Legislature:
Category:
Reset
Active:

Trasport Pubbliku – reserved seats għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jieħu d-deċiżjoni sabiex persuni b’diżabilità, li jużaw it-Trasport Pubbliku u li qed jilmentaw li mhux isibu post fejn joqogħdu bilqegħda li qed joħloq diffikultajiet kbar u inkonvenjenza lil dawn il-persuni li jkollhom ukoll il-badge li turi li huma persuni b’diżabilità, ikunu jistgħu jitqiesu wkoll bħala persuni li jkollhom priorità li jużaw Reserved Seats fuq il-vetturi tat-Trasport Pubbliku?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix aktar x’inżid mat- tweġiba li kienet ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 31489.

Pjazza tal-Mosta – reserved parkings għal persuni li jkollhom bżonn jinqdew b’emerġenza fil-klinika

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex numru ta’ parking bays fil-parkeġġ tal-Pjazza tal-Mosta isiru bħala spazju riservat għal min irid juża l-klinika b’emerġenza sabiex b’hekk Transport Malta tkun qed toħloq spazju riservat għall-persuni li jkunu jridu jinqdew b’emerġenza fil-klinika tal-Gvern fil-pjazza ewlenija tal-Mosta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi klinika mhix eliġibbli għal Parkeġġ Riservat għall-persuni li jiġu biex jinqdew mill-klinika.

Mosta – Triq il-Kostituzzjoni – siġra

Question

Jista’ l-Ministru permezz ta’ Transport Malta jieħu l-passi meħtieġa sabiex is-siġra li qed tikber f’nofs u fuq il-parti ta’ Triq il-Kostituzzjoni tiġi mneħħija għaliex minħabba l-għeruq ta’ din is-siġra li telgħu ‘l fuq fil-bankina, qed joħloq periklu għal bosta anzjani li jkunu qed jimxu fuq din il-bankina?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika l-post preċiż fejn tinstab din is-siġra.

L-Imtarfa – Triq l-Imtarfa – dislivelli ta’ asfalt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31854 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura u ċioè: Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih biex jiġu indirizzati dislivelli ta’ asfalt, fi Triq l-Imtarfa, ġewwa l-Imtarfa, għax qed iwasslu biex joqogħdu rqajja tal-ilma, li qed ikunu ta’ dannu għal għadd ta’ residenzi li qed jidħlilhom l-ilma fi djarhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Imtarfa li Triq l-Imtarfa għandha bżonn li tinbena mill-ġdid bl-ispiża stmat li titla’ madwar €18,000. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra stima mill-Perit tal-Kunsill kif ukoll site plan taż-żona. Intant infurmat ukoll mill-Kunsill Lokali tal-Imtarfa li l-problema nħolqot għaliex (1) il-livell tar-residenza (binja ġdida li nbniet madwar seba’ snin ilu fl-aktar parti dejqa ta’ Triq l-Imtarfa) qiegħed ’l isfel mit-triq; u (2) ir-roqgħa bid-diżlivell li qed issir referenza għaliha saret mill-istess kuntrattur li għamel id- drainage house connection għall-binja msemmija.
Leg 12 PQ #31970 Sitting 496 2017-03-20 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ryanair – sussidji u benefiċċji

