Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu n-nefqiet f’safar (travel) fl-2014, fl-2015 u fl-2016? X’safar għamel il-Ministru f’dawn is-snin? Minn min kien akkumpanjat? Minn fejn inxtraw il-biljetti tas-safar? X’kienu n-nefqiet f’ikel matul dan is-safar? X’kienu n-nefqiet f’xorb matul dan is-safar? X’kienu n-nefqiet fl-użu ta’ vetturi wżati waqt żjarat f’dawn il-pajjiżi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi s-serje ta’ domandi li għamel jirrikjedu xogħol amministrattiv ta’ ċertu siegħat u fuq livell approfondit, l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Billi hu mistenni li fil-ġimgħat li ġejjin jerġa' jiġi organizzat il-festival Lost and Found, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-pulizija hux qed tipprepara xi preżenza partikulari għal dan il-festival?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li, bħalma sar dejjem f’okkażjonijiet tal-massa, ser isir l-istess meta jiġi organizzat il-festival Lost and Found f’dik illi hija preżenza tal-Pulizija għal dan l-avveniment skont il-ħtieġa.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux possibbli li jingħataw liċenzji (awtorizzazzjonijiet) ġodda, għal dak li jikkonċerna community radios? Jekk iva, jista’ jagħti tagħrif dwar xi proċedura hi meħtieġa li tintuża biex jingħataw tali liċenzji?
Response (MALLIA, EMANUEL)
L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (l-MCA) tikkonferma li liċenzji (awtorizzazzjonijiet) għal trasmissjonijiet bi skop ta’ xandir ta’ community radios jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Awtorità tax-Xandir.
L-installazzjoni jew l-użu ta’ apparat ta’ radjukomunikazzjoni, inkluż apparat ta’ community radios huwa suġġett għal liċenzja maħruġa mill-MCA.
Applikazzjonijiet għal liċenzji ġodda jistgħu jsiru permezz tal-formula rilevanti li tinsab fuq is-sit elettroniku tal-MCA u f’każ li l-applikazzjoni tkun konformi man-normi neċessarji, l-MCA toħroġ il-liċenzja rispettiva. L-MCA tikkjarifika li liċenzja għall-installazzjoni jew l-użu ta’ apparat ta’ radjukomunikazzjoni, fejn mogħtija lil community radio, ma tagħtix id-dritt għax-xandir.
MCA – kontijiet ta’ servizzi ta’ cable tv, mobile phones u servizzi oħra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni hux qed titlob li l-kontijiet kollha għal servizzi ta’ cable tv, mobile phones, u servizzi oħra, joħorġu kollha b'mod elettroniku, u jekk joħorġu f'forma ta’ hard copy, l-Awtorità qed tinsisti li jkun hemm tariffa apposta li trid titħallas over and above il-ħlas normalment dovut? Jekk inhu hekk, jista’ jagħti tagħrif dwar x’wassal għal din id-deċiżjoni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Wara proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, fit-30 ta’ Marzu tal-2016, l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (l-MCA) ppubblikat deċiżjoni, li tistabillixxi numru ta’ miżuri dwar l-aċċessibilità tal-kontijiet tal-internet, tat-televiżjoni u tat-telefonija fissa u mobbli. L-Awtorità ħasset il-ħtieġa li tippubblika din id-deċizjoni minħabba l-fatt li mhux kulħadd għandu abbonament għall-Internet, u għalhekk dawn l-abbonati ma setgħux jaċċessaw il-kontijiet tagħhom b’mod elettroniku. Konsegwenza ta’ dan, l-abbonati kien qed ikollhom iħallsu ammont addizzjonali sabiex jirċievu l-kontijiet ‘standard’ tagħhom f’format stampat.
