Legislature:
Category:
Reset
Active:

Karozzi li ma jkollhomx il-liċenzja mħallsa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-pulizija għandhiex spazju biex tkun tista' tpoġġi karozzi li ma jkollhomx il-liċenzja tagħhom imħallsa, u għalhekk ikollhom jitneħħew mit-toroq madwar Malta u Għawdex? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm tneħħew tali vetturi matul l-2016 u minn liema lokalitajiet tneħħew?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #32063 Sitting 497 2017-03-21 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Barts Medical School – ħlas għal binja

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30751 dwar liema skop hu pproġettat li jintużaw il-€1.2 miljun imsemmija fl-Estimi Finanzjarji għas-sena 2017 taħt il-Vot 47 Recurrent Item 5896 (Gozo Private-Public Hospital), fejn fit-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħad li dawn se jintużaw għall-proġett ta' Barts Medical School, u b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30992, li kienet jekk Barts Medical School hiex se tinbena mill-Gvern jew mill-Vitals Global Healthcare, fejn fit-tweġiba għal din il-mistoqsija jingħad li Barts Medical School se tinbena minn Vitals Global Healthcare, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni kif din l-iskola se tinbena minn Vitals Global Healthcare mentri se jkun il-Gvern li se jħallas għall-bini tagħha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern ser ikun qed jikri l-binja msemmija mingħand il-VGH.

Towing u Clamping Zone — deċiżjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru kkonkludiex xi deċiżjoni, flimkien ma’ Ministeri oħra li jistgħu jkunu kkonċernati, sabiex jiġu stabbiliti t-towing u l-clamping zones madwar Malta u Għawdex? Jekk iva, liema nħawi ġew stabbiliti għal dan il-għan?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s’issa m’hemm xejn konkluż.

Tourism police

Question

Billi s-sajf qed joqrob sew, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm se jkun hemm tourism police, u f'liema nħawi ta' Malta u Għawdex hu mistenni li jkun hemm dan is-servizz?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 31,723.

Fgura – skola primarja – tfal li jeħtieġu għajnuna ta’ LSA

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm tfal li jattendu l-Iskola Primarja tal-Fgura fis-sena akkademika preżenti u li jeħtieġu l-għajnuna ta’ LSA kif approvat mid-dipartiment? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu pprovduti b’LSA?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li sal-lum, fl-iskejjel primarji tal-Fgura kien hemm: Skola Primarja ‘A’ - sittin (60) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant (LSA). Biex jissapportjaw lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm tmienja u tletin (38) LSA. Skola Primarja ‘B’ - tlieta u tletin (33) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant. Biex jissapportjaw lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm dsatax (19)-il LSA. Infurmat li l-istudenti li għandhom bżonn l-għajnuna kollha għandhom is-sapport meħtieġ ta’ Learning Support Assistant.

Marsaxlokk – Tas-Silġ

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31650 jista’ l-Ministru jindika x’passi ttieħdu jew ser jiġu meħuda tul din is-sena fis-sit arkeoloġiku magħruf bħala Tas-Silġ ġewwa Marsaxlokk?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li matul l-2016 saru skavi żgħar madwar ir-razzett u l-ħajt tul Triq Xrobb l-Għaġin. Abbażi ta’ dawn l-iskavi, u b’kooperazzjoni sħiħa mad-Direttorat tar-Restawr, ġiet sottomessa applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jiġi rranġat ir-razzett u jinħolqu faċilitajiet ġodda għall-viżitaturi. Eventwalment se jiġi ppubblikat ukoll ir-rapport finali tal-iskav li sar mill-Missjoni Arkeoloġika Taljana. Intant Heritage Malta qed tħejji draft management plan li jkun jista’ jiġi emendat skond u malli dan ir-rapport jiġi ppublikat.

