Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 23566.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet impjegata bħala lettriċi part-time fid-Dipartiment tad-Dritt Kummerċjali wara sejħa pubblika għal applikazzjonijiet fl-ewwel ta' April 1994. Fis-sena kurrenti din il-persuna hi impjegata bħala Visiting Senior Lecturer, T2 mad-Dipartiment tad-Dritt Kummerċjali fl-Università ta’ Malta.
Infurmat ukoll li bejn is-snin 2003 u 2013, id-ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarha ngħataw separatament irċeviet żewġ pagamenti mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, wieħed ta’ €1,180 fl-2010 għal servizzi legali, u ieħor ta’ €3,968.98 minn fondi Ewropej (ESF 3.64), fl-2012. Fis-sena 2007 l-Università ta’ Malta ngħatat permezz ta’ kwotazzjonijiet, konsulenza legali mid-ditta tal-Avukati msemmija. Għal din il-konsulenza sar ħlas ta’ €1,000. Infurmat ukoll li fl-2010 il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ kienet talbet permezz ta’ direct order is-servizzi legali tad-ditta indikata b’konnessjoni ma’ appell fuq tender. Għal dan is-servizz kien sar pagament ta’ €1,722.40.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostennibli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?
Response (HERRERA, JOSÈ)
L-Onor. Interpellant japprezza li l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli nibet minn Ministeri oħra li kienu jħaddnu wkoll bosta sezzjonijiet u/jew entitajiet u dipartimenti li llum ma jiffurmawx parti minn dan il-Ministeru. Fil-fatt, fil-parti l-kbira tiegħu, il-Ministeru tiegħi twieled minn dak li qabel kien il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali (MRRA) li minnu twieled ukoll il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura (MTI) tal-lum. Għaldaqstant biex ma tingħatax informazzjoni doppja għall-perjodu ta’ bejn l-2008 u Marzu 2013, ir-risposta ser tingħata mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura fit-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari simili. Min-naħa l-oħra, ninforma lill-Onor. Interpellant, li ninsab infurmat li f’dak li jirrigwardja l-perjodu 2003-2007, il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ma ta l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija.
Stallazzjoni ta’ Pannelli fotovoltajċi – bdiewa u raħħala
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li bdiewa u raħħala li jitħajru jinstallaw il-pannelli fotovoltajiċi fir-raba’/irziezet tagħhom, jingħataw xi forma ta’ għajnuna?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 24232.
Bdiewa – diversifikazzjoni tal-produzzjoni ta’ ħaxix u frott differenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jagħmel il-Gvern biex iħajjar lill-bdiewa jiddiversifikaw il-produzzjoni tagħhom billi jkabbru varjetajiet ta’ ħaxix u frott differenti minn dak li jkabbru tradizzjonalment?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat tad-Diversifikazjoni u Kompetittività fi ħdan id-Dipartiment tal-Iżvilupp Rurali qed iniedi riċerka fuq diversi prodotti varji u differenti minn dawk tradizzjonali fil-qasam sperimentali tal-Għammieri. Dan bil-għan illi r-riżultati ta’ dawn il-provi jiġu disseminati għand il-bdiewa sabiex jitħajru jiddiversifikaw il-prodotti tagħhom filwaqt li jkunu aktar kompetittivi. Il-provi li qed isiru fl-Għammieri ser iservu wkoll bħala dimostrazzjoni tal-prodott. Aġġornament ta’ xi jkun qed jitkabbar fl-Għammieri ser ikun ippubblikat fir-rivista tal-Ministeru ‘Nisġet Artna’. Din ir-rivista titqassam lill-bdiewa u dawk kollha interessati, filwaqt li tiġi ppubblikata wkoll fuq il-websajt tal-Ministeru kif ukoll imtella fuq il-paġna ta’ facebook – Nisġet Artna.
Jista' l-Prim Ministru jagħti break down, xahar b'xahar, tal-livelli tan-nitrati li nstabu fl-ilma ta' taħt l-art (tal-pjan u ta' fuq it-tafal) matul is-sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari xahar b' xahar kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-livell ta’ nitrati fl-ilma qatt ma ġie mkejjel kull xahar imma jitkejjel kull sitt xhur jew sena skont pjan ta’ monitoraġġ stabbilit fl-2010 taħt il-Water Framework Directive. In-nitrati primarjament jiġu mill-użu tal-fertilizzanti fl-agrikoltura, proċess li qed jiġi indirizzat permezz tan-Nitrates Action Programme mniedi mill-MSDEC. Minħabba li l-akwifer idum ma jirrispondi, huwa previst li l-impatt ta’ dan il-programm (u allura t-titjib fil-kwalità), idum ma jinħass.
