Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika – membri tal-bord

Question

Tista’ l-Ministru tgħid minn min hu magħmul il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika maħtur skont l-Att dwar il-Vjolenza Domestika? Tista’ tgħid kemm hemm membri fuq il-Kummissjoni li huma nisa u kemm minnhom huma persuni b’diżabilità?

Response (DALLI, HELENA)

Members on Board Chairperson: Mr. Joe Gerada Membri: Ms. Charlene Barbara Ms. Stephanie Fenech Dr. Lara Dimitrijevic Insp. Louise Calleja Dr. Charles Cassar Ms. Amanda Grech Ms. Renee Laiviera​ Dr. Cheryl Azzopardi Dr. Josef Masini Vento Segretarja: Ms. Katya Unah Membri nisa: 7 u rġiel 3. Segretarja tal-bord tal-Kummissjoni: 1

Kummissjoni Nazzjonali Promozzjoni tal-Ugwaljanza għall-Irgiel u n-Nisa – membri

Question

Tista’ l-Ministru tgħid minn min hu magħmul il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa hekk maħtur taħt l-Att dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa? Tista’ tgħid kemm mill-membri huma nisa u kemm mill-membri huma persuni b’diżabilità?

Response (DALLI, HELENA)

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza hi magħmula minn erba’ nisa u erba’ irġiel, fejn fosthom hemm membru wieħed li għandu diżabilità. Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza hi magħmula minn kif ġej: Kummissajru: Ms Renee Laiviera Membri: Ms Claudine Borg, Prof. Mark Anthony Falzon, Ms Mary Galea Debono, Mr Mario Mallia, Dr Vanni Xuereb, Ms Lorraine Spiteri, u Mr Oliver Scicluna.

Kunsill għas-Settur tal-Volontarjt kif — membri

Question

Tista’ l-Ministru tgħid minn min hu magħmul il-Kunsill għas-Settur tal-Volontarjat kif maħtur skont l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji? Tista’ tgħid kemm mill-membri huma nisa u kemm mill-membri huma persuni b’diżabilità?

Response (DALLI, HELENA)

Il-Kunsill għas-Settur tal-Volontarjat kif maħtur skont l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji huwa magħmul minn dawn il-membri: Is-Sur Ian Azzopardi, Dott. Myrna Azzopardi, is-Sinjura Doris Bingley, is-Sinjura Gertrude Buttiġieġ, Dott. Noel Camilleri, is-Sur Nathan Farrugia, is-Sur Robert Farrugia, is-Sinjura Gemma Sirol, is-Sur Edward Gruppetta u s-Sinjura Claudia Taylor East. F’dan il-Kunsill hemm ħames membri nisa. M’hemm l-ebda membru tal-Kunsill li huwa persuna bi bżonnijiet speċjali peress li meta kienu fetħu n-nominazjonijiet l-ebda persuna bi bżonnijiet speċjali ma kienet tefgħet in-nomina.
Leg 12 PQ #31789 Sitting 495 2017-03-15 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta – membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hi komposta l-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta hekk maħtura skont l-Att dwar l-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta? Jista’ jgħid kemm mill-membri huma nisa u kemm mill-membri huma persuni b’diżabilità?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħatra tal-bord tal-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta tħabbret fin-notifika numru 828 ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-5 ta’ Awwissu 2016.
Leg 12 PQ #31790 Sitting 495 2017-03-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Każ ta’ anzjana

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward anzjana li qed titlob li tmur fl-Isptar Karin Grech biex tirkupra minn mard?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ qed jiġi segwit.

Każ ta’ anzjana

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward anzjana li qed titlob li tmur fl-Isptar Karin Grech biex tirkupra minn mard?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru tas-Saħħa.

Tnaqqis ta’ Pensjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward tnaqqis ta’ pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ma kien hemm l-ebda tnaqqis fl-ammont totali ta’ pensjoni fil-ġimgħa, li tirċievi l-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw b’mod separat.

Ħal Tarxien – Triq il-Kbira – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra f’liema stat u kundizzjoni tinsab il-parti inizjali ta’ Triq il-Kbira Ħal Tarxien u jekk kemm-il darba huwiex ser isir xi xogħol fuqha tul din is-sena?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Tarxien – Triq il-Fieres – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra f’liema stat u kundizzjoni tinsab il-parti inizjali ta’ Triq il-Fieres Ħal Tarxien u jekk kemm-il darba huwiex ser isir xi xogħol fuqha tul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li tajt f’Mistoqsijiet Parlamentari 31150 u 31151.

Bormla – Windmill Str – xogħol fil-mitħna l-antika

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31047 jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba huwiex previst li tul din is-sena jsiru t-tiswijiet neċessarji mid-Dipartiment tal-Kultura fil-mitħna l-antika li tinsab f’Windmill Str, Bormla billi għandha bżonn dan urġenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-Kultura ma jagħmilx xogħol ta tiswijiet u manutenzjoni ta’ bini jew siti storiċi.
Leg 12 PQ #31860 Sitting 495 2017-03-15 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta’ Malta dwar l-Ippjanar – permessi approvati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma l-Kamra kemm-il permess ġie approvat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ippjanar fis-sena 2016 u jista’ jagħti lista dettaljata ta’ x’tip kienu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.

