting 495 2017-03-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Pillola Clopidogrel — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern iġibx il-pillola Clopidogrel 75mg u jekk hux minnu li toħroġ għal sena? Jekk iva jista' jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament biex jitmexxa l-każ tagħha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mediċina Clopidrogel 75mg qegħda fuq il-formularju tal-gvern u hija regolata mill-Protokol Numru 276. Il-każ qed ikun segwit.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — direct orders

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tagħha inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tagħha? Tista' tgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li fis-sena 2016 kien hemm sbatax-il (17) direct order u iċ-ċifra globali kienet ta’ €392,875.11.
Leg 12 PQ #29766 Sitting 494 2017-03-14 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Staff klerikali – degree mill-Università

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Staff klerikali – degree mill-Università

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninsab infurmat li fil-Ministeru tiegħi hemm total ta’ 7 clerks li huma mxerdin f’dipartimenti varji. Skont l-informazzjoni li għandi, m’hemm l-ebda persuna minn dan l-istaff klerikali li għandu degree mill-Università u dan minħabba l-fatt li mhuwiex rekwiżit li jkollok degree mill-Universita sabiex taħdem dan ix- xogħol klerikali.
Leg 12 PQ #29768 Sitting 494 2017-03-14 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Staff klerikali – degree mill-Università

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?

Response (VELLA, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema gradi qed jirreferi.
Leg 12 PQ #29769 Sitting 494 2017-03-14 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Staff klerikali – degree mill-Università

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fid-Direttorat tas-Servizzi Korporattivi fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu, hemm persuna waħda illi għandu grad ta' Baċellerat bl-Unuri fl-Edukazzjoni.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Staff klerikali – degree mill-Università

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi u l-Entitajiet fi ħdanu m’humiex f’pożizzjoni li jagħtu d-dettalji mitluba. Dan minħabba l-fatt li l-impjegati in kwestjoni m’humiex obbligati li jinformaw lid-Dipartiment / Direttorat konċernat b’tali kwalifiki.

Kunsilli Lokali– Direct Orders — investigazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26831, jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali nvestigax id-directs orders li qabżu l-limitu stabbilit u x’passi ttieħdu f’kull ċirkustanza?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ħejja rapport dwar id-direct orders li qed jirreferi għalihom, liema rapport qed inpoġġieh fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-amministrazzjoni ħadmet biex il-Kunsilli Lokali jingħataw taħriġ dwar il-liġi primarja kif ukoll dwar il-leġislazzjoni sussidjarja tal-Kunsilli Lokali, inkluż dawk finanzjarji, lis-Segretarju Eżekuttiv. Permezz ta’ dan it-taħriġ il-Kunsilli Lokali qegħdin ikunu ggwidati aħjar. Fl-ambitu ta’ governanza tajba mill-Kunsilli Lokali, kontabilità u trasparenza, ir-regolamenti u l-proċeduri finanzjarji tal-Kunsilli Lokali, kif ukoll il-proċeduri li permezz tagħhom jinħarġu sejħiet għall-kwotazzjonijiet u offerti, ser ikunu emendati biex jimxu id f’id mar-regolamenti dwar l-akkwist pubbliku. Bi preparazzjoni għal din it-tranżizzjoni, ġie introdott l-użu tas-sistema tal-akkwist elettroniku (ePPS) mill-Kunsilli Lokali biex ikun żgurat li l-Kunsilli Lokali jkunu konformi mal-proċeduri ta’ xiri addottati mill-Gvern Ċentrali.

Advisory Board tal-fostering

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30797 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk l-inkjesta li kienet intalbet mill-Ministru għall-Familja u Soliderjetà Soċjali waqt li kien għamel referenza għal diskors li sar minni fil-21 ta' Ottubru 2015 waqt seduta parlamentari b'rabta mal-ħidma tal-Advisory Board tal-fostering tlestietx? Jekk fil-fatt tlestiet, jista’ jpoġġi r-rapport ta' din l-istess inkjesta fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-inkjesta għadha għaddejja u waslet fi stadju biex tingħalaq.

Sitwazzjoni finanzjarja tar-reġjuni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' x'inhi s-sitwazzjoni finanzjarja tar-Reġjuni kif inhi llum għal kull Reġjun?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 12 PQ #31210 Sitting 494 2017-03-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Konsulenzi minn Avukat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu ma ta ebda xogħol lill-avukat ikkonċernat.
Leg 12 PQ #31211 Sitting 494 2017-03-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Konsulenzi minn Avukat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31845.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Konsulenzi minn Avukat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sar b’€ 6,000 xogħol għall-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita u b’€ 312 għal diversi konsulenzi mal-MFSS.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għad-drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva - Konsulenzi minn Avukat

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segetarjat Parlamentari jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li għadni kif tajt għall-Mistoqsija Parlamenti 31212.

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — Konsulenzi minn Avukat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?