Il-livell medju ta’ nitrati fil-korpi kollha tal-ilma ta’ taħt l-art huwa:
Groundwater BodyMean Nitrate Content
(2009-2014)
mg/l
Malta Mean Sea Level66.9
Rabat Dingli Perched193.3
Mġarr-Wardija Perched117.6
Pwales Coastal407.6
Miżieb Mean Sea Level43.3
Mellieħa Perched167.5
Mellieħa Coastal33.3
Marfa Coastal217.4
Comino Mean Sea Level15.8
Gozo Mean Sea Level48.0
Għajnsielem Perched119.0
Nadur Perched79.7
Xaghra Perched237.5
Żebbuġ Perched215.9
Victoria-Kerċem Perched226.7
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d-dar li kienet tal-Isqof Baldassare Cagliares, li bħalissa tinsab abbandunata u sfortunatament saritilha ħafna ħsara, tiġi restawrata? Jekk fl-affermattiv, meta hemm il-ħsieb li jibda u jispiċċa dan ix-xogħol? Meta din id-dar tkun restawrata, hemm il-ħsieb li tibda tinfetaħ għall-pubbliku biex ikun jista’ jżurha?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex skans kull ekwivoku jispeċifika l-lokalità tad-dar msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid x'se tkun eżattament il-funzjoni tal-electronic signages li ġew stallati minn Transport Malta f'diversi lokalitajiet? Kemm twaħħlu minn dawn l-electronic signages u f' liema lokalitajiet? Kemm swew flus dawn l-electronic signages? X'metodu ta' procurement intuża biex ġew mixtrija dawn l-electronic signages u kemm kien hemm offerenti? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plan bil-pożizzjoni ta' fejn twaħħlu dawn l-electronic signages?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabelli elettroniċi (Variable Message Sign - VMS) li ġew installati ser ikunu qegħdin juru messaġġi ta’ sigurta’ fit-triq kif ukoll avviżi importanti sabiex jaġġornaw lis-sewwieqa dwar għeluq ta’ toroq fil-viċinanzi. It-tabelli ż-żgħar li twaħħlu mal-pontijiet (Lane Changing Sign – LCS) qegħdin juru l-limitu ta’ veloċita` tas-sewqan u jindikaw ukoll meta xi karreġġjata tkun magħluqa. Minn dawn it-tabelli twaħħlu erbgħa u tletin VMS u sebgħa u erbgħin LCS. Il-lista ta’ postijiet fejn twaħħlu dawn it-tabelli kif ukoll is-site plans qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.
Dawn it-tabelli ġew mixtrija wara li ħarġet sejħa għall-offerti permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti. Għal din is-sejħa kien hemm ħames offerti. L-offerta li ntrebħet kienet tammonta għal Eur 692,027.58 (VAT inkluża).
Attachments:PQ24412 8JUN PAPERS LAID DOC1.pdfPQ24412 8JUN PAPERS LAID DOC2.pdfPQ24412 8JUN PAPERS LAID DOC3.pdf
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk ix-xogħol li sar fuq il-Foss tal-Birgu sarx minn fondi tal-Unjoni Ewropea? Jekk fl-affermattiv, minn liema fondi bbenefikaw dawn ix-xogħlijiet? Min kien issottometta l-applikazzjoni għal dawn il-fondi?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-foss tal-Birgu kien parti minn proġett akbar li kien jinvolvi r-restawr tas-swar tal-Birgu, tal-Belt Valletta, ta’ l-Mdina, taċ-Citadella w ta’ l-Isla. Il-proġett kien ko-finanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR). L-applikazzjoni għal dawn il-fondi ġiet sottomessa fl-2007 mid-Diviżjoni tax-Xogħolijiet fi ħdan il-Ministeru tar-Riżorsi w Infrastruttura.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Boffa u ċ-Ċentru Tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo (SAMOC) (Mater Dei Hospital) għal kull xahar minn Jannar 2015 sa Mejju 2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti annwali tal-Isptar Boffa u ċ-Ċentru Tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo (SAMOC) Mater Dei Hospital għas-snin 2013, 2014 u 2015?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali.
San Pawl il-Baħar – rapporti ta’ vjolenza domestika
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta’ vjolenza domestika, fil-lokalitajiet ta’ San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa, matul l-aħħar 12-il xahar, xahar b’xahar?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 25763 - San Pawl il-Bahar - Rappori ta' Vjolenza Domestika.docx
Għawdxin li jaħdmu fis-settur pubbliku u fis-settur privat f’Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Għawdxin li jaħdmu fis-settur pubbliku u fis-settur privat f’Malta? Kemm minn dawn huma nisa u kemm huma rġiel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, in-numru ta’ ħaddiema li l-indirizz ta’ residenza hu f’Għawdex u l-indirizz tal-employer hu Malta fl-aħħar ta’ Novembru 2015 (l-aħħar ċifri ppubblikati) hu kif muri fl-ewwel parti tat-tabella hawn taħt. It-tieni parti tat-tabella turi kemm minnhom għandhom l-ID card tispiċċa bil-G. It-tabella turi wkoll kemm kienu jaħdmu fis-settur pubbliku u fis-settur privat, kif ukoll kemm kienu nisa u kemm irġiel.
Ħaddiema li l-indirizz ta’ residenza hu Għawdex u l-indirizz tal-
employer
hu Malta
Full time & Part Time only
Rġiel
Nisa
Total
Settur Pubbliku
706
872
1,578
Settur Privat
1,221
943
2,164
Total
1,927
1,815
3,742
Minn dawn kien hemm ħaddiema li l-ID tispiċċa
bil-G u jaħdmu f'Malta fuq baż
i
Full time & Part Time only
ID tispiċċa bil-G
Rġiel
Nisa
Total
Settur Pubbliku
556
683
1,239
Settur privat
774
623
1,397
Total
1,330
1,306
2,636
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li ċ-ċifri tal-ħaddiema li jaħdmu full time fis-settur pubbliku huma skont l-informazzjoni mogħtija mill-Public Administration HR Office (PAHRO) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 25532, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitqiegħed fibre optic alternattiv ġdid bejn Malta u Għawdex? Meta hu mistenni li jibda jiffunzjona dan il-fibre optic alternattiv? Min hu l-kuntrattur li ser jpoġġieh? Kemm ser tkun l-ispiża u mil-liema vot ser tittieħed?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’dan l-istadju ma fadalli xejn x’inżid mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25532. Nassigura lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern preżenti se jagħmel dak kollu possibli sabiex ivara dan l-alternative fibre optic cable bejn Malta u Għawdex u jindirizza dan il-`handicap` qawwi li wiret mingħand amministrazzjoni Nazzjonalista, liema `handicap` diġitali wassal biex Għawdex tilef ħafna investiment barrani tort tax-`short-sightedness` ta’ amministrazzjonijiet Nazzjonalisti.