Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #31813 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma tat xogħol legali jew talbet konsulenzi mill-individwu li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant.

Kunsill Lokali tal-Gżira – Manoel Island

Question

Jista’ l-Ministru jispeċifika meta u għaliex Manoel Island tneħħiet minn taħt il-ġurisdizzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Gżira?

Response (BONNICI, OWEN)

Manoel Island, tifforma parti mill-lista ta’ “toroq arterji u distributorji stabbiliti bil-Pjan ta’ Struttura, monumenti nazzjonali, parks jew ġonna nazzjonali, estates industrijali, portijiet, ajruporti u territorji oħra nazzjonali, stabbilimenti, bini u oġġetti oħra mniżżla fir-Raba’ Skeda li huma għal kollox esklużi mill-kompetenza ta’ Kunsilli Lokali” (Kap 363, Artikolu 33 (2)), bħal ma huma wkoll bosta parki u mkejjen oħrajn ta’ wirt nazzjonali. Manoel Island ilha imniżżla fir- Raba’ Skeda sa mill-bidu tal-iskeda msemmija. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-mappa tal-lokalità tal-Gżira li tifforma parti mit-Tieni Skeda tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali, fejn l-istess Manoel Island tinsab fil-konfini tagħha.

Direttur Ġenerali tal-Kompetizzjoni – notifika ta’ konċentrazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta d-Direttur Ġenerali responsabbli mill-Kompetizzjoni jirċievi notifika ta’ konċentrazzjoni skont l-LS 79.08, apparti li jieħu ħsieb li din tkun ippubblikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern u f’ġurnal ta’ kuljum, jekk ukoll jeħux ħsieb li l-istess notifika tkun avżata fuq il-website tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Jekk mhux qed isir hekk, x’inhi r-raġuni?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li skont regolament 5(4) tar-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet, id-Direttur Ġenerali għandu obbligu li jippubblika n-notifika fil-Gazzetta tal-Gvern u f ’gazzetta ta’ kuljum. B’danakollu infurmata li mis-sena l-oħra, l-Uffiċċju beda jippublika l-istess notifika wkoll fuq il- website tal-Awtorità.

MCCAA – abbonament elettroniku

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) toffrix il-faċilità li min hu interessat jista’ jabbona b’mod elettroniku biex l-avviżi, deċiżjonijiet pubbliċi, newsletters, gwidi u tagħrif ieħor għall-konsumaturi eċċ. jiġu notifikati lilu b’mod elettroniku bħalma jsir f’każ ta’ diversi websites oħra?

Response (DALLI, HELENA)

Il-materjal kollu maħruġ għall-pubbliku mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) huwa disponibbli fuq il-website tal-istess Awtorità. Aktar tard din is-sena, il-konsumaturi se jkollhom l-possibbiltà, fost servizzi oħra, li jabbonaw mal-website tal-MCCAA sabiex minn żmien għal żmien ikunu jistgħu jirċievu numru ta’ notifiki, tagħrif u aħbarijiet elettronikament.

Każ ta’ pensjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-persuna msemmija ġiet ikkuntatjatha fejn ġie spjegat lilha l-każ tagħha.

Irranġar ta’ flat – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward irranġar ta’ partijiet minn flat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi minnu ngħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 12 PQ #32433 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Problema ta’ Ċens – każ ta’ indivdwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq problema ta’ ċens?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Sussidju fuq rranġar ta’ dar – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward sussidju biex tirranġa d-dar tagħha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sal-lum ma jidhirx li l-persuna li għaliha qed issir referenza għandha applikazzjoni pendenti mal-Awtorità tad-Djar.

Linji sofor – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward linji sofor?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali ta’ Transport Malta, rriżulta li t-triq hija wiesgħa biżżejjed sabiex dawn l-individwi joħorġu l-vettura tagħhom mill-garaxx.
Leg 12 PQ #32439 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Torri tal-Qbajjar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru tiegħu fuq it-Torri tal-Qbajjar li jinsab fi stat ħażin ħafna u fil-periklu imminenti li jiġġarraf? Ma jaħsibx il-Ministru li għandha ssir xi ħaġa mmedjata għal bini tant storiku? Jista’ jispjega kif il-Gvern sab €4.2 miljun biex jieħu lura Cafe Premier fil-Belt Valletta u €400,000 biex, skont kif rapportat fil-media lokali, tinxtara pittura għall-Mużew li għad irid jibda x-xogħol fuqu imma f’erba’ snin ma għamel assulutament xejn biex dan il-post storiku ma jispiċċax fix-xejn?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fir-rigward tat-Torri tal-Qbajjar, hemm kawża sub judice dwar dan u m'hemmx aktar kummenti x'wieħed iżid f'dan l-istadju f'dan ir-rigward. Rigward ix-xiri mill-Ministeru tal-opra ta' arti tal-artist rinomat fuq livell internazzjonali, Mattia Preti, nerġa' nisħaq li din se tkun attrazzjoni qawwija fil-Gozo Museum fi ftit snin oħra, biex jiġi attirat turist ta' kwalita' lejn Għawdex.
Leg 12 PQ #32440 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Pittura ta’ Mattia Preti — fondi

