B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30541, jista’ l-Ministru jgħid fejn ħarġu l-calls ta’ Manager Projects, Library Assistant, Library Attendant, meta ħarġu u fejn ġew advertised?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Kif diġà ntqal fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 30541, fit-tliet każijiet ġiet applikata l-proċedura regulari li tiġi applikata minn Jobsplus. Min-naħa tagħhom, Jobsplus avżaw in-nies li jkunu qed jirreġistraw fuq l-ewwel, it-tieni u t-tielet parti tar-reġistru.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment ta' Heritage Malta fil-Proġett tal-Biennale ta' Venezja li ser isir f'2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Heritage Malta ser tkun qed tislef xi xogħlijiet mill-kollezzjoni nazzjonali magħzula mit-tim kuratorjali tal-Biennale ta’ Venezja, minbarra li toffri assistenza teknika oħra speċjalment f’dak li jirrigwarda loġistika u trasport.
B'referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 24583 u 28218, jista' l-Ministru jelenka kif s’issa Heritage Malta bbenefikat minn dan il-Memorandum of Understanding?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li sa issa Heritage Malta ibbenefikat billi użat strumenti tekniċi fil-laboratorji tal-Università, staff attendew għal lectures speċifiċi u qed igawdu minn aċċess għar-riżorsi kollha tal-librerija.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-ideat tal-Malta EU Presidency 2017 Working Group (Culture) fir-rigward tal-promozzjoni tal-aspetti tal-Istorja ta' Malta bħalma hija l-etnografija u l-lingwa Maltija? Jista' wkoll jgħid minn huma l-membri ta' dan il-working group?
Response (BONNICI, OWEN)
M’huwiex ċar għal xiex il-‘Maltese Presidency Working Group’ imsemmi fid-domanda qed jirreferi eżattament. Minn naħa tal-kultura, it-tema prinċipali li Malta qiegħda tindirizza waqt il-Presidenza hija li tizviluppa konklużjonijiet fuq approċċ strateġiku fi ħdan l-Unjoni dwar relazzjonijiet kulturali internazzjonali abbażi tal-Komunikazzjoni Konġunta maħruġa mill-Kummissjoni u mill-European External Action Service. Għaldaqstant, Malta ser tkun qed tippromwovi li jitħares mhux biss il-wirt kulturali Malti, iżda dak Ewropew u mondjali. Il-Presidenza Maltija laħqet ukoll qbil proviżorju mal-Parlament Ewropew fuq proposta leġislattiva dwar is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali fis-sena 2018. L-għan ta' din is-sena hija li jsiru inizijattivi fl-iStati Membri kollha biex nippromwovu l-istorja, il-wirt u l-valuri Ewropej u nsaħħu s-sens ta' identità Ewropeja u fl-istess ħin, ngħarfu l-opportunitajiet u l-isfidi li joffri l-wirt kulturali tagħna. Malta wkoll qed taħdem biex testendi t-titlu ta’ Belt Ewropea Kapitali tal-Kultura għal pajjiżi EFTA/EEA. Din il-ħidma kollha, u iktar, qed issir fi ħdan il-Culture Affairs Committee - grupp li jiltaqa’ fi Brussell u li għalih jattendu rappreżentanti tal-Istati Membri kollha.
Heritage Malta — Principal Curator - Phoenician, Roman and Medieval
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28999, jista' l-Ministru jikkonferma li t-tieni post ta' Principal Curator - Phoenician, Roman and Medieval f'Heritage Malta ma kienx ippjanat? Jikkonferma l-Ministru li d-dewmien fir-riżultat kien dovut lejn kandidat li għamel pressjoni sabiex kellu jsir hu wkoll b'detriment għall-kandidat li ġie l-ewwel? Jista' jgħid ukoll kemm kienet il-marka globali għal dan il post u kemm kienet id-differenza ta' bejn iż-żewġ kandidati?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi għal dak li spjegajt diġà fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28999.
Heritage Malta – Dipartiment tal-HR – taħriġ fuq capacity building u ppjanar tar-riżorsi umani
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28999, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li d-Dipartiment tal-HR fi ħdan Heritage Malta jingħata taħriġ speċjalizzat fuq capacity building u ppjanar fir-rigward tar-riżorsi umani?
