Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija – re-instatements

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu r-re-instatements li daħlu fil-Korp mit-13 ta' Marzu, 2013 sal-lum? X'kienu r-ranks li ġew ingaġġati fihom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li sas-16 ta’ Marzu 2017, kien hemm 83- il re-instatement fil-Korp tal-Pulizija. Ir-ranks ivarjaw minn kuntistabbli, surġent, surġent maġġur tat-tieni klassi, spettur, supretendent u assistent kummissarju.

Persuni mressqa l-Qorti akkużati b’reati kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imressqa persuni quddiem il-Qorti akkużati b'reati kriminali mit-13 ta' Marzu 2013 sal-aħħar tas-sena 2016, sena b’sena? Jista' jagħti break down tad-diversi reati li bihom ġew akkużati persuni u kemm kien hemm persuni li tressqu għal kull reat?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #32022 Sitting 496 2017-03-20 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – Post Uffiċjal Prinċipali

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 31714, li kienet dwar ħatriet għall-post ta’ messaġġier mas-Servizz Pubbliku, fejn fit-tweġiba għaliha ngħad li l-ħatriet kien għadhom ma bdewx jinħarġu għar-raġuni li kien hemm proċess għaddej quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u ntqal ukoll li dawn il-ħatriet se joħorġu wara li dawn il-proċessi jitlestew, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li fil-każ ta’ sejħa dwar il-proċess ta’ Għażla Kompettiv għad-dħul fil-grad ta’ Uffiċjal Prinċipali fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta ma ġietx applikata l-istess proċedura, meta f’dan il-każ, minkejja li saru diversi petizzjonijiet mal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, li d-deċiżjoni finali għalihom għadha ma ngħatatx, fl-istess waqt hemm numru ta’ applikanti li diġà ġew appuntati fil-grad ta’ Uffiċjal Prinċipali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku hija korp kostituzzjonali awtonomu li jirregola l-proċeduri tiegħu. Infurmat li l-proċess ta’ għazla li jirrigwarda l-grad ta’ messaġġiera waslu fi tmiemhom ukoll.
Leg 12 PQ #32023 Sitting 496 2017-03-20 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizzi Pubbliku — Proċess ta’ Għażla kompettitiv għad-dħul fi grad ta’ Uffiċjal Prinċipali

Question

B’referenza għall-aħħar sejħa dwar proċess ta’ għażla kompetittiv għad-dħul fil-grad ta’ Uffiċjal Prinċipali fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li kienu ġew inkarigati żewġ bordijiet għat-tieni parti tal-eżami, li kienet tikkonsisti f’intervista strutturata? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid, separatament, kemm kandidati resqu u kemm għaddew minn kull bord?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30925.
Leg 12 PQ #32024 Sitting 496 2017-03-20 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – Post ta’ Uffiċjal Prinċipali – persuni li applikaw

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30633, li kienet dwar sejħa għall-post ta’ Uffiċjal Prinċipali mas-Servizz Pubbliku, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li, mill-285 li għaddew mill-Ewwel Parti, ma għaddewx mit-Tieni Parti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ kandidati għall-post ta’ Uffiċjal Prinċipali mas-Servizz Pubbliku li għaddew mit-tieni parti jammonta għal 199. Ir-riżultat ħareġ f’Jannar u huwa pubbliku.

Ħal Qormi — Triq u Sqaqien ta' Dun Marju - problema ta' għargħar

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20936, jista’ l-Ministru jgħid xi żvilupp kien hemm fuq il-każ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab informat li wara li sar studju u ttieħdu l-konsiderazzjonijiet kollha taż-żona ta’ Triq Dun Marju, jirriżulta li f’din it-triq m’hemmx problema ta’ għargħar. Minkejja dan, l-ilma tax-xita li jinżel bis-saħħa matul Triq Dan Marju joħloq inkonvenjent għal xi djar li hemm fi Triq Aloisio, faċċata ta’ Triq Dun Marju. Minħabba f’hekk, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura ser joħroġ sejħa għall-offerti biex isir culvert fil-parti t’ isfel ta’ Triq Dun Marju biex jittaffa dan l-inkonvenjent. Ma jirriżultax li hemm bżonn li dan il-culvert jibda minn Sqaq Numru 2.