Skrivani tal-Parole

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31669, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li tul din is-sena jiżdiedu l-Iskrivani tal-Parole?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li qed tkun studjatha l-possibilità ta’ żieda

Bord għat-Tnaqqis tas-sentenzi — każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ġie trattat mill-Bord għat-Tnaqqis tas-Sentenzi taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap 516 tal-Liġijiet ta’ Malta tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika l-eżitu tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li matul l-2016 il-Bord għat-Tnaqqis tas-Sentenzi tratta 121 każ, minn dawn kien hemm 71 każ fejn ġew miċħuda perjodi tat-tnaqqis tas-sentenza, filwaqt illi f’50 każ ieħor ingħata t-tnaqqis mis-sentenza.

Talbiet ta’ Petizzjonijiet

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 31654 u 31856 jista’ l-Ministru jindika jekk kemm-il darba l-informazzjoni dwar kemm tressqu talbiet ta’ petizzjonijiet taħt is-sistema kif stabbilita fl-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja Kapitolu 291, inġabritx?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ħal Għaxaq – Skola Primarja – tfal li jeħtieġu l-għajnuna tal-LSA

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm tfal li jattendu l-Iskola Primarja f’Ħal Għaxaq fis-sena akkademika preżenti, li jeħtieġu l-għajnuna tal-LSA kif approvati mid-dipartiment u kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu pprovduti b’LSA?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li sal-20 ta’ Marzu 2017, fl-iskola primarja ta’ Ħal Għaxaq hemm erbgħa u tletin (34) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant (LSA). Biex jissaportjaw lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm sitta u għoxrin (26) LSA. Infurmat li l-istudenti li għandhom bżonn l-għajnuna kollha għandhom is-sapport ta’ LSA.

Ex-impjegati ta’ Kalaxlokk – fond garantit

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31192 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-fond li kien garantit sabiex jagħmel tajjeb għall-ammonti dovuti lil ex impjegati ta’ Kalaxlokk għadux fis-seħħ? Jikkonfermax li kien hemm individwi li bbenefikaw minn dan il-fond? Jista’ jgħid x'inhi l-proċedura li trid tiġi segwita minn dawk li għandhom dritt li jibbenefikaw?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

logħob tan-nar — ħażna illegali ta' splussiv u materjal ieħor - rapporti lill-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti lill-pulizija dwar ħażna illegali ta' splussiv u materjal ieħor li jintuża fil-logħob tan-nar, sena b'sena, mill-2008 sal-2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

logħob tan-nar — ħażna ta' splussiv u materjal ieħor - persuni li tressqu l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti akkużati b'ħażna llegali ta' splussiv u materjal ieħor li jintuża fil-logħob tan-nar sena b'sena mill-2008 sal-2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #32106 Sitting 497 2017-03-21 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Monument 'Il-Fjamma li qatt ma tmut — nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sewa l-monument 'il-fjamma li qatt ma tmut', u lil min kien ikkummissjonat ix-xogħol?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellanat biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat
Leg 12 PQ #29777 Sitting 496 2017-03-20 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Staff klerikali – degree mill-Università

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #29778 Sitting 496 2017-03-20 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Staff klerikali – degree mill-Università

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Staff klerikali – degree mill-Università

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-informazzjoni li għandu d-Dipartiment tar-Ri¿orsi Umani, l-istaff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha fi ħdan il-Ministeru ghall-Familja u Soliderjata Socjali li huma gradwati huwa kif ġej: Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali 1 B.Comm Mara Direttorat għall-Anzjani Attivi u Kura fil-Komunita 1 B.A. (Business Management) Mara

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — Staff klerikali – degree mill-Università

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?

Response (MALLIA, EMANUEL)

MCDMS ġie mwaqqef fid-29 t’April, 2016. Nil reply.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Staff klerikali – degree mill-Università

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li għandhom degree mill-Università? Tista' tgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Tista' tgħid jekk humiex nisa jew irġiel?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li la l-Ministeru u l-ebda entità taħt il-Ministeru tiegħi ma għandha staff klerikali li għandhom degree mill-Università.
Leg 12 PQ #29782 Sitting 496 2017-03-20 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Staff – reduced hours u teleworking

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu b’reduced hours jew għandhom faċilitajiet ta’ teleworking?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.