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28999, jista' l-Ministru jgħid fuq liema proġetti dawn l-individwi qed jaħdmu flimkien?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-proġetti li qed jaħdmu fuqhom iż-żewg uffiċjali msemmija huma draft management plans għas-siti amministrati mid-dipartiment, kif ukoll ix-xogħol meħtieg ta’ post excavation wara l-iskavi li saru fis-siti tal-istess dipartiment.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31677, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-art ta' quddiem l-Iskola Primajra ta' Ħal Tarxien (li l-pjanta tagħha qed tingħata separatament) hijiex proprjetà tal-Gvern jew tal-Privat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-art indikata fuq il-pjanta li kopja tagħha ngħatat separatament, hi art privata dikjarata meħtieġa għal skop pubbliku permezz ta’ żewġ dikjarazzjonijiet tal-President ta’ Malta, Avviz, Nr 689 datat 11 ta’ Ottubru 1974 għall-kejl ta’ 375m² u Avviz Nr 687 datat 30 ta’ Ottubru 1990 għall-art li tkopri l-kejl kumplessiv ta 4817m².
Jista’ l-Ministru permezz ta’ Transport Malta (TM) jara li x-xogħol tant meħtieġ ta’ bini ta’ ħajt f’Triq Ġużè Delia fil-Mosta, tali ħajt li qed jinbena minn TM kien qed jinbena mill-ġdid sabiex jitneħħa l-periklu li kien hemm fl-istess triq minħabba li l-ħajt li kien hemm qabel, kien qed jaqa’ u joħloq periklu lill-vetturi li jkunu għaddejjin minn din it-triq? Illum il-fatt li l-bini tal-ħajt il-ġdid huwa wieqaf, u r-residenti fl-istess triq qed isibu periklu mill-ġdid, u kif ukoll qed isibu periklu dawk kollha li jsuqu f’dik it-triq jista’ l-Ministru jara li dan il-ħajt jitkompla?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ġew sospiżi wara li nħarġet notifika ta’ nfurzar mill-Awtorita’ tal-Ippjanar. Sadanittant, Transport Malta għalqet is-sit permezz ta’ numru ta’ jersey barriers. Ix-xogħlijiet se jitkomplew ġaladarba toħroġ l-approvazzjoni mill-Awtorita’ tal-Ippjanar.
Mosta — manutenzjonu fil-binja tal-ħwienet fil-Qasam tad-Djar tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29246 u 29368 li oriġinarjament kienu saru lill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u lill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura rispettivament u li issa ġiet riferuta lilu u ċioè: Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li fil-Qasam tad-Djar tal-Gvern fil-Mosta jsir xogħol ta' manutenzjoni mal-binja fejn hemm il-ħwienet quddiem id-Dar tal-Anzjani tal-Gvern peress li ilu jinħass il-ħtieġa ta' dan ix-xogħol u ma tibqax tidher id-dehra ta' telqa fl-entratura tal-Qasam tad-Djar tal-Gvern li jixraqlu li jkollu l-entratura tiegħu tidher isbaħ?
Ministeru għal Għawdex – għajnuna lill-parroċċi f’Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema parroċċi f'Għawdex ingħataw kontribuzzjonijiet jew għajnuna fi flus mill-Ministeru tiegħu jew xi waħda mill-entitajiet li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid f'kull każ kemm kien l-ammont li ngħata jew ġie miftiehem li jingħata lil kull parroċċa u għal liema skop ingħata?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li attwalment qegħdin jaħdmu fil-Unit tal-Library Information Services? Jista’ jgħid ukoll xi kriterju u proċeduri ntużaw biex jintgħażlu dawn il-persuni u xi grad qegħdin jokkupaw? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jiddaħħlu aktar persuni f'dan il-unit fil-ġimgħat li ġejjin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mal-Literacy and Information Support jaħdmu tmien persuni. Dawn huma tliet library assistants, library officer, żewġ għalliema/librara, senior assistant librarian u literacy support teacher b’esperjenza fil-litteriżmu u mal-SLS.