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31737 jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma dawn il-benefiċċji, sussidji jew privileġġi li tgawdi r-Ryanair meta mqabbla mal-Air Malta?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi aktar informazzjoni milli ġja’ ngħatat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 31737, hija waħda altament kummerċjalment sensittiva u li jekk tingħata tkun qed tippreġudika lis-settur turistiku Malti u Għawdxi.
Leg 12 PQ #31977 Sitting 496 2017-03-20 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tax-Xandir — impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi ttieħdu dwar ittra li l-ħaddiema tal-Awtorità tax-Xandir qed jingħad li kitbu lill-istess Prim Ministru dwar il-mod kif qed jiġu ttrattati fl-istess awtorità? Kemm hu n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu f'din l-awtorità, u kemm minnhom fil-fatt iffirmaw l-istess ittra? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt ittieħdux xi passi partikulari dwar dan is-suġġett, iktar u iktar meta wieħed iqis kemm hi importanti din l-istess awtorità għal dak li jirrigwarda x-xandir f'pajjiżna?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31591.
Leg 12 PQ #31978 Sitting 496 2017-03-20 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – spezzjonijiet tas-sistemi tal-elettriku tad-djar residenzjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ħaddiema tal-Enemalta, jew ħaddiema mqabbda mill-istess Enemalta, kenux qed iduru fit-toroq ta' San Pawl il-Baħar, b'xi tip ta' apparat biex jispezzjonaw is-sistemi tal-elettriku tad-djar residenzjali jew ta' postijiet oħra, minn barra dawn l-istess postijiet, u dan minħabba l-fatt li dehru nies jagħmlu tali spezzjonijiet, u meta kien hemm min staqsihom, fil-fatt wieġbu li kienu qed jagħmlu inspections f'isem l-Enemalta? Jekk veru kien hemm tali spezzjonijiet, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu l-iskop ta' dawn l-ispezzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn Enemalta plc li x-xogħol indikat huwa parti minn proċess kontinwu ta’ spezzjonar u manutenzjoni tas-sistema tad-distrubuzzjoni tal-elettriku nazzjonali u ta’ sistemi oħrajn relatati. Dawn l-operazzjonijiet isiru b’mod regolari madwar il-pajjiż.
Leg 12 PQ #31979 Sitting 496 2017-03-20 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-aħħar żviluppi għal dak li jikkonċerna l-Air Malta u l-ħaddiema tagħha? Billi kienu rappurtati numru ta' dikjarazzjonijiet li suppost għamel l-istess Onorevoli Ministru dwar l-Air Malta, jista' jikkonferma, jew jiċħad li fil-fatt għad ma hemm l-ebda deċiżjoni dwar il-futur tal-Air Malta, u tal-ħaddiema tagħha? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt wasalx iż-żmien għal deċiżjonijiet konkreti dwar dan is-suġġett, iktar u iktar issa li qed joqrob l-istaġun tas-sajf b'pass imgħaġġel?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 31874, datata 15 ta’ Marzu 2017.
Leg 12 PQ #31991 Sitting 496 2017-03-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – konsulenzi minn individwu

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31845 jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas totali sena b’sena għas-servizzi legali tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u l-kumpanija legali tiegħu għas-sena 2013, 2014, 2015 u 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.
Leg 12 PQ #31992 Sitting 496 2017-03-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ħal Kirkop u Raħal Ġdid – Ċentri tas-Saħħa — privatizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Kirkop u ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal il-Ġdid se jkunu privatizzati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għandha informazzjoni żbaljata. Iċ-ċentru tas-saħħa li ser jinfetah f'Ħal Kirkop kif ukoll iċ-ċentru reġjonali f'Raħal Ġdid ser jitmexxu mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Leg 12 PQ #31993 Sitting 496 2017-03-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Boffa – Dipartiment tad-Dermatoloġija

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-Dipartiment tad-Dermatoloġija fl-Isptar Boffa ġie pprivatizzat u jifforma wkoll parti mill-ftehim mal-Vitalis Global Healthcare?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l’ebda parti mill-isptar Boffa ma ġiet privatizzata.
Leg 12 PQ #31994 Sitting 496 2017-03-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Servizz tas-saħħa mentali f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li qed jippjana biex jipprivatizza s-servizz tas-saħħa mentali f’pajjiżna?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ftit tal-ġimgħat ilu twaqqaf bord tad-diretturi dwar is-saħħa mentali. Waħda mill-inkarigi prinċipali ta' dan il-bord hi li jipproponi strateġija olistika għall-kura tas-saħħa mentali.
Leg 12 PQ #31995 Sitting 496 2017-03-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Baby & Mother Hospital

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Baby & Mother Hospital (li se jkun jinkludi s-servizzi tal-kura tat-tfal kif ukoll il-kura tas-saħħa tal-mara) se jkun privatizzat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma jeżistu l-ebda pjani biex partijiet minn Mater Dei jiġu privatizzati.
Leg 12 PQ #31996 Sitting 496 2017-03-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Type 1 Diabetes – tqassim ta’ strips b’xejn

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li pazjenti bid-Dijabete Type 1 qed jingħataw 200 strip għal xahrejn u 250 strip għax-xahrejn ta’ wara meta l-minimu ta’ strips li jużaw tfal bid-Dijabete Type 1 huwa ta’ 4 kuljum jiġifieri total ta’ 240 strip kull xahrejn? Dan qed iwassal biex pazjenti jkollhom jixtru l-istrips biex jiċċekjaw il-livell taz-zokkor fid-demm.