Response (MALLIA, EMANUEL)

MCDMS NIL GAMING MALTA NIL MMA NIL MGA NIL MCA NIL MITA NIL FREEPORT NIL

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Konsulenzi minn Avukat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tagħha tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħlijiet lill-persuna msemmija.

Alternative Dispute Resolution

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’għamel dan il-Gvern biex ikabbar l-użu tal-Alternative Dispute Resolution (ADR)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-qasam ta’ Alterntive Dispute Resolutions, il-Gvern abbozza emendi għall-Att Dwar il-Medjazzjoni liema Att illum għadda mit-Tielet Qari tiegħu f’dan l-aħħar xahar. L-istess Att sallum għadu ma ġiex ippubblikat fil-Gazzeta tal-Gvern. Illi f’dan il-qasam, hemm features innovattivi fejn jirriżulta li: 1. Estendejna l-Medjazzjoni obbligatorju mhux biss fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni Familja) iżda anki sejra tiddaħħal fil-Bord li jirregola l-Kera skont u taħt iċ-ċirkostanzi kif hemm spjegat fl-istess Att; 2. Daħħalna li f’kawzi quddiem il-Qorti Tal-Maġistrati (Malta) u ma' l-ewwel smigħ il-Maġistrat irid jitlob lill-partijiet jekk jixtiequx jiftehmu b’medjazzjoni u f’każ li ma hemmx lok, allura digriet jingħata fl-istess smigħ tal-kawża jew tingħata differiment żgħir sabiex il-partijiet jippruvaw jaslu sabiex jittransiġu l-pendenzi tagħhom. 3. Daħħalna il- videoconferencing għal Medjazzjonijiet liema Medjazzjonijiet jistgħu jsiru anki tramite dawn is-sistemi teknoloġiċi basta li l-partijiet u l-medjatur huma miftiehmin bil-mezzi li sejrin jaddottaw; 4. Daħħalna artikolu fejn il-Gvern jista’ joħroġ skemi għal pubbliku mad-Dipartimenti tiegħu stess li jippromwovu medjazzjonijiet fi kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal żmien bejn il-partijiet u bejn id-Dipartimenti konċernati.

Tisħiħ fl-indipendenza fil-ġudikatura

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ x’sar minn dan il-Gvern sabiex tissaħħaħ l-indipendenza fil-ġudikatura?

Response (BONNICI, OWEN)

L-indipendenza tal-ġudikatura hija waħda mill-elementi bażiċi tal-istat tad-dritt (rule of law) u dan il-gvern ħa diversi passi biex isaħħaħha. Dan kemm fuq il-livell legislattiv u partikolarment fuq dak Kostituzzjonali kif ukoll fuq il-livell prattiku. Fuq il-livell legislattiv l-aktar passi importanti li mexxa dan il-gvern f’ dan il-qasam kienu l-emendi għall-Kostituzzjoni li saru permezz tal-Att XLIV tal-2016 u li bih issaħħet il-protezzjoni Kostituzzjonali tal-Kummissjoni Għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja u twaqqfu l-Kumitat dwar Ħatriet fil-Ġudikatura u l-Kumitat dwar l-Imħallfin u l-Maġistrati li permezz tiegħu il-ġudikatura teżerċita awto-dixxiplina fuqha nnifisha. Dawn l-iżviluppi kienu passi verament storiċi li abbordaw kwistjonijiet u problemi li kienu ilhom jiġu diskussi fis-sistema Kostituzzjonali Maltija għal ħafna snin u li donnu kien hemm ukoll rassenjazzjoni li dawn qatt ma huma se jissolvew. Fuq il-livell prattiku dan il-Gvern żied ir-riżorsi tal-ġudikatura kemm billi żied in-numru ta’ ġudikanti kif ukoll billi pprovda għat-twaqqif tal-kariga ta’ Court Attorney illi jassistu lill-membri tal-ġudikatura fix-xogħol tagħhom. Dan il-Gvern irriżolva ukoll il-kwistjoni tal-pensjoni tal-membri tal-ġudikatura illi kienet ilha s-snin tiġi diskussa biex b’ hekk setgħet tissaħħaħ ukoll l-indipendenza personali tal-ġudikanti. Għad illi f’ dan il-qasam dejjem jibqa’ xi jsir, din il-leġislatura certament illi se tibqa’ tissemma bħala waħda fejn ġew sblokkati, u fejn sar progress kbir dwar, ħafna kwistjonijiet li jirigwardaw il-ġudikanti u l-indipendenza taghhom kemm personalment kif ukoll bhala organu kostituzzjonali.

Orkestra Filarmonika

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ x’viżibilità kellha l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta barra minn Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta żaret diversi pajjiżi u tellgħet għadd numru sostanzjali ta’ kunċerti barra minn Malta , fejn ndaqqu xogħlijiet ta’ kompożituri Maltin. Qed inpoġġu fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.