Dawn il-persuni huma kollha ex impjegati tal-SLS (Schools Library Service). Ilkoll kienu jaħdmu għal xi żmien mal-SLS u issa fl-2017 qegħdin detailed mal-Aġenżija Nazzjonali tal-Litteriżmu, jaħdmu fil-Literacy and Information Support Unit.
Hemm il-ħsieb li jiddaħħlu persuni oħra f’dan il-Unit u għal dan il-għan se jsiru sejħiet pubbliċi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx demel (manure) mill-irziezet tal-baqar f’Għawdex, li qed jiġi trasportat lejn Malta mill-Wasteserv jew min xi kuntrattur imqabbad minnha? Jista' jgħid fejn qed jittieħed u x'qed isir minnu? Jista' jgħid jekk dan hux qed jiġi trasportat fuq il-vapuri tal-Gozo Channel mat-trips tal-iskeda jew fuq trips speċjali? Jista' jgħid mill-bidu tas-sena sal-lum, kemm ġie trasportat demel minn Għawdex għal Malta?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-WasteServ bdiet tagħti servizz lill-GAB (Agency for the Governance of Agricultural Bioresources) għat-transport u trattament ta’ demel. Id-demel qiegħed jinġabar minn Għawdex ġo bowsers, jiġi ttrasportat fuq il-vapuri tal-Gozo Channel mat-trips tal-iskeda u jitniżżel fl-impjant tal-Malta North għat-trattament. S’issa ddaħħlu madwar 40 tunellata ta’demel.
Water Services Corporation — Sistema tad-drenaġġ - Raħħala Għawdxin li jbattlu l-ħmieġ mill-farms
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-postijiet li fihom ġew awtorizzati r-raħħala Għawdxin biex ibattlu l-ħmieġ mill-farms tagħhom fis-sistema tad-drenaġġ tal-Water Services Corporation(WSC)? Jista' jgħid jekk meta jsir dan it-tbattil fis-sistema tal-WSC, ikunx hemm superviżjoni? Jista' jgħid min hu l-kuntrattur awtorizzat li jagħmel dan it-tbattil fis-sistema tal-WSC u kif ġie awtorizzat? Jista' jgħid kemm-il darba fl-aħħar sena s-sistema kellha problema u kien hemm fawrien tad-drenaġġ minħabba dan it-tbattil ta' ħmieġ li jkun ġej mill-farms?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-Korporazzjoni ma tagħti l-ebda permessi biex jintrema l-ħmieġ mill-farms. Matual l-aħħar sena kien hemm erba’ każijiet ta’ sadd fis-sistema minħabba dan it-tbattil.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx finanzjament min-naħa tal-Gvern biex jagħmel tajjeb għal ħsara li saret fl-aħħar jiem fejn bdiewa li jaħdmu r-raba' fl-inħawi tal-Imseliet, limiti tal-Imġarr (Malta) irraportaw li sofrew ħsara minħabba tromba li għamlet fl-inħawi fejn għandhom ir-raba' tagħhom?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Kif infurmajt lill-Kamra bit-tweġibiet ghad-Domandi Parlamentari, 24288 (fil-11 ta’ Mejju, 2016) u 12276 (fit-13 ta’ Novembru 2014), ħsarat ikkaġunati mil-maltemp, s’issa ma kienux koperti taħt xi skema ta’ kumpens, u fil-passat qatt ma ingħata kumpens għal dawn it-tip ta’ ħsarat.
Madanakollu, ninforma lill-Onor. Interpellant, li sabiex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni xejn feliċi, u kif konna wegħdna fil-manifest elettorali, fil-programm għall-Iżvilupp Rurali 2014 – 2020, iddaħlet miżura biex tħajjar lill-bdiewa sabiex jieħdu ħsieb jassikuraw l-uċuh tar-raba tagħhom. Din hija il-Miżura 17 (Artikolu 36 tar-Reg. (UE) Nru. 1305/2013) – Assigurazzjoni - Għajnuna għall-ħlas tal-poloz relatati mal-assigurazzjoni tal-uċuħ, pjanti, annimali.
Huwa maħsub illi din il-miżura tiġi mnedija aktar tard din is-sena.