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kull pazjent li jbati mid-Diabetes Type1 huwa intitolat għal 4 BGTS (strips) kuljum; dan jammonta għal 224 BGTS kull 8 ġimgħat. Minħabba li f’kull bott ikun hemm 50 BGTS u mhux rakkomandat li dawn il-bottijiet jinfetħu biex ma tiġix kompromessa l-kalibrazzjoni tagħhom, l’eqreb ammont ta’ BGTS li l-ispiżeriji jistgħu jagħtu hu 250 BGTS. Għaldaqstant, bil-għan li kull pazjent ikun moqdi filwaqt u fl-istess ħin tiġi evitata l-ħela, l- POYC Unit , permezz taċ-ċirkolari PP02-17, iggwidat lill-ispiżeriji biex kull pazjent jingħata darba 250 BGTS (5 bottijiet) u meta jerga’ jmissu jingħata 200 BGTS (4 bottijet). Huwa kkalkulat li dawn l-ammonti jkopru ukoll lil dawk il-pazjenti li jkollhom bżonn jiċċekkjaw iz-zokkor fid-demm 4 darbiet kuljum.

MCCAA — Direttorat ta’ Market Surveillance fl-Entita Regolamenti Tekniċi – uffiċjali ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu uffiċjali ġodda fl-aħħar sena mad-Direttorat ta’ Market Surveillance fid-Diviżjoni Regolamenti Tekniċi fl-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Tista' tgħid minn liema lokalitajiet ġejjin dawn l-uffiċjali ġodda? Tista' tgħid ukoll minn min kien kompost l-Interview Bord li kien responsabbli għall-għażla ta' dawn l-uffiċjali?

Response (DALLI, HELENA)

Interviewing Board għall-għażla ta’ Inspectors kien kompost hekk kif imsemmi hawn taħt: Chairperson – Director Enforcement, MCCAA Member – Senior Manager, Office of the Permanent Secretary Member – Head of Human Resources, MCCAA Interviewing Board għall-għa¿la ta’ Xjentist kien kompost hekk kif imsemmi hawn taħt: Chairperson – Director General, Technical Regulations, MCCAA Member – Director General Standards and Metrology, MCCAA Member – Senior Manager Finance, Office of the Permanent Secretary
Leg 12 PQ #32011 Sitting 496 2017-03-20 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għas-Saħħa

Każ ta’ Sanità – każ ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta' sanità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.
Leg 12 PQ #32012 Sitting 496 2017-03-20 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korpi tal-Emerġenza, Pajunieri, Dirgħajn il-Maltin Iżra u Rabbi — Arretrati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid humiex se jieħdu l-arretrati li għandhom jieħdu dawk maħtura bħala tal-Korpi tal-Emerġenza, Pijunieri, Dirgħajn il-Maltin, Iżra' u Rabbi eċċ.?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellanat biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.

Korp tal-Pulizija – Membri li spiċċaw mill-Korp

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-membri li spiċċaw mill-Korp tal-Pulizija mit-13 ta' Marzu 2013 sal-lum u x’kien ir-rank tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li mit-13 ta’ Marzu 2013 sas-16 ta’ Marzu 2017, kien hemm 407 il-membru li spiccaw mill-Korp tal-Pulizija. Ir-rank tagħhom kien ivarja minn kuntistabli tar-riserva, kuntistabli, surġent, surġent maġġur, spettur, supretindent, assistent kummissarju, deputat kummissarju u kummissarju.

Korp tal-Pulizija – Membri li telqu qabel il-25 sena servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li telqu mill-Korp qabel għalqu 25 sena servizz fil-perjodu minn Marzu 2013 sa Diċembru 2013 u tul l-2014, l-2015 u l-2016, sena b'sena? Jista’ jgħid x’kienu r-ranks ta’ dawk li telqu mill-Korp qabel għalqu 25 sena servizz?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li b’kollox kien hemm 38 membru, kif ġej; 01/03/2013 – 31/12/2013 Surġent Raġel Kuntistabbli Raġel Kuntistabbli Mara Total Riżenja 1 2 1 4 2014 Surġent Raġel Kuntistabbli Raġel Total Riżenja 1 2 3 2015 Spettur Surġent Raġel Kuntistabbli Raġel Kuntistabbli Mara Total Riżenja 2 1 9 2 14 2016 Spettur Surġent-Maġġur Surġent Raġel Kuntistabbli Raġel Kuntistabbli Mara Total Riżenja 3 1 10 3 17

Korp tal-Pulizija — reklutaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il reklutaġġ sar fil-Korp tal-Pulizija mit-13 ta' Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid kemm kienu r-rekluti f'kull reklutaġġ u kemm minnhom kienu rġiel u kemm nisa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm tlett reklutaġġi, fl-2014, fl-2015 u fl-2016. L-ammont ta’ rekluti huwa kif ġej; Sena Irġiel Nisa Total 2014 78 35 113 2015 91 25 116 2016 92 28 120