Għaldaqstant, permezz ta’ din id-deċizjoni, l-Awtorità, fost affarijiet oħrajn, stabilixxiet li abbonati li għandhom servizz ‘post-paid’ u li m’għandhomx abbonament għall-Internet, għandu jkollhom id-dritt li jirċievu l-kont tagħhom f’format stampat mingħajr ħlas addizzjonali. Din id-deċiżjoni tistabilixxi wkoll li dawk l-abbonati ‘post-paid’ li għandhom konnessjoni tal-internet, minbarra li jaċċessaw il-kontijiet tagħhom b’xejn b’mod elettroniku, għandu jkollhom ukoll id-dritt li jirċievu kopja tal-kont tagħhom f’format stampat bil-kundizzjoni li jekk japplikaw xi ħlasijiet dawn ikunu raġonevoli. Din id-deċiżjoni daħlet fis-seħħ fl-ewwel ta’ Lulju tal-2016
Transport Malta – diskussjonijiet dwar il-parking policy
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta tatx xi proposti partikulari li qed iżommu milli jintemmu d-diskussjonijiet dwar il-parking policy li qed tiġi diskussa fil-kumitat interministerjali? Jekk iva, liema kienu dawn il-proposti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda proposti partikulari minn Transport Malta li qed iżommu milli jintemmu d-diskussjonijiet fuq il-parking policy.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta xtratx xi apparat ta' clamping, biex jiġu clamped vetturi li jkunu pparkjati ħażin? Kemm xtrat minn dawn il-clamps? Meta hu mistenni li jibdew jintużaw, u f'liema ċirkostanzi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju m’għandi xejn x’inżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W516.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’tip ta’ konsultazzjoni jwettaq il-Ministeru tiegħu, mal-kunsilli lokali, meta jkun se jagħmel xi proġett partikulari? Ma’ liema kunsilli saret tali konsultazzjoni matul l-aħħar 12-il xahar, u fuq liema proġetti?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant, li meta l-Ministeru jkun ser iwettaq xi proġett maġġuri, jagħmel il-konsultazzjonijiet meħtiega mal-stakeholders kollha, inkluż il-Kunsilli Lokali. Jekk l-Onor Interpellant jixtieq xi informazzjoni fuq xi konsultazzjonijiet li saru fuq xi proġett partikolari ieħor, nitolbu ikun aktar speċifiku u jagħmel id-domanda sabiex inkun nista’ nagħtih l-informazzjoni meħtieġa.
Gudja — Skola Primarja – tfal li jeħtieġu l-għajnuna tal-LSA
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm tfal li jattendu l-Iskola Primarja tal-Gudja fis-sena akkademika preżenti u li jeħtieġu l-għajnuna tal-LSA kif approvat mid-dipartiment? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu pprovduti b’LSA?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-iskola primarja tal-Gudja hemm tmien (8) studenti li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant (LSA). Biex jagħtu s-sapport meħtieġ lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm tmien (8) LSAs. Infurmat li l-istudenti li għandhom bżonn l-għajnuna kollha għandhom is-sapport ta’ LSA.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti fl-Iskola Primarja tal-Fgura li qegħdin fil-Kindergarten u jistax jara jekk huwiex possibbli li jsir ix-xogħol neċessarju sabiex ikun hemm klassijiet aktar sabiex ma jibqax ikun hemm żewġ klassijiet f’kamra waħda?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li jattendu l-Kindergarten fl-Iskola Primarja tal-Fgura hu ta’ 264, maqsuma kif ġej:-
K1: 147
K2: 117
Fix-xhur li ġejjin il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ser ikun qed jistudja l-possibiltajiet ta’ estensjonijiet tal-binjiet tal-Iskejjel Primarji fosthom ukoll dik tal-Fgura.
Jista’ l-Ministru jindika jekk kemm-il darba tul din is-sena huwiex ser isir xogħol fi Triq il-Pellikani ġewwa Ħal Tarxien billi din it-triq qed tiġi wżata sew kważi daqs arterja prinċipali?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ħal Tarxien – Triq ir-Russett – art b’nuqqas ta’ indafa
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk kemm-il darba ttieħdux il-provvedimenti opportuni għar-rigward ta’ biċċtejn art li jinsabu ġewwa Triq ir-Russett, Ħal Tarxien waħda kantuniera ma’ Triq il-Pellikani u l-oħra ma’ Triq Dun Karm Sant, minħabba li hemm numru ta’ ilmenti marbuta ma’ nuqqas ta’ indafa u ġrieden?
Pulizija — tfitxxijiet ta' splussiv u materjal ieħor tal-logħob tan-nar f'postijiet privati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfitxxijiet ta' splussiv u materjal ieħor li jintuża fil-logħob tan-nar, f'postijiet privati li saru mill-pulizija sena b'sena mill-2008 sal-2016? Jista' jgħid kemm minn dawn it-tfitxxijiet irriżultaw fil-pożittiv?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Għasses tal-Pulizija — rapporti dwar ħażna illegali ta' splussiv u materjal tal-logħob tan-nar
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-għasses tal-Pulizija li rċevew rapporti dwar ħażna llegali ta' splussiv u materjal ieħor li jintuża fil-logħob tan-nar, sena b'sena, fil-perjodu bejn l-2008 u l-2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Staff – reduced hours u teleworking
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu b’reduced hours jew għandhom faċilitajiet ta’ teleworking?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Staff – reduced hours u teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu b’reduced hours jew għandhom faċilitajiet ta’ teleworking?
Response (VELLA, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar.
Ministeru għat-Turiżmu — Staff – reduced hours u teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu b’reduced hours jew għandhom faċilitajiet ta’ teleworking?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Staff – reduced hours u teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu b’reduced hours jew għandhom faċilitajiet ta’ teleworking?
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Staff – reduced hours u teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu b’reduced hours jew għandhom faċilitajiet ta’ teleworking?