Question

B’referenza għall-pittura ta’ Mattia Preti li qed jiġi rapportat li nxtrat mill-Ministeru għal Għawdex minn irkant, jista’ l-Ministru jgħid kemm swiet b’kollox din il-pittura u ċjoè l-prezz totali tagħha flimkien ma’ taxxi, trasport, kummissjonijiet eċċ? Jista’ jgħid mil-liema vot tal-Ministeru tiegħu nħarġu jew ser jinħarġu dawn il-fondi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat illi l-opra ta’ arti ta’ Mattia Preti li għaliha qed jagħmel riferenza l-Onorevoli Interpellant inxtrat għal $320,000, liema prezz tela għal $396,500 meta wieħed jieħu inkonsiderazzjoni taxxi u premiums li jkun hemm f’dawn l-akkwisti. Ma’ dawn wieħed irid iżid $4,711 għat transport u insurance. Dan il-Ministeru għamel talba lil Ministeru għal Finanzi li alloka flus ad hoc biex tinxtara din l-opra, li skont Heritage Malta hi biċċa xogħol ta’ arti ta’ kwalita , il-prezz hu fair and reasonable u ser tkun attrazzjoni li ser titgawda minn kulħadd.
Leg 12 PQ #32441 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Pittura ta’ Mattia Preti – persuna li għamlet l-irkant

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienet il-persuna li waqt l-irkant li sar barra minn Malta għall-pittura ta’ Mattia Preti, li skont kif qed jiġi rapportat fil-media lokali ġiet mixtrija mill-Ministeru għal Għawdex, kienet preżenti għall-irkant u għamlet l-offerta f’isem il-Ministeru? Jekk din il-persuna ma kenitx preżenti imma għamlet l-offerti bit-telefown, jista’ l-Ministru jgħid min kienet din il-persuna li għamlet l-offerti bit-telefown f’isem il-Ministeru? F’kull każ jista’ jgħid kif din il-persuna ġiet awtorizzata u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument li permezz tiegħu ġiet awtorizzata din il-persuna kif ukoll il-prezz li fih kellha tieqaf toffri?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li kienet Heritage Malta li ħadet ħsieb il-ħtiġijiet burokratiċi sabiex tinxtara l-opra ta' arti msemmija, kif inkarigata mill-Ministeru għal Għawdex. Ma kien hemm ħadd preżenti għall-irkant iżda ġiet irreġistrata absentee bid elettronika mal-auction house u ġiet stabbilita l-offerta massima - $375,000. Din is-somma kienet dik issuġġerita minn Heritage Malta bħala l-offerta massima (€350,000), u dan kien miftiehem u approvat mill-Ministeru ta’ Għawdex u l-Ministeru tal-Finanzi, bil-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali dejjem infurmat. Fil-fatt din l-opra ta' arti inxtrat (hammer price) għall-prezz ta’ $320,000.

Għasri – il-Fanal tal-Gordan – xogħol ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid matul is-sena 2016 x’xogħol ta’ restawr sar fuq il-Fanal tal-Ġordan fl-Għasri u dan peress li jinsab fi stat ħażin minkejja li Transport Malta qed tikri partijiet mill-istess Fanal u ddaħħal eluf ta’ euro fis-sena mill-kirja tiegħu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2016 saret rinovazzjoni u bini mill-ġdid tal-poġġaman tal-ħadid fit-turretta. Rigward ir-restawr innifsu tal-Fanal, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #32448 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Appuntament għall-MRI – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward appuntament għall-MRI?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ qed jiġi segwit.

Pulizija – polza ta’ assikurazzjoni — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix xi polza ta’ assikurazzjoni jew kopertura oħra simili biex tkopri lill-membri tal-Pulizija kontra kull eventwalità jekk huma jagħtu l-ewwel għajnuna lill-persuni oħrajn waqt il-qadi ta’ dmirijiethom?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 28296.

Pulizija – polza ta’ assikurazzjoni — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix xi polza ta’ assikurazzjoni jew kopertura oħra simili biex tkopri lill-uffiċjali tal-Pulizija kontra kull eventwalità jekk huma jagħtu l-ewwel għajnuna lill-persuni oħrajn barra l-ħin tax-xogħol tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 28296.

Membri tal-Armata – polza ta’ assikurazzjoni — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix xi polza ta’ assikurazzjoni jew kopertura oħra simili biex tkopri lill-membri tal-Armata kontra kull eventwalità jekk huma jagħtu l-ewwel għajnuna lill-persuni oħrajn waqt il-qadi ta’ dmirijiethom?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 28294.

Membri tal-Armata – polza ta’ assikurazzjoni — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix xi polza ta’ assikurazzjoni jew kopertura oħra simili biex tkopri lill-membri tal-Armata kontra kull eventwalità jekk huma jagħtu l-ewwel għajnuna lill-persuni oħrajn barra l-ħin tax-xogħol tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari. 28294.

Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – polza ta’ assikurazzjoni — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix xi polza ta’ assikurazzjoni jew kopertura oħra simili biex tkopri lill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kontra kull eventwalità jekk huma jagħtu l-ewwel għajnuna lill-persuni oħrajn waqt il-qadi ta’ dmirijiethom?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 28295.

Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – polza ta’ assikurazzjoni — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix xi polza ta’ assikurazzjoni jew kopertura oħra simili biex tkopri lill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kontra kull eventwalità jekk huma jagħtu l-ewwel għajnuna lill-persuni oħrajn barra l-ħin tax-xogħol tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 28295.