Djar Residenzjali Persuni b’Diżabilità – aċċessibilità għall-persuni bis-siġġu tar-roti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Djar Residenzjali ta’ persuni b’diżabilità mmexxija minn Aġenzija Sapport u li jistgħu jintużaw minn residenti li jużaw is-siġġu tar-roti? Liema huma dawn id-Djar u kemm hemm residenti jgħixu fihom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, id-djar ta’ Vajrita’ 1, Vajrita’ 2, id-Dar tal-Fgura, Id-Dar tal-Imtarfa u Dar il-Fjuri f’Għawdex huma attrezzati biex jilqgħu fihom persuni li jużaw siġġu tar-roti. It-tabella ta’ hawn taħt turi n-numru ta’ klijenti li jgħixu jew jistgħu jgħixu fihom id-Djar imsemmija. Dar Numru ta’ Klijenti Vajrita’ 1 13 Vajrita’ 2 11 Fgura 3 Imtarfa 8 Dar il-Fjuri f’Għawdex 10

Persuni b’diżabilità – pensjoni tad-diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni hemm mis-692 persuna b’diżabilità minħabba nuqqas ta’ saħħa mentali li qed jaħdmu waqt li jirċievu l-pensjoni tad-diżabilità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li jbatu minn Diżabilità Intelletwali u għalhekk jirċievu Assistenza għal Diżabilità Severa u li qed jaħdmu huwa ta’ 336.

Programmi/inizjattivi għal tfal b’learning disability

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24048, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li jattendu fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti (inkluż iċ-Ċentri ta’ Riżorsi) li qed jagħmlu użu mis-servizzi ta’ NGOs bħal Inspire u Equal Partners? X’tip ta’ servizzi dawn l-NGOs qed joffru lit-tfal?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm 305 student fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti li bħalissa qed jagħmlu użu mis-servizzi ta’ NGOs, maqsuma kif ġej: · Studenti li jibbenefikaw mis-servizzi tal-Equal Partners: 30 · Studenti li jibbenefikaw mis-servizzi tal-Inspire: 275 Is-segwenti huwa riassunt tal-programmi kollha li qed jiġu offruti lill-istudenti permezz ta’ Inspire u l-Equal Partners, iż-żewġ NGOs li bħalissa joffru medda ta’ servizzi u programmi għal studenti li jkollhom diffikultajiet jew kundizzjonijiet partikolari: 1. School Outreach Programme : Programm ġdid żviluppat għal tfal li jkollhom l-awtiżmu u li jkunu jimmanifestaw challenging behaviour estrema, b’tali mod li din ixxekkel il-potenzjal tat-tagħlim tagħhom. Dan il-programm jipprovdi intervent terapewtiku u funzjonali flimkien mal-kurrikulu tal-iskola tal-istudent/a. 2. ASD programmes tal-Inspire: Dawn huma programmi akkreditati min-National Autism Society’s Autism Accreditation Programme tar-Renju Unit. Il-programmi speċjalizzati huma bbażati fuq prattika bbażata fuq l-evidenza u joffru sensiela ta’ servizzi lil klijenti li d-diffikultajiet tagħhom huma mifruxa mal- autism spectrum . Il-programmi kollha tal-awtiżmu li joffru l- Inspire jutilizzaw l-approċċ TEACCH u japplikaw il-qafas SPELL tan-National Autistic Society biex jagħtu sostenn lil studenti bl-awtiżmu. Dawn il-programmi jinkludu: · STEP (Structured Training and Education Programme) Early Years: programm għal tfal sa 5 snin għal tfal li għandhom il-kundizzjoni tal-awtiżmu · STEP Middle Years: programm għal tfal minn 5 snin sa 11-il sena li għandhom il-kundizzjoni tal-awtiżmu · STYLE (Specialised Training for Youth’s Lifestyle Enhancement): programm għal studenti minn 11-il sena ‘l fuq li jkollhom il-kundizzjoni tal-awtiżmu · STEP Outreach: dan huwa progamm għal tfal bl-awtiżmu children li jkunu high functioning · PACES: programm imfassal għal bżonnijiet individwali ta’ studenti li għandhom diżabbiltajiet fit-tagħlim. Dan huwa ntiż għall-istudent, il-familja mmedjata u l- carers · STAR 3, 6 & 12: Dan il-programm huwa ntiż għal tfal bejn 0 u 16-il sena li jkollhom brain injury u diżabbiltajiet fiżiċi. 3. Equal Partners : is-servizzi ta’ din l-NGO jiġu offruti ġod-djar skont id-diżabbiltajiet li hemm fil-ftehim għall-provediment ta’ servizzi lil student li jattendu skejjel primarji, sekondarji, post-sekondarji u Ċentri ta’ Riżorsa fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti.