Wied il-Għajn – żona msejjaħ il-Magħluq — passi

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27280 jista’ l-Ministru jinforma x’passi ulterjuri ttieħdu tul is-sena li għaddiet għar-rigward il-Magħluq f’Wied Il-Għajn?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant, li fil-Magħluq ta’ Marsaskala komplew l-inizjattivi tal-kontroll tal-firien, kif ukoll miżuri biex tinżamm l-indafa tal-post bħala parti mill-ħarsien u mmaniġġjar aħjar tas-sit. Dan ix-xogħol qed isir minn diversi entitajiet, dan il-Ministeru, kif ukoll Ministeri oħra. Inizzjattiva ġdida, imnieda ma’ entità mhux governattiva, hija dik immirata għar-rinfurzar tal-popolazzjoni tal-bużaqq (Aphanius fasciatus) li jinstabu fil-post b’mod naturali. Dawn il-miżuri msemmija jagħmlu parti mill-Pjan tat-Tmexxija għas-sit.

Każ ta’ kera – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ u jkellem lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq każ ta’ kera?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-kera hija maħduma skont il-policies tal-kera soċjali preżenti. Il-kuntratt tal-kera ġie ffirmat fil-5 ta’ Marzu 2013.
Leg 12 PQ #31871 Sitting 495 2017-03-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proprjetajiet għall-bejgħ li jaqgħu taħt l-Awtorità tal-Artijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema proprjetajiet li jaqgħu taħt l-Awtorità tal-Artijiet huma għall-bejgħ preżentament? Fejn jinsabu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #31872 Sitting 495 2017-03-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bdiewa li qed jaħdmu art proprjetà tal-gvern – applikazzjonijiet biex jiġu rikonoxxuti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm applikazzjonijiet minn bdiewa li qed jaħdmu art proprjetà tal-gvern, li kienu talbu biex jiġu rikonoxxuti għall-istess art u li fil-fatt ġew hekk rikonoxxuti? Kemm fadal applikazzjonijiet pendenti għal dan ir-rikonoxximent?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Pelican light stallati f’Malta u f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ġew stallati pelican lights f'Malta u f'Għawdex matul l-aħħar tnax-il xahar? Fejn ġew stallati, u min ħallas għall-istess stallazzjoni?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar tnax-il xahar ġew stallati jew saru upgrades fuq 30 pedestrian crossing minn Transport Malta. Il-lista ta dawn il-crossings qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #31874 Sitting 495 2017-03-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta u l-ħaddiema — żviluppi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm żviluppi ġodda għal dak li jikkonċerna l-Air Malta u l-ħaddiema tagħha? Jista' jagħti tagħrif dwar x’inhuma dawn l-iżviluppi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’dan il-waqt il-Gvern bħal shareholder ta’ l-airline għaddej b’taħdidiet paraleli ma numru ta’ kumpaniji li huma nteressanti li jiddiskutu l-possibilta li jidħlu f’partnership strateġiku ma’ l-Air Malta. Kif għamilna fil-passat, ser inkun qed ninforma lill-ħaddiema, din il-Kamra u l-Poplu in ġenerali meta jkun hemm xi ħaġa konkreta. Il-Gvern huwa ukoll kommess li jibqa jikkomunika mal-ħaddiema, b’laqgħat mal-unions li jsiru perjodikament u li jkomplu jibnu fuq il-qbil li kien intlaħaq mal-unions fis-sajf li għadda.

L-effett ta’ Brexit fuq Malta – rapporti ġodda

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Gvern Malti għandux rapporti ġodda għal dak li jikkonċerna l-effett ta' Brexit fuq Malta?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninsab infurmat li saret u qed titkompla l-evalwazzjoni dwar l-impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna. Malta flimkien ma’ 26 Stat Membru ieħor qegħdin f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea sabiex l-interessi tal-Unjoni u l-Istati Membri jigu ssalvagwardjati. Wieħed irid jistenna il-pożizzjoni tar-Renju Unit sabiex l-Unjoni Ewropea tkun f’ pożizzjoni li tifinalizza l-pożizzjoni tagħha għan-negozjati fuq din il-materja.

Identity Malta – applikazzjonijiet pendenti għal Ċittadinanza Maltija

Question

Billi qed jiġi ripetut li n-numru ta' applikazzjonijiet għal Ċittadinanza Maltija żdied b'mod sostanzjali, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu, preżentament, in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem Identity Malta, biex tingħata Ċittadinanza Maltija, skont il-kategorija differenti ta' applikazzjonijiet li għandha l-istess Identity Malta? Ta’ liema sena, sena b’sena huma l-applikazzjonijiet pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi kif diġa’ ingħad fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31752, sal-aħħar ta’ Frar 2017, in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem Identity Malta biex tingħata ċittadinanza Maltija kien ta’ elf, disa’ mija u erbgħa u disgħin (1,994). Minn dawn, mitejn u tnejn u erbgħin (242) huma applikazzjonijiet ta’ persuni li talbu li jkunu naturalizzati bħala ċittadini Maltin, sitt mija u tlieta u sittin (663) huma applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza b’reġistrazzjoni a bażi ta’ żwieġ ma’ ċittadin/a ta’ Malta, filwaqt li elf u disgħa u tmenin (1,089) huma applikazzjonijiet ta’ persuni li talbu li jkunu reġistrati bħala ċittadini Maltin għax fl-arblu tar-razza għandhom żewġ ġenerazzjonijiet ta’ axxendenti li twieldu Malta.