Aġenzija Sapport – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jindika dettalji dwar il-lista ta’ stennija għas-servizzi li jingħataw mill-Aġenzija Sapport?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-lista ta’ stennija għas-servizzi li jingħataw mill-Aġenzija Sapport hija kif ġej: Servizz Lista ta’ Stennija Servizzi fil-Komunità 13 Servizzi Residenzjali 78 Independent Community Living 2 Servizzi ta’ Matul il-Jum 110 Ngħaraf lill-Onor. Interpellant li, f’każijiet fejn persuna tkun tirrikjedi aktar minn servizz wieħed, din titniżżel fil-lista tas-servizzi kollha li għandha bżonn, u għalhekk, il-figuri t’hawn fuq jista’ jkun li jinkludu persuni li qed jingħaddu aktar minn darba. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ stennija fejn jidħlu servizzi ta’ matul il-jum, din ser tkun qiegħda tiġi indirizzata b’mod sostanzjali biċ-Ċentru l-ġdid SkillSpace.
Leg 12 PQ #32048 Sitting 496 2017-03-20 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bisazza street

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara n-numru tal-file li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward Bisazza Street u jgħid jekk hemmx xi ħjiel ta’ xi soluzzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Staff klerikali – degree mill-Università

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Staff klerikali – degree mill-Università

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Staff klerikali – degree mill-Università

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi li għandhom degree mill-Università.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Staff klerikali – degree mill-Università

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Leg 12 PQ #29775 Sitting 495 2017-03-15 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Staff klerikali – degree mill-Università

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Staff klerikali – degree mill-Università

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Avukat Ġenerali – persuni li inħarġilhom ċertifikat ta’ immunità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30853 u jgħid kemm-il darba l-Avukat Ġenerali ddikjara li persuna kellha tinħarġilha ċertifikat ta’ immunità minn prosekuzzjoni skont il-liġi tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni minn wara Marzu 2013, u jagħti d-data meta?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi għar-risposta li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 31153.

Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — person of trust u position of trust

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29914 u 31000 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament, hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRECH, LOUIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 31171 rigward il-persuni f’position of trust. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab informat li minħabba l-preparamenti u x-xogħol intensiv għall-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali kellu jżid n-numru ta’ ħaddiema fuq bażi ta’ persons of trust u b’kuntratt definit. B’kollox hemm 85-il persuna ingaġġati għall-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Minn dawn il-85 persons of trust, numru minnhom ġew speċifikament ingaġġati fil-Presidency Unit f’Malta li twaqqaf speċifikament għal-għan organiżattiv tal-Presidenza u li l-impjieg tagħhom huwa marbut mal-Presidenza. Filwaqt li l-kumplament ġew impjegati fir-Rapreżentanza Permanenti ta’ Malta tal-UE ġewwa Brussel sabiex jissaħħaħ l-operat kemm bi preparazzjoni kif ukoll għal-ħtiġijiet tax-xogħol relatat mal-Presidenza. Barra minnhekk irrid niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-EU Secretariat huwa uffiċju li kien diġa jeżisti fl-Amministrazzjoni preċidenti fi ħdan l-Ufficju tal-Prim Ministru u li ġie ibbażżat f'dan il-Ministeru, fejn ukoll żdiedu l-funzjonijiet tiegħu. L-uffiċjali ngaġġati f’dan is-segretarjat kien ilaħħaq 22 persuna fl-2013 u minħabba l-influss ta’ xogħol relatat mal-Presidenza u xogħol ieħor ġew ingaġġati 9 uffiċjali oħra li qegħdin jaħdmu bħala persons of trust f’dan l-uffiċċju. Finalment, irrid nirrimarka li hemm 12 individwi f’pożizzjoni ta’ persons of trust li jifformaw parti mis-Segretarjat Privat tiegħi u 9 oħra f’dak tas-Segretarju